Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 546 • 02 ta' April 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Mario Micallef Ara paġni 34 u 35 L-g˙aΩla dan il-G˙id GÓAWDEX Bejn it-18 ta' Marzu u s-16 ta' April 2017 ARTI | FIDI | TRADIZZJONI Easter in Gozo www.visitgozo.com Iktar informazzjoni u kopji tal-programm jistgħu jinkisbu minn www.visitgozo.com L-Aħħar Ċena - mill-artist Vince Caruana Tibda t-tiġrija għall- voti ta' Marie Louise • 8,000 vot Laburist 'x'jinħatfu' fi s-6 distrett • Robert Abela jikkonferma li se jkun kandidat tal-PL • Abela, Schembri, Cutajar u Galdes: 'iż-żwiemel' Minn Albert Gauci Cunningham HEKK kif il-pajjiż beda jingrana għall- kampanja elettorali, il-partiti komplew għaddejjin b'manuvri u ħidma ma taqta' xejn fuq bażi distrettwali. Wara l-ewwel sensiela ta' stejjer fuq l-ILLUM mill-ħames distrett fejn hemm ġirja sħiħa fost il-kandidati tal-Partit Laburista għat-8,000 vot 'x'jinħatfu', jidher li l-istess ġirja għaddejja fis-sitt distrett, fejn potenzjalment jista' jkun hemm ftit inqas minn 8,000 vot Laburista wkoll 'x'jinħatfu'. L-ILLUM tista' tiżvela li fuq dan id-distrett li jinkludi Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħal Luqa, se jkun qed jikkontesta l-avukat Robert Abela, iben il-President Emeritus George Abela, li għal dawn l-aħħar ġimgħat kien għaddej b'kuntatti ma jieqfu xejn ma' bosta nies fil- partit u ma' dawk li issa se jiffurmaw it-tim tiegħu. F'kuntatt ma' din il-gazzetta, Abela kkonferma l-kandidatura tiegħu u qal li aċċetta li joħroġ għall-elezzjoni wara li ġie avviċinat mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Fuq dan id-distrett, mhux se jkun hemm fil- lista Laburista tliet kandidati. Marie Louise Coleiro Preca, li fl-aħħar elezzjoni kienet ġabet 5,707 voti u Marlene Farrugia li ġabet biss 358 vot. L-ILLUM tinsab infurmata wkoll minn sorsi mill-Partit Laburista li n-Nutar Charles Mangion sa ftit ġimgħat ilu kien qed jesprimi lilu nnifsu fis-sens li mhux se jkun kandidat fl-elezzjoni ġenerali. Fl-aħħar elezzjoni, Mangion kien kiseb 1,930 vot. B'kollox, dawn jammontaw għal 7,995 vot. 'Fl-ebda ħin u bl-ebda mod ma ksirna l-liġi' • L-'isponsorship' lil Media.link, bil-liġi kellha tkun iddikjarata Minn Albert Gauci Cunningham ILPARTIT Nazzjonalista, f 'nofs kontroversja wara li kienu żvelati 'donazzjonijiet' lilu mingħand il-kumpanija db, insista li l-flus (mas- €600,000 minn kumpaniji li tagħom is-sid jew waħda mis-sidien hija db) ma kinux donazzjonijiet, imma sponsorships għal programmi fuq il-media tal-PN. Minkejja dan, l-Att dwar il-finanzjament tal-partiti jagħmilha ċara li anke tali sponsorships għandhom ikunu dikjarati u meqjusin bħala 'donazzjonijiet' għall-fini ta' din il-liġi meta l-kumpanija tkun "xi organizzazzjoni, kemm jekk tkun korporata jew le li fiha l-partit politiku, direttament jew indirettament jeżerċita amministrazzjoni effettiva u kontroll." Tkompli f 'paġna 10 Kwoti: Min jgħid iva u min jgħid le Ara paġni 11,12 u 13 Tkompli f 'paġna 10

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017