Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
illum | Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Intervista 12 'Il-Kummissjoni Elettorali għandha Partiti jekk ma jkollhomx biżżejjed W ara żmien twil ta' tentattivi sabiex tinbeda diskussjoni dwar parteċipazzjoni ikbar ta' nisa fi rwoli ta' deċiżjoni, partikolarment f 'dawk politiċi, l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE), issa hi kuntenta li finalment inqabdet diskussjoni. F'intervista ma' din il-gazzetta, il-Kummissarju għall-Ugwaljanza Renee Laiviera tittama iżda li mhux biss tinbeda d-diskussjoni, iżda li fiż-żmien li fadal għall-elezzjoni ġenerali, tittieħed azzjoni li tiġi implimentata sa din l-elezzjoni. 'Mhux ngħidu affarijiet kbar li jkollna 30% ta' kandidati, nisa' Il-Kummissjoni, lura f 'Ottubru tas-sena li għaddiet kienet ħarġet proposti sabiex sa mill-elezzjoni ġenerali li jmiss, ikun hemm sehem ikbar tan-nisa fil-ħajja politika. Fil-fatt, il-proposta kienet tgħid li sal-elezzjoni tal-2018, irid ikun hemm minn tal-inqas 30% tal-kandidati li jkunu nisa, b'dan in-numru jiżdied għal 40% fl-elezzjoni ta' wara, sakemm jilħaq il-50% fl-elezzjoni sussegwenti. "Aħna kkalkulajna li jekk fuq kull distrett inżidu żewġ nisa, bejn wieħed u ieħor, allura nkunu nistgħu nilħqu t-30%. Bi 30% mhux qed ngħidu affarijiet kbar hawn," sostniet Renee Laiviera, waqt li żżid tgħid li l-listi u l-kwoti biss mhux se jwassluna fejn irridu. "M'aħniex qed inkunu ambizzjużi ħafna aħna," iżżid tgħid Laiviera meta titkellem dwar din il-proposta, "b'hekk ikollna proċess gradwali, għax nafu li kieku ppruvajna ndaħħlu l-50% mill-ewwel, għalkemm tkun ideali, jgħidulna li huwa diffiċilissimu biex insibu daqshekk nisa mil-lum għal għada." Hawnhekk, tqajjem punt li ssemma l-ġimgħa li għaddiet mill-MPE Roberta Metsola ma' din il-gazzetta u tgħid kif minkejja li n-nisa ilhom li ħadu l-vot mill-1947 u ftit snin wara, kien hemm rappreżentanza tagħhom fil-Parlament ta' madwar 11%, iktar minn 60 sena wara, hemm biss rappreżentanza ta' inqas minn 13%. "Jekk se noqogħdu nistennew, b'din ir- rata naħseb għandna 200 sena oħra," tinsisti Laiviera waqt li tistaqsi x'se jiġri jekk ma jsir xejn. 'Il-kundizzjonijiet ta' kif jaħdmu Brussell huma differenti' Is-sitwazzjoni ta' rappreżentanza tan-nisa fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew hija ferm differenti minn dik tal-Parlament Nazzjonali, bil- maġġoranza assoluta, ċoè 66% tar- rappreżentanti jkunu nisa. Għal dan, il-Kummissarju għall-Ugwaljanza tgħid li dawn iż-żewġ elezzjonijiet ma tistax tqabbilhom,u fost l-oħrajn, issemmi kif il-kundizzjonijiet ta' kif jiġu eletti l-MPE huma differenti minħabba li dawn jiġu eletti minn Malta kollha. "Il-kundizzjonijiet ta' kif jaħdmu Brussell huma differenti allura dik ukoll tagħmel effett. Anke l-kundizzjonijiet taħt xiex telgħu l-ewwel nisa kienu differenti," tkompli tgħid Laiviera. "l-MPE tagħna, li huma tajbin ħafna u wrew kemm huma tajbin għax reġgħu telgħu, l-ewwel darba li telgħu kienet bil-by-election, għaliex kienu rreżenjaw numru ta' rġiel meta daħlu fil-parlament nazzjonali." Renee Laiviera kompliet tispjega kif meta dawn in-nisa ngħataw iċ-ċans li jkunu fil-Parlament, urew xi jsarrfu, "u meta ġiet l-elezzjoni, telgħu. U dan qed ngħidu aħna...meta n-nisa jingħataw ċans, u juru li huma kapaċi, dawn jerġgħu jiġu eletti, u dan huwa l-għan tal-proposti tagħna." 'Il-partiti politiċi jridu jrawmu lin- nisa minn isfel nett, fl-oqsma kollha' Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza insistiet li mhux il-kwoti biss jeħtieġ jiġu implimentati, iżda hemm miżuri oħra li jagħmlu d-differenza, partikolarment it-taħriġ u l-esperjenza li tinkiseb fi ħdan l-istrutturi tal-partit politiku. "Ma ssirx poltiku mil-lum għal għada. Jeħtieġ li l-partiti politiċi jrawmu lin-nisa minn isfel nett, fl- oqsma kollha," iżżid tgħid Laiviera. Waqt li rrikonoxxiet li l-partiti politiċi għamlu sistemi fi ħdanhom sabiex il- membri tal-eżekuttiv ikunu bilanċjati u anke jkun hemm ammont ta' nisa f 'pożizzjonijiet importanti. Tkompli tgħid kif, "it-top posts mhumiex biżżejjed. Jeħtieġ li l-partit kollu u l-istrutturi kollha jkollhom in-nisa, sabiex jitgħallmu kif tkun politiku u jħossuhom komdi li joħorġu għall- politika." Laiviera tinsisti wkoll kif jeħtieġ li n-nisa jkunu involuti f 'kull qasam tal-politika, u mhux biss is- setturi tas-soltu bħall-edukazzjoni u l-familja. Fil-fatt, Laiviera rrakkuntat kif uħud mill-ewwel persuni li rreġistraw mal-Kummissjoni bħala professjonisti, kienu fil-fatt nisa ġejjin minn oqsma relatati mal-ekonomija. Għaldaqstant, tgħid kif, "aħna ċċassajna b'dan għax kulħadd kien jgħidilna li 'm'hawnx' u 'ma nsibu lil ħadd', meta jiġu biex jistiednu kelliema dwar oqsma ekonomiċi." 