Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Jiċħdu li qegħdin jiżviluppaw art pubblika • Il-'Birżebbuġa Aquatic Sports Club' jiċħad b'qawwa allegazzjonjiet li fil-proġett tal- pixxina f'Birżebbuġa qed jinkiser il-kuntratt • L-ispazju allokat għall-pubbliku huwa tliet darbiet ikbar minn dak mitlub mill-liġi ILPROĠETT tal-pixxina ta' Birżebbuġa, li fix-xhur li ġejjin ikun kompletament lest, bil-gym u bir- risorant b'kollox, wara li l-post kien tħalla f 'abbandun totali għal aktar minn għaxar snin, se jkun qiegħed jagħti lir-raħal ta' Birżebbuġa spazju pubbliku quddiem il-baħar bid-daqs ta' 300 metru kwadru, li l-klabb se jgħammar huwa stess b'bankijiet u jieħu responsabbiltà tal-manutenzjoni. Dan l-ispazju huwa aktar minn tliet darbiet dak mitlub bil-liġi, hekk kif skont il- permess oriġinali tal-proprjetà, is-sidien tal-pixxina kellhom iħallu 95 metru kwadru bħala art pubblika, id-daqs tal-klabb house l-oriġinali. Din l-informazzjoni ingħatat lill- ILLUM mill-President tal-Kumitat tal-'Birżebbuġa Aquatic Sports Club', George Farrugia, wara li f 'isem il- kumitat ċaħad akkużi li l-iżvilupp tal- pixxina qiegħed isir fuq art pubblika. Dan wara rapport li deher fuq il-gazzetta 'It-Torċa' ta' nhar il-Ħadd li għadda. Farrugia sostna li biex inkiteb ir-rapport, ħadd mill-gazzetta ma kien għamel kuntatt mal-kumitat tal- 'Birżebbuġa Aquatic Sports Club' biex dawn ikunu jistgħu jirribattu l-akkużi. Il-proġett se jalloka spazju pubbliku tliet darbiet akbar minn dak mitlub mill-liġi Il-President tal-kumitat, George Farrugia, provda lill-ILLUM kopja tal-pjanta tal-proġett tal-pixxina, flimkien ma' rakkomandazzjoni legali dwar id-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-proġett. Permezz tal-pjanta, li qed tifher ukoll hawnhekk, Farrugia spjega li meta l-klabb ħa pussess tal- proprjetà, bil-liġi kellu wkoll id-dritt tal-arja. Il-permess oriġinali kien jobbliġa li spazju ta' 95 metru kwadru, li kienet id-daqs tal-'club house' l-oriġinali, jitħalla bħala żona miftuħa aċċessibbli għall-pubbliku. Farrugia spjega li minkejja li l-'club house' il-ġdida issa kibret 7 darbiet aktar mid-daqs ta' dik oriġinali, bħala parti mill-proġett il-ġdid, legalment huma marbutin biss li jirriservaw l-ispazju ta' 95 metru kwadru bħala wieħed pubbliku, għax il-bqija jaqa' fuq art privata li hi proprjetà tal-klabb. Farrugia kompla jispjega li legalment, il-klabb kellu wkoll id-dritt li jħalli l-ispazju mitlub bil-liġi vojt u jagħlaq l-aċċess lil hinn minnu, iżda ħassew li peress li l-proġett huwa wieħed għar-raħal u għall-komunità ta' Birżebbuġa, il-pubbliku kellhu dritt għall-aċċess u l-veduta tal-baħar. Għaldaqstant, fuq il-bejt tal-'club house' il-ġdida, se jkun hemm spazju ta' 300 metru kwadru disponibbli għall-pubbliku, jiġifieri aktar minn tliet darbiet l-ispazju mitlub mill-liġi skont il-permess, spazju li l-klabb se jgħammar huwa stess b'bankijiet u jieħu responsabbiltà tal-manteniment tiegħu. Ir-rapport li deher fuq 'It-Torċa' kkundanna l-attività kummerċjali pjanata fil-kumpless tal-pixxina ta' Birżebbuġa, u dawk li tkellmu mal- gazzetta għamlu akkużi li l-iżvilupp kummerċjali tar-ristorant se jsir fuq art pubblika. Dan apparentament, wara li xi residenti li joqogħdu faċċata tal-pixxina ressqu lmenti mat-Torċa minħabba li skonthom, l-iżvilupp se jgħattilhom il-veduta u li se tikkawżalhom tniġġis tad-dawl u kawża ta' storbju, L-ilmenti ta' dawn ir-residenti wasslu wkoll biex jitkellem ukoll is-sindku ta' Birżebbuga, Joseph Cutajar, li flimkien mal-Kunsill Lokali li qiegħed isostni li t-tqegħid ta' mwejjed u siġġijiet se jkun qed isir fuq biċċa mill-promenade, li hija art pubblika. Għalhekk l-ILLUM għamlet kuntatt mas-sindku ta' Birżebbuġa u staqsietu biex jippreċiża l-oġġezzjonijiet li l-Kunsill għandu għal dan il-proġett. Is-sindku Joseph Cutajar sostna li l-oġġezzjoni tal-kunsill hija minħabba l-fatt li l-imwejjed u s-siġġijiet, li se jkunu parti mir-ristorant tal-kumpless tal-pixxina, se jkunu qegħdin jieħdu spazju li huwa bi dritt riservat għall- pubbliku. Cutajar stqarr li l-interess tal-kunsill huwa li "jkun hemm biċ-ċar il-fruntieri bejn dak li hu tal- klabb, dak li hu tal-Gvern u dak li hu tal-pubbliku." Meta mistoqsi jekk hux konxju li l-klabb qiegħed jalloka aktar minn tliet darbiet l-ispazju pubbliku li tirrikjedi l-liġi, is-sindku baqa' biss isostni fuq il-fatt li se jkun hemm l-imwejjed fuq art pubblika u li ma jafx bl-eżatt id-dettalji u l-qisien tal- ispazju li jrid jitħalla għall-pubbliku. Il-Kunsill jintalab biex isiru laqgħat Dan jidher li huwa każ ta' nuqqas ta' ftehim bejn il-Kunsill Lokali u l-klabb tal-'Birżebbuġa Aquatic Sports Club', li skont Farrugia, jista' jissolva kieku jirnexxielhom jiltaqgħu biex jiċċaraw il-pożizzjoni tat-tnejn, għax fl-aħħar mill- aħħar, it-tnejn li huma qegħdin jaħdmu għall-ġid u t-tisbieħ ta' Birżebbuġa. S'issa, il-klabb għamel diversi talbiet biex isiru laqgħat mal-Kunsill li għadhom qegħdin jistennew risposta. Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt Il-pjanta turi d-differenza fid-daqs bejn il-'club house' l-antika u dik ġdida Spazju pubbliku aktar minn tliet darbiet ikbar minn dak mitlub bil-liġi George Farrugia - President tal-Kumitat tal- 'Birżebbuġa Aquatic Sports Club' u Joseph Cutajar – Sindku ta' Birżebbuġa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017