Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Novembru jew għal Marzu? MARZU Il-Baġit ikun wasal għand in-nies Jilħaq aktar Laburisti diżillużi Il-fattur tal-V18 Inqas sigura jekk tqum kwistjoni mill-PN B'ELEZZJONI f 'Marzu, il-baġit li jkun ħabbar il-Gvern, l-aħħar wieħed għall-leġiżlatura preżenti, ikun beda jasal għand in-nies. Jekk ikun fih miżuri soċjali jew tnaqqis ta' kontijiet, sa elezzjoni f 'Marzu, il-poplu jkun diġà beda jgawdi mill-istess miżuri. Fil-fatt il-kontijiet irħas, jew il-miżuri fiskali l-votanti jibdew igawdu minnhom waqt il-kampanja elettorali, li probabbilment tibda xi mkien fin-nofs ta' Jannar. TLIET xhur jistgħu jkun aktar żmien li fih il-Partit Laburista u Muscat jiltaqgħu ma' aktar persuni u votanti, li forsi tbiegħdu mill-Partit Laburista. Speċjalment, votanti tradizzjonalment Laburisti. Fl-istħarriġ tal-Maltatoday, persentaġġ ta' Laburisti, bejn wieħed u ieħor 10%, huma diżillużi bil-partit tagħhom. Il-kritika ta' dawn il-Laburisti hija voċifera u palpabbli, anke fuq il-midja soċjali. Jista' jkun li elezzjoni f 'Marzu trebbaħ lil Muscat iktar żmien li fih jibni l-pontijiet meħtieġa ma' dawn il-votanti. ISSENA d-dieħla minn Jannar, il-Belt Valletta se tkun il-belt kapitali Ewropea tal-kultura. Jista' jkun (u jidher li hemm ħafna li jħossu hekk) li ma jkunx xieraq li Malta tospita avveniment daqstant importanti fi żmien li fih kulħadd ikun moħħu fil-politika u f 'perjodu ta' żmien fejn ħafna attività politika tkun fil-fatt qed isseħħ fil-Belt Valletta. Min-naħa l-oħra, huwa riskju wkoll li avveniment li dan il-Gvern tant ħadem għalih, ma jgawdix il-frott tiegħu f 'każ ta' rebħa Nazzjonalista. Filwaqt li elezzjoni tista' tfixkel il-V18, fil-fatt il-V18 jista' jkun avveniment li matulu tkun ikkonfermata l-abbiltà tal-Gvern preżenti li jtella' avvenimenti kbar u ta' ċerta portata fil-pajjiż. Dan fid-dawl taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi nazzjonali, iċ-CHOGM/Valletta Summit u l-Presidenza Maltija tal-UE. JEKK ġimgħa hija twila fil-politika, tliet xhur hija eternità. Ma tafx x'jista' jinqala. F'Jannar 2015, il-Gvern kien qed jimbotta l-miżuri tal-baġit, ġranet wara li qamet il-kwistjoni 'Panama' u l-Gvern spiċċa f 'nofs kobba mħabbla waħda sew. Jista' jkun li ladarba Muscat jara li ċ-ċifri u l-istħarriġ qed juru tkabbir fil-popolarità tal-PL u anke tiegħu, jiddeċiedi li jmur għal elezzjoni f 'Ottubru/Novembru u b'hekk jilgħabha 'safe'. Ma jmurx xi ħadd jiżgarra u jikkrealu, bħal sajjetta fil-bnazzi, xi skandlu. t ikun wasal għand in-nies kontijiet, sa elezzjoni f 'Marzu, il-poplu jkun diġà beda jgawdi JISTA' jkun li fiż-żmien li ġej u iktar kemm jgħaddi ż-żmien ikun hemm żewġ xejriet partikolari. L-aħħar stħarriġ tal-Maltatoday juri li hemm ċaqliq favur il-Labour, anke fost l-iswitchers. Fil-fatt, l-ikbar ċaqliqa favur il-Labour fl-aħħar snin. Dan apparti li d-differenza bejn dawk li jafdaw lil Muscat u dawk li jafdaw lil Busuttil, baqgħet distakkata favur Muscat. Jekk din ix-xejra tissaħħaħ fil-ġimgħat u xhur li ġejjin, Muscat jista' jkollu żewġ għażliet. Jew li jagħmel elezzjoni din is-sena biex jassigura dak l-appoġġ, jew inkella li jieħu r-riskju li jittardja bi tliet xhur sa Marzu u jipprova jassigura rebħa akbar. Muscat jaf li jekk jirnexxilu jkabbar id-distakk biżżejjed biex imqar ikun viċin biżżejjed tad-distakk fl-2013 (kull ċifra lil hinn mill-25,000) ikun ta daqqa politika mortali lil Simon Busuttil u gambetta ikbar minn dik tal-2013 lill-Partit Nazzjonalista. Din tista' tkun kunsiderazzjoni biex l-elezzjoni ssir f 'Marzu. Xejriet ċari fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017