'Lanqas fil-Parlament m'għandna servizzi ta' childcare' Minbarra li titkellem favur il-kwoti, Renee Laiviera tinsisti li dawn biss mhumiex biżżejjed għaliex inkella l-effett jispiċċa biex ikun wieħed temporanju biss. "Minn studji f 'pajjiżi oħra, deher kif jekk ma jkunx hemm strutturi imma kwoti biss, in-nisa jispiċċaw biex jaqtgħu qalbhom u ma jerġgħux joħorġu. Għalhekk trid taseb long term dwar dan." Għaldaqstant, insistiet li jeħtieġ li dawn il-miżuri ta' kwota jiġu akkumpanjati minn strutturi addattati ta' ħidma fil-Parlament, u mhux biss għan-nisa. "Lanqas fil-Parlament m'għandna servizzi ta' childcare. U dan mhux għan-nisa biss...mela l-irġiel m'għandhomx tfal ukoll? Biex imbagħad jispiċċaw biex lanqas jaraw lil uliedhom. Issa dan sew, meta dejjem ngħidu fuq kemm hu importanti l-irwol tar- raġel fil-familja?" Dan jaqbel sew mal-kummenti ta' diversi deputati Parlamentari li insistew li l-Parlament jeħtieġ jimplimenta miżuri 'family friendly'. Laiviera tkompli ssostni li għandhom ikunu l-partiti stess li fi ħdanhom joffru servizzi ta' childcare, sabiex in-nisa, u anke l-irġiel li huma ġenituri diġà jkollhom is-sostenn u strutturi ta' appoġġ sabiex jibbilanċjaw il-politika u l-familja. 'Qed jingħataw biżżejjed opportunitajiet fil-media lil kandidati nisa?' Rigward l-irwol tal-partiti politiċi fl-ammont ta' nisa kandidati, il- Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza tinsisti li l-partiti, f 'kull elezzjoni jippruvaw ifittxu iktar nisa biex jikkontestaw l-elezzjoni. "Naf li l-partiti kollha jippruvaw ifittxu kandidati nisa, imma issa rridu nagħmlu sforz ikbar. Mhux billi tgħid li għandek kandidati nisa... lil min se tagħti coverage fil-media?" żżid tgħid Laiviera. Tinsisti wkoll li xi minn daqqiet, anke lil xi kandidati rġiel tiġri din, għaliex minkejja li jkunu kandidati tajbin u kompetenti, ma jagħmlux suċċess fl-elezzjoni minħabba li ma jkunux magħrufa. "Dan japplika wkoll għan-nisa, għax jekk ma tagħtihomx preżenza fil- media, u jekk ikun hemm bżonn anke taħriġ għal dan, mhux se jkunu preparati u jistgħu jagħmlu suċċess." Minbarra li tgħid li temmen li għandu jkun hemm il-possibbiltà ta' xi taħriġ formali għall-kandidati kollha, sabiex ikunu preparati għall-politika, Renee Laiviera tgħid li hu importanti li l-kandidati jippreparaw ruħhom permezz ta' xogħol fil-partit tagħhom internament, "imbagħad tibda tiltaqa' man-nies iżjed, tibni l-għeruq tiegħek, u anke tingħata għajnuna finanzjarjament." 'In-nisa joqogħdu lura mill- kampanji elettorali għal il-flus iħossuhom qed jeħduhom mill- familja' Rigward il-finanzi, Laiviera ssostni, waqt li tikkwota studju li n-nisa fil- politika jbatu iktar f 'dan ir-rigward. Dan għaliex waqt li raġel, mhux se jiddejjaq jonfoq flus fuqu nnifsu jekk ikollu xi ħaġa żejda, l-ewwel ħaġa li tagħmel mara, hi li tara x'hemm bżonn fil-familja. "Nafu kemm tirrikjedi flus kampanja elettorali llum il-ġurnata, u n-nisa joqogħdu lura għaliex iħossu li dawk il-flus huma flus tal-familja." Il-Kummissarju tgħid ukoll kif anke fis-sostenn mill-familjari, wieħed jista' jinnota d-differenza bejn kandidati nisa u rġiel. "Nafu li meta raġel joħroġ għall-elezzjoni, ommu ħutu, z-zijiet... kulħadd jagħtih sostenn totali, u dan minbarra l-appoġġ tal-mara tiegħu. Mara ssibu dan l-appoġġ?," tistaqsi Laiviera, "għax ħafna drabi, milli jgħidulna n-nisa stess, jibdew jistaqsuhom jekk humiex ċerti mid-deċiżjoni tagħhom u jekk jafux għalxiex deħlin." Laiviera tgħid li dan ix-xettiċiżmu ma jiġix għax dawn in- nisa mhumiex kapaċi imma għax ta' madwarha jaraw kemm hu importanti l-irwol tagħha fil-familja, u allura jagħtu iktar prijorità lir-rwol tagħha tal-familja. Tkompli tgħid kif "dawn huma nisa kapaċi u jafu jorganizzaw Meta n-nisa jingħataw ċans, u juru li huma kapaċi, dawn jerġgħu jiġu eletti, u dan huwa l-għan tal-proposti tagħna " " Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt