Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
illum Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Sports 28 Ritratt: Dominic Borg minn Cristian Antony Muscat Tarxien R. .................. 1 Hamrun S ................... 1 ĦAMRUN Spartans u Tarxien Rainbows temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, liema riżultat ta' draw jista' jitqies bħala wieħed ġust hekk kif iż-żewġ timijiet kellhom diversi ċansijiet tajbin ta' skor. Kienu Ħamrun Spartans li ħolqu l-ewwel periklu fit-12- il minuta meta minn wara li rċieva minn corner mogħti qasir, Manolito Micalelf ra x-xutt tiegħu imdawwar f 'corner ieħor b'ċertu abilità mill-goalkeeper żagħżugħ tar-Rainbows, Andrea Cassar. Iżda Tarxien Rainbows bdew joperaw bil- kontrattakk u kontra x-xejra tal-logħob fetħu l-iskor man- nofsiegħa logħob permezz ta' xutt bid-dawra minn tarf il-kaxxa ta' Alex Nilsson li baqa' dieħel fir-rokna tax- xibka fejn ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Ispartans, David Cassar. Però, ir-Rainbows ma tantx damu jiċċelebraw hekk kif l-Ispartans ġabu l-iskor indaqs erba' minuti biss wara permezz tal-captain Jake Grech li ra x-xutt fil-baxx tiegħu minn ġol- kaxxa jintemm wara Andrea Cassar. L-Ispartans komplew jattakkaw u fl-40 minuta xutt insidjuż ta' Sirja Eddin Arab ġie mdawwar f 'corner mid- difiża tar-Rainbows. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Ħamrun Spartans ħarġu ferm aggressivi u fil-50 minuta, xutt ta' Manolito Micallef, li lbieraħ ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba, għadda għoli minn fuq il-lasti ta' Andrea Cassar. Is-supremazija tattika tal-Ispartans kompliet tidher iktar evidenti kulma jmur il-ħin u fit-58 minuta Siraj Eddin Arab dar ma' plejer avevrsarju qabel ra lil Andrea Cassar isalva tajjeb mill-viċin. Ħamrun Spartans komplew joħolqu l-aħjar logħob u fl-74 minuta xutt potenti u ċentrali minn ġol-kaxxa ta' Massimiliano Giusti ġie devjat f 'corner minn difensur tar- Rainbows. Ir-Rainbows tilfu ċans tad- deheb li jiskorjaw il-gowl tar-rebħa fid-89 minuta meta s-sostitut Daniel Ponce De Leon Garcia li ra x-xutt tiegħu jistampa mal- mimduda. Tarxien R. - Cassar, Baker, Marcelina, Galea (Fernandez Prendes 72'), Caruana, Nilsson, Micallef (Ponce De Leon Garcia 60'), Agius (Brincat 90'), Da Paixao Alves, Tabone, Borg Ħamrun S. - Cassar, Mesque Neto, Micallef, Micallef, Eddin Arab (Giusti 59'), L. Grech, Misan, Motta Dos Santos (Manset 69'), J. Grech, Dos Anjos, Sciberras Referi - Malcolm Spiteri MANOLITO MICALLEF Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Floriana, Mosta u Pembroke Athleta. Draw ġust bejn Tarxien R. u Hamrun S. Dwell għall-ballun bejn Jake Grech u Matthew Tabone