Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Sports 31 Vella jiddomina u jirbaħ l-ASMK Autocross ILLUM, il-Ħadd 2 t'April, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Din id-darba jmiss lis-sezzjoni Trials li se tkun qed torganizza t-tielet attività f 'Ħondoq ir-Rummien, Għawdex. L-attività tibda fl-10am. Trials bikers Għawdxin mistiedna jikkompetu f 'din l-attività wkoll. Intant, nhar il-Ħadd li għadda s-26 ta' Marzu, l-ASMK organizzat il-ħames attività tal-istaġun mis- sezzjoni Autocross. Għal din l-attività rreġistraw 27 kompetitur maqsuma f 'żewġ klassijiet, dik Modified u dik Standard. Matul il-heats tal-ġurnata ma kellna lil ħadd li rrnexxielu jirbaħ il-heats kollha iżda Gordon Johnson u Philip Joe Vella - it-tnejn fuq karozzi Opel Corsa spikkaw fejn kienu l-uniċi żewġ kompetituri li ġabu l-ogħla punteġġ fil- heats u ssiġillaw posthom fil-finali ta' Klassi A. Ma' dawn ikkwalifikaw Jean Paul Grech fuq Peugoet 106, Matthew Borg fuq Vauxhall Nova, Terence Azzopardi u James Micallef - it-tnejn fuq Opel Corsa. Mill-bidu ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb ħafna minn Vella u Johnson, b'Vella jieħu t-tmun mal-ewwel kantuniera filwaqt li kien segwit viċin minn Johnson u Micallef rispettivament. L-attenzjoni daret fuq Johnson li kien qed jagħmel pressjoni fuq Vella, b'dan tal-aħħar irnexxielu jagħmel disa' laps jiddefendi postu u rebaħ din il-finali segwit viċin minn Johnson. Fit-tielet post spiċċa Borg segwit minn Micallef u Azzopardi waqt li fis-sitt post daħal Grech li kellu jirtira mit-tiġrija minħabba ħsara mekkanika. Għall-Finali ta' Klassi B ikkwalifikaw Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Ryan Scicluna u Jonathan Vella - it-tnejn fuq Ford Fiesta, Noel Zammit fuq Fiat Punto u Alan Muscat fuq Peugeot 205. Mat-tluq ta' din il-finali, rajna ħruġ tajjeb minn Muscat, Scicluna u Micallef iżda Scicluna rnexxielu jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Micallef u Muscat. Scicluna ddefenda postu matul id-disa' laps tat-tiġrija fejn rajna sewqan veloċi u spettakolari mis- sewwieqa kollha. Ir-riżultat finali ta' din it-tiġrija juri lil Scicluna jirreġistra l-ewwel rebħa tiegħu fi Klassi B waqt li dan kien segwit min Micallef u Muscat. Fir-raba' post, daħal Martin segwit fil- ħames post minn Zammit. Is-sitt post intrebaħ minn Vella. Mill-Klassi Standard rajna Start Line kompost minn Quinn Camilleri fuq Peugeot 106, Nicovich Chircop fuq Peugoet 206, Johann Vella fuq Opel Nova, Massimo Borg fuq Peugeot 205, Karl Scicluna fuq Peugeot 106 u Joseph Micallef fuq Renault 5. Mat- tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Vella u Micallef, b'Vella jisraq l-ewwel post segwit minn Micallef u Chircop. Intant, l-attenzjoni marret fuq Camilleri li kien qed jagħmel pressjoni fuq Chircop sakemm wara t-tmien lap Camilleri ħa post Chircop iżda ftit metri 'l bogħod minn fejn għamel l-avvanz, dan spiċċa nqaleb wara li tela' fuq xi tyres ta' maġenb il-korsa iżda reġa' ġie fuq ir-roti u kompla l-finali. Ir-riżultat ta' din il-finali juri lil Vella jirreġistra t-tieni rebħa tiegħu segwit minn Micallef u Chircop. Fir-raba' post spiċċa Scicluna segwit fil-ħames post minn Borg. Camilleri daħal fis- sitt post. Is-sitt attività Autocross se ssir nhar il-Ħadd li ġej - id-9 t'April. Din l-attività se tinkludi fiha Car Demolition tal-karozzi sa erba' metri tul. Ritratt: Mario Micallef Philip Joe Vella - rebbieħ tal-ġurnata Topspin Table Tennis Academy fil-quċċata tal-Kampjonat nazzjonali TOPSPIN Table Tennis Academy tinsab imħejjija għat-tieni fażi tal-Kampjonat nazzjonali tat-table tennis. Dan hekk kif it-tim 'Andro University' fl-ewwel diviżjoni, kompost mill-kowċis tal- Akkademja Edward Baldacchino, Daniel Bajada, Alex Soler u Ryan Tabone, jinsab fil-quċċata tal- kampjonat. Madankollu, il-kumplament tat- timijiet li jinsabu fit-tieni, fit-tielet u fir-raba' diviżjoni wkoll qegħdin jagħtu prestazzjoni mill-aqwa. L-Akkademja xtaqet tifraħ lill- istudenta Anthea Cutajar hekk kif ingħatat għajnuna finanzjarja mill- Bank of Valletta biex tkompli tinvesti fit-taħriġ tagħha anki barra minn xtutna. Barra minn hekk, ftit tal-jiem ilu, l-Akkademja organizzat it-tielet ranking tournament tagħha fejn attendew għadd ġmielu ta' parteċipanti ġodda minn kull età. L-Akkademja rnexxielha tikseb unur ukoll fit-tielet ranking tournaments tas-seniors organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tat- Table Tennis (MTTA) hekk kif fil-finali tad-doubles, il-kowċis Edward Baldacchino u Daniel Bajada rnexxielhom jegħlbu lil Gabriel Grixti u lil Isaac Grixti. Apparti dan, bħalissa, l-istudenti tal-Akkademja qegħdin jippreparaw għal- logħob tal-Kampjonati ż-Żgħar li se jittellgħu ġimagħtejn oħra bit-tir li jiksbu riżultati pożittivi. Għal iktar tagħrif dwar l-Akkademja u kif issir membru tagħha, wieħed jista' jikkuntattja lill-Kowċ Edward Baldacchino fuq 99470278. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Lara Michelle Camilleri li hija studenta ta' Topspin Table Tennis Academy. Uħud mill-membri ta' Topsin Table Tennis Academy