Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Bejn surplus u r-rebħa tagħna terġa' tkun D in il-ġimgħa tħabbar li l-pajjiż għamel l-ewwel qligħ f '35 sena. Għall-ewwel darba f 'ħafna u ħafna snin, il-famuża ħofra se nibdew nagħlquha. Naturalment dan huwa tragward kbir għall-pajjiż u ċertikat pożittiv għall-qagħda tal- nanzi bħalissa. Jimmarka wkoll l-ewwel pass, anke jekk żgħir, biex dan il-pajjiż jibda jnaqqas parti mid- djun astronomiċi li baqgħu jiżdiedu sena wara l-oħra grazzi għall-mentalità mnaqqxa l-famuża frażi ta' eks Ministru tal-Finanzi, "id-dejn iħallsuh uliedna u ulied uliedna." Dan huwa wkoll tragward għall-Gvern preżenti. Il-fatt hu li wara snin ta' 'ħofor' u ta' ssikkar taċ-ċinturin, il-pajjiż għandu dan ir- riżultat, fl-inqas perjodu li fih gvern introduċa awsterità u fl-inqas żmien li gvern daħħal taxxi diretti. Anzi, f 'kull baġit tal-Gvern preżenti ġew introdotti, jew miżuri ta' tnaqqis minn toqol finanzjarju jew inkella inċentivi biex iktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Huwa tragward kbir għall- Gvern Laburista għax dan ir-riżultat ġie meta pajjiżi oħrajn għadhom qed jissikkaw u jagħfsu lin-nies biex jimlew il-ħofra. Huwa finalment, ċertifikat ieħor li l-'par idejn sodi fuq it-tmun' u l-'finanzi fis-sod' mhumiex monopolju ta' partit wieħed u lanqas huma għajtiet assoċjati ma' partit wieħed. Iż-żmien li partit wieħed kapaċi jmexxi u l-ieħor le, għadda u mar. Naturalment, dan kollu jkun ifisser ftit li xejn għan-nies fit-toroq, fil-pjazzez u fil-kwiet ta' darhom jekk dan is-surplus mhux se jkun akkumpanjat b'miżuri li dan il-pajjiż jeħtieġ ikompli jiddiskuti u jieħu azzjoni dwarhom. Il-paga minima u jekk għandhiex togħla, iktar inċentivi lill-imprendituri u self employed, speċjalment dawk li jħaddmu ftit nies u li fl-aħħar mill-aħħar huma s-sinsla ekonomika tal-pajjiż. Issa huwa ż-żmien li l-Gvern iniedi proġetti infrastrutturali f 'żoni tal-pajjiż li qed jibku għal injezzjoni ta' investiment. Nieħdu pjaċir naraw lill-Gvern iħabbar proġetti infrastrutturali f 'żona bħal Buġibba, żona turistika tant importanti. Imma għad fadal bil-wisq xi jsir, biex lokalità li tilqa' fiha mal-25% tat-turisti li jiġu Malta, tingħata dehra li tixraq lill-prodott turistiku lokali Malti. Issa huwa ż-żmien li bil-pajjiż sejjer tajjeb u bil-finanzi tal-pajjiż fl-aktar stat ta' saħħa fi snin, il-Gvern bis- serjetà jerfa' lil dawk l-eluf ta' Maltin u Għawdxin li mhux b'kapriċċ u mhux b'għażż qed jgħixu fil- faqar. Il-Gvern preżenti u speċifikament Joseph Muscat, dejjem qalu li t-tir ta' Gvern Laburista huwa li joħloq biżżejjed ġid biex imbagħad dak il-ġid jipperkola f 'kull strat tas-soċjetà. Dak huwa eżatt dak li temmen din il-gazzetta, u qatt ma kien hawn mument aħjar fl-istorja politika u ekonomika riċenti biex dan iseħħ. *** Naqilbu ftit l-argument u mmorru fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru politiku. F'dawn l-aħħar erba' snin, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien konsonanti mal-ħsieb ta' ħafna nies bosta drabi. Kiber fl-istatura, għalkemm forsi mhux biżżejjed, u rnexxielu jiġġieled lill-Gvern fuq diversi punti l-aktar fuq it- trasparenza u l-governanza. Minn Jannar s'issa, kif għidna diġà f 'editorjal ftit tal-ġimgħat ilu, ma tantx kienu xhur tajbin għall-Partit Nazzjonalista. Xhur li kkulminaw fit- tgħaffiġa tad-donazzjonijiet mingħand id-db, liema tgħaffiġa l-PN għadu ma jistax joħroġ minnha b'mod konvinċenti. Li 'tassigura' li ma ksirtx il-liġi meta aċċettajt sponsorships li ma ddikjarajtx (kif qed nirrapportaw illum), meta l-liġi tgħid li sponsorship hija 'donazzjoni', mhux konvinċenti biżżejjed. Iżda, strateġikament, Busuttil qed jagħmel żball ieħor. Huwa tajjeb li jemmen li l-PN se jirbaħ, allaħares le. Imma li kontinwament jitkellem daqslikieku qiegħed f 'każin Nazzjonalista u l-ħin kollu, anke quddiem il-mexxejja Ewropej, idoqq l-istess diska 'se nirbaħ żgur', 'se jkun hawn gvern Nazzjonalista żgur' qed tibda tinstema' redikola. Ma tgħallem xejn Busuttil mill- iżball ta' Alfred Sant? Mill- għajta tar-'Rebħa tagħna terġa' tkun'? Ma tgħallem xejn mill-iżball strateġiku kbir ta' Lawrence Gonzi, bl-għajta 's-Sibt nivvutaw u l-Ħadd niċċelebraw'? Ma jkunx aħjar li Busuttil ikun aktar umli u jaċċetta li t-telgħa, għalih u għall-PN għadha wieqfa? Għandna PM, li għandu rebħa ta' 36,000 fl-armatura, qed jilgħabha tal-under dog u tal-mexxej li se jiġri wara kull vot biex jirbaħ. U min-naħa l-oħra, Kap tal- Oppożizzjoni, li ċert fuq li ċert, li se jirbaħ u se jkun PM hu, anke jekk stħarriġ wara l-ieħor juri li għad fadallu ħafna x'jaqdef. Mur ifhem! Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017