Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ...................... 3 Mosta ............................ 0 BIRKIRKARA komplew ikabbru l-problemi ta' Mosta meta għelbuhom bl- iskor konvinċenti ta' 3-0. Huma fetħu l-iskor wara biss seba' minuti meta minn freekick insidjuż ta' James Brincat, daqqa ta' Tyrone Farrugia qarraq għal kollox bil-goalkeeper Yenz Cini, bil-ballun jintemm fix-xibka biex b'hekk irriżulta auto- goal klassiku. L-Istripes reġgħu ħolqu l-periklu fl-20 minuta permezz ta' xutt tal-captain Gareth Sciberras li ġie salvat mill-goalkeeper tal-Blues Yenz Cini. Fid-29 minuta Srdan Dimitrov għal Birkirkara approfitta minn żball difensiv ta' Mosta, qabel ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ bi bravura minn Yenz Cini. Birkirkara rduppjaw l-iskor fl-34 minuta meta Miguel Angel Alba avvanza tajjeb fil-kaxxa, qabeż plejer avversarju qabel xeħet il-ballun fix-xibka. Fl-40 minuta Mosta kienu għoddhom ġabru l-ballun minn ġox-xibka għat-tielet darba meta xutt tajjeb ta' Srdan Dimitrov għall- Istripes stampa mal-wieqfa. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fil-55 minuta Cain Attard baqa' dieħel fil-kaxxa qabel xeħet cross fil-baxxx għan- nofs li iżda ġie kklerjat f 'sigurtà mill-plejer ta' Mosta, Heron Miranda Guilhermino. Fit-73 minuta xutt eżatt minn tarf il-kaxxa ta' Gonzalo Malan għal Birkirkara stampa mal- wieqfa. Iżda t-tielet gowl għall-Istripes kellu jasal tliet minuti biss wara meta Gareth Sciberras għadda tajjeb lejn Srdan Dimitrov li bi bravura dawwar il-ballun fir-rokna tax-xibka. Birkirkara - Bonello, Bubalovic, Sciberras, Guillaumier, Andelkovic, Dimitrov, Vukanac (Bonnici 69'), Alba (Agius 80'), Attard, Malan, Brincat (Herrera 64) Mosta - Cini, Chinatu Onwudinjo (Brincat 64'), Magro, Toth, Fenech, Frendo, Priso, Caruana, Vella (Miranda Guilhermino 33'), Farrugia (Xuereb 24'), Mifsud Triganza Referi - Stefan Pace Ritratt: Dominic Borg SRDAN DIMITROV Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja t-tielet u l-aħħar gowl għal Birkirkara. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jilagħbu f 'Malta. Birkirkara jkomplu jkabbru l-problemi ta' Mosta RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 1 ta' April Liverpool vs Everton 3-1 Burnley vs Tottenham Hotspur 0-2 Chelsea vs Crystal Palace 1-2 Hull City vs West Ham United 2-1 Leicester City vs Stoke City 2-0 Manchester United vs WBA 0-0 Watford vs Sunderland 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 2 ta' April 14:30 Swansea C. vs Middlesbrough 17:00 Arsenal vs Manchester C. Kampjonat Serie A TIM 12:30 Torino vs Udinese 15:00 Chievo Verona vs Crotone 15:00 Fiorentina vs Bologna 15:00 Genoa vs Atalanta 15:00 Palermo vs Cagliari 15:00 Pescara vs AC Milan 20:45 Napoli vs Juventus It-Tnejn 3 ta' April 20:45 Inter vs Sampdoria Crystal Palace jixxukkjaw lil Chelsea fi Stamford Bridge CRYSTAL Palace barra minn darhom fi Stamford Bridge ixxukkjaw lil Chelsea meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Wilfried Zaha u minn Christian Benteke f 'temp ta' żewġ minuti eżattament fid-9 u l-11-il minuta. Dan wara li kien Cesc Fabregas li fetaħ l-iskor għal Chelsea wara biss ħames minuti. Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield għelbu l-isfida ta' Everton u b'hekk rebħu d-derby ta' Merseyside bl-iskor ta' 3-1, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Sadio Mane, Philippe Coutinho u Divock Origi. Everton kienu ġabu d-draw momentarju fit-28 minuta permezz ta' Matthew Pennington. Manchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' mingħajr gowls minn WBA. Tottenham Hotspur barra minn darhom għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 2-0 bil- gowls għalihom jaslu minn Eric Dier fis-66 minuta u minn Heung-Min Son fis- 77 minuta. Hull City ġewwa darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Andrew Robinson u Andrea Ranocchia fit-53 u fil-85 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għall-Hammers wasal minn Andy Carroll fit-18-il minuta. Leicester City ġewwa darhom fil-King Power Stadium għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-0 bil- gowls għalihom jaslu minn Onyinye Ndidi u minn Jamie Vardy fil-25 u fis-47 minuta rispettivament. Watford ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Sunderland bil-gowl għalihom jasal minn Miguel Britos fid-59 minuta. Cesc Fabregas iawljat minn żewġ plejers ta' Crystal Palace Mislav Andelkovic segwit minn David Fenech Ritratt: www.birkirkarafc.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017