Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Aħbarijiet 9 Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum Ritratti: James Bianchi tal-Bambin fi stalla 'Betlehem… imfakkar kull fil-presepju Malti presepji, kont saħansitra ssib xi girna, li żgur hija xi ħaġa li ssib f 'Malta u mhux f 'Betlehem. It-tradizzjoni tal-presepju Malti ma tillimitax ruħha għall- binja tal-villaġġ fejn twieled Ġesù biss, iżda anke fil-pasturi, hekk kif jeżistu pasturi li huma tipikament Maltin, u li huma magħmulin mit-tafal, u anke l-pasturi Maltin bdew jiġu magħmulin bi ħwejjeġ aktar simili tar-raħħala Maltin. Charles Bellia qal li darba saħansitra anke pasturi bl- għonnella kien ra. Minbarra l-ħwejjeġ, ħafna pasturi Maltin jirrappreżentaw xi sengħa Maltija bħal dik tal-furnar, jew ta' xi bennej jonġor ġebla u bidwi jaħrat l-għalqa b'moħriet miġbud minn bhima waħda biss. Pasturi oħrajn tipikament Maltin huma x xabbatur, l-għannejja u daqqaqa ta' strumenti tradizzjonali Maltin. Bellia saħaq li sfortunatament, m'hawx domanda biżżejjed biex il pasturi tat-tafal Maltin jibdew jiġu prodotti kummerċjalment u użati fil-presepji kollha fid-djar Maltin. "Illum, aktar minn 80% tal-pasturi huma impurtati mill- Italja jew minn Spanja u magħmulin minn plastik jew reżina," jkompli jgħid Charles Bellia. Il-luzzu kien idea tal-Vatikan, li jirrapreżenta l-immigranti Charles Bellia kien ukoll wieħed min-nies involuti fl- għażla tal-presepju li ttella' fil-Vatikan. Għall-unur li jtellgħu presepju fi pjazza San Pietru, fil-Vatikan kien hemm erba' kontestanti li minnhom intagħżel l-artist Għawdxi, Manwel Grech li qatta' sena jaħdem fuq is-17-il pastur li bħalissa jinsabu Ruma. Fil-presepju Malti li hemm il- Vatikan, hemm elementi tipiċi Maltin bħall-mitħna u girna, kif ukoll il-preżenza ta' purċissjoni ta' San Ġorg Preca. Mistoqsi dwar il-luzzu, Bellia qal li minkejja li ma jaqbilx mal-epoka, ġie aċċettat bħala element ieħor biex jagħmel il-prespju aktar Malti, hekk kif ix-xewqa tal- iskultur kienet li juri xi ħaġa folkloristika. L-idea li l-luzzu jirrappreżenta l-immigranti ma kinitx idea originali tal-iskultur, iżda tal-Vatikan, li ġiet aċċettata minn Grech u n-nies l-oħra li għamlu l-presepju miegħu. L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju, bħalissa qiegħda torganizza wirja ta' presepji mill-isbaħ li mhux ta' min wieħed jitlifha. Il-wirja qiegħda ssir fi Triq Melita, l-Belt Valletta, kantuniera 'l isfel mill-Knisja tal-Franġiskani u tkun miftuħa kuljum sal- 31 ta' Dicembru, mid-9:30 san-12:30 u mill-16:30 sas-19:00. Presepju Malti bil-pasturi tat-tafal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016