Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
Minn Albert Gauci Cunningham LIKTAR lokalitajiet li r-residenti tagħhom sofrew kanċer kienu l-Mosta u Ħal Qormi, filwaqt li l-inqas kienet Ħal Kirkop. Intant f 'ħames snin, bejn l-2010 u l-2015 kienu rreġistrati 1,908 każ ġdid ta' kanċer, jew medja ta' 964 nisa u 944 irġiel. Meta mqabbel maċ-ċifri Ewropej, ir-rata ta' pazjenti tal- kanċer f 'Malta mhux ogħla, anzi f 'ċerti każi huma inqas. Il-kanċer fil-musrana l-kbira, filwaqt li hija aktar komuni fost l-irġiel milli nisa, huwa inqas komuni fost il-Maltin mill-medja fl-Ewropa. L-istess fil-każ tal-pulmun, fil-fatt filwaqt li r-rata ta' nisa li jbatu minn dan it-tip ta' kanċer hija ta' 9.62 u fost l-irġiel ta' 35.03, fl-Ewropa, il-medja titla għal 11.7 u 45.1 rispettivament. Min-naħa l-oħra, ir-rata ta' kanċer fost pazjenti bil-kanċer fil-frixa hija ogħla f 'Malta mill-medja Ewropea. F'Malta, ir-rata fost in-nisa hija ta' 6.19 filwaqt li fl-Ewropa hija ta' 5.90. Fost l-irġiel Maltin hawn rata ta' 8.93 filwaqt li fost in- nisa hemm rata ta' 8.20. Din ir-rata inħadmet skont il-WASR- World Adjusted Standardised rate u l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea. Jibda l-proċess għall-proġett ta' mini-Mater Dei f 'Raħal Ġdid Intant fuq is-suġġett tas- saħħa, il-gvern ħabbar kif fl- aħħar jiem, ġiet ippubblikata l-ewwel sejħa għal tender b'rabta mal-Paola Hub, deskritt bħala 'mini-Mater Dei' fin-nofsinhar ta' Malta u li se jkun qed joffri servizz wiesa' ta' kura primarja avvanzata fuq l-art fejn qabel kien hemm il-ground tax- Shreiber. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS), li hija l-entità responsabbli minn dan il- proġett, se tkun wkoll qed torganizza laqgħat għal aktar informazzjoni dwar dan it-tender ma' dawk kollha interessati, kif ukoll żjarat fuq is-sit tal-Paola Hub. L-għan ewlieni ta' dan it- tender huwa li l-kumpanija magħżula tkun tista' tissorvelja d-disinn, kostruzzjoni, finishing, u tagħti l-handover taċ-Ċentru Reġjonali tas- Saħħa fin-Nofsinhar ta' Malta. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li permezz tas-sejħa ta' dan it-tender, "qegħdin nagħmlu pass ieħor għar-realizzazzjoni ta' dan il-proġett kbir, fil-qalba tan- naħa t'isfel ta' Malta - f 'Raħal Ġdid. Dan iċ-Ċentru mediku tal-ogħla livell se jkun qiegħed jaqdi ħafna mill-bżonnijiet mediċi tar-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta mingħajr ma jkollhom il-ħtieġa li jmorru fl-isptar Mater Dei," qal il- Ministru Chris Fearne. Il-Paola Hub li se jkun mibni fuq 20,000 metru kwadru, u se jinkludi wkoll parkeġġ. Għal dan il-proġett, aktar kmieni din is-sena ġew approvati €33 miljun f 'fondi Ewropej, filwaqt li l-proġett kollu mistenni jkun jiswa €39 miljun. illum | Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Aħbarijiet ARE YOU A ZIPPO COLLECTOR? Come and join us for a swap meet at TEN GREEN BOTTLES, ZEBBUG. Saturday 8th April from 3pm to 6pm Sunday 9th April from 10am to 1pm There will also be an exhibition of probably Europe's largest selection of Zippo lighters! Benefit from great discounts in store throughout April. MDINA ROAD, ZEBBUG, T. 21467111 - E. zippo@nmarrigo.com L-iktar lokalitajiet b'pazjenti tal- kanċer: Il-Mosta u Ħal Qormi F'ħames snin ġew reġistrati medja ta' 1,900 każ ġdid ta' kanċer Ir-rata ta' kanċer fost pazjenti bil-kanċer l-frixa hija ogħla f'Malta mill-medja Ewropea