Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Opinjoni 19 F 'dawn l-aħħar erba' snin drajna nisimgħu aħbarijiet sbieħ dwar it-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fin-numru ta' nies jaħdmu. Forsi dawn huma l-iktar żewġ fatturi importanti li ser iħallu mpatt fuq din il-leġiżlatura u li ser ikunu 'il cavallo di battaglia' matul il-kampanja elettorali li jmiss. Nemmen, li kien hemm riformi oħra kbar, li dan il- gvern wettaq, b'riżq numru kbir ta' ċittadini. Riformi li forsi mhux dejjem il- media tathom l-importanza meħtieġa. Għal numru ta' ċittadini, filwaqt li l-element ekonomiku jibqa' wieħed importanti, hemm ostkali oħra li jtellfu mill-kuntentizza tiegħu. Ta' min josserva li dan il-gvern wettaq miżuri fl- ewwel jiem tiegħu sabiex beda jagħti lura d-dinjità lil bosta minoranzi fis-soċjetà tagħna. Il-liġi tal-Unjoni Ċivili tat tama ġdida lil mijiet ta' persuni omosesswali. Għal snin sħaħ, dawn in-nies kienu mċaħħda milli jiġu rikonoxuti bħala koppja, b'konsegwenzi emozzjonali u psikoloġiċi koroh fuq dawn l-istess persuni u l-familji tagħhom. Għal darb'oħra, reġa' kellu jkun Partit Laburista fil- gvern, li jagħti dinjità lil dawn il-persuni. Infakkru li lura fi snin sebgħin kellu jkun il-gvern tal-Perit Mintoff li daħal id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità. Il- komunità LGBTIQ gawdiet ukoll mil-liġi tal-ġeneru fejn il-Gvern Malti emenda l-Kodiċi Ċivili sabiex persuni 'transgender' ikunu rikonoxxuti fis-sess affermat u jkunu jistgħu jiżżewġu persuni tas-sess oppost. Qed jitwettaq ukoll xogħol ferm tajjeb fil-qasam tad- Diżabbiltà fejn dan il-gvern qed jagħti iktar dinijità grazzi għal ħolqien tax-xogħol, djar fil-komunità, titjib sostanzjali f 'allowances. Riforma kbira oħra f 'dan il-qasam kienet is- sistema tal-wirt. Riċentament, waqt konferenza stampa ġie spjegat li jekk jinfetaħ trust għall-assi, li jkunu se jmorru għal persuna b'diżabbiltà, dan ma jitħallasx taxxa fuqu, flimkien ma' diversi benefiċċji finanzjarji oħra. Apparti minn hekk, jekk il-ġenituri jwaqqfu dan il-fond, se jkunu qed jirregolaw l-assi, waqt li jassiguraw li meta jiġu neqsin huma, il-persuna b'diżabilità jkollha biex tgħix xorta waħda. Ir-riformi fis-Settur Edukattiv ukoll hija parti integrali mill-aġenda ta' dan il-gvern. Għal ħafna snin, ġie abbandunat il-qasam ta' tagħlim vokazjonali li ħalla impatt qawwi fis-soċjetà tagħna. Huwa fatt li fil- preżent, huwa ferm diffiċli li ssib ħaddiema Maltin mħarrġa f 'ċertu snajjiet speċjalment fil-qasam tal-kostruzzjoni. Sistema edukattiva li kienet qed tobżoq 'il barra numru ta' studenti li ma jħossuhomx komdi. Għal darb'oħra, Partit Laburista fil-gvern wera fiduċja fiż-żgħażagħ billi ta d-dritt għall-vot fl-età ta' 16-il sena fl-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali. Il-gvern għaraf li wasal iż-żmien sabiex iż-żgħażagħ ikunu protagonisti diretti fil- ħajja tal-komunità tagħhom. Jasal iż-żmien fejn dan id- dritt jiġi estiż fl-Elezzjonijiet Ġenerali. Gvern Laburista li għal darb'oħra qed juri l-valuri tiegħu. Filwaqt li għaddej b'riformi ekonomiċi li qatt ma esperjenzajna bħalhom, qed joħloq riformi sabiex itejjeb verament il-ħajja ta' kull wieħed u waħda minnha. Gvern li mhu qed jinsa' l-ħadd warajh. Malta Suċċess mhix sempliċiment slogan vag imma hija sentiment li kull wieħed u waħda minnha qed tħoss ma' kull jum li jgħaddi. Roderick Cachia huwa kandidat fuq il-ħames distrett f 'isem il-Partit Laburista roderick@cachiaroderick.com Mhux Ekonomija Biss The Flying Carpet Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD Mon - Tues, Thurs - Sat 10am – 12pm • Wednesday morning closed Mon - Fri – 4.30pm - 7pm Importers of: Various hand knotted carpets and Kilims, Non Slip Underlay, Dry and Liquid shampoo. Mobile No. 7953 7664 RODERICK CACHIA