Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Intervista 13 ħajjithom, u b'xi mod se jsibu rkaptu. Dak li għandu jingħad huwa biex taħsibha tajjeb qabel tieħu d-deċiżjoni, imma lesti nagħtuk l-appoġġ tagħna." 'Ir-realtà turina li għandna bżonnha din l-imbuttatura' "Kull darba li jkun hemm rapport fuq Malta fuq l-ugwaljanza u fejn waslet il-mara," tirrimarka Laiviera, "il-fatt li aħna għandna daqshekk ftit nisa fil- Parlament, qed jixħetna lura." Tgħid kif f 'dawn ir-rapporti, qed nidhru li għadna lura, "imma jekk tara s-suq tax-xogħol, imxejna b'rata sostanzjali, fl-edukazzjoni qegħdin ma' ta' quddiem nett, is-saħħa l-istess...allura għaliex f 'dan il-qasam ma nagħtux dik l-imbuttatura?" dan minkejja li tammetti li idealment, m'għandux għalfejn ikollna bżonnha, u n-nisa jkunu fil-Parlament mingħajr għajnuniet żejda. "Imma r-realtà turina li għandna bżonnha din l-imbuttatura." Il-Kummissarju tinnota kif il- preżenza tan-nisa fil-Parlament, tagħti dimensjoni differenti lid-diskussjoni. Filwaqt li titkellem dwar il-fatt li sabiex il-parlament ikun tassew rappreżentattiv, jeħtieġ ikollu ferm iktar nisa, tgħid kif, "il-kontenut tad- diskussjoni jkun differenti, fejn qed tingħata l-iktar importanza u b'liema mod. Il-kwistjonijiet inkunu qed inħarsu lejhom b'lenti differenti għax l-esperjenzi tan-nisa huma differenti minn tal-irġiel. Għalhekk," tkompli tgħid Renee Laiviera, "flimkien għandna naslu għal politika iktar b'saħħitha." 'Il-Parlament tagħna ġie organizzat għall-irġiel' Meta mistoqsija direttament dwar il-kwoti fil-Parlament, Renee Laiviera tgħid li l-kwoti ntużaw f 'madwar 100 pajjiż differenti u fil-maġġoranza tagħhom, ħallew frott pożittiv u ħadmu. Minkejja dan, għadd ta' MPE l-ġimgħa li għaddiet esprimew it-tħassib tagħhom ma' din il-gazzetta li dawn in-nisa li jiġu eletti bis-saħħa tal-kwota għan-nisa fil-Parlament, ikunux ġew eletti bħala token, jew numru sabiex tintlaħaq il-kwota. Dwar dan, Laiviera tgħid li pajjiżna għandu numru kbir ta' nisa kapaċi, anke meta jara n-numru ta' nisa li qed joħorġu bħala gradwati mill-Università, u mhux biss. "Għandna wkoll nisa, bħalma għandna fil- Parlament li ma marrux l-Università u huma kapaċi. Biex ma noqogħdux naħsbu li mill-Università biss joħorġu nies kapaċi." Meta mistoqsija dwar in- nisa li jiġu inklużi fil-listi ta' kandidati sempliċiment biex jintlaħaq in-numru, Laiviera tgħid li, "jekk ikunu fuq il-lista, sta għall-elettorat biex jiddeċiedi." Hawnhekk, Laiviera tgħid li problema ta' nisa kapaċi, il-pajjiż m'għandux, u fl-istess waqt issostni li l-fatt li qed nimplikaw li l-irġiel kollha li joħorġu għall-politika huma kapaċi, forsi mhux dejjem tkun eżatta. Il-Kummissarju tgħid li l-Parlament tagħna ġie organizzat għall-irġiel, "u allura l-istrutturi li kien hemm, iduru mal-bżonnijiet tagħhom, u dejjem kien part time ta' filgħaxija. Issa wasal iż- żmien li ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk. Jekk aħna rridu demokrazija iktar b'saħħitha, ikollna l-ilħna tan-nisa u tal-irġiel." Laiviera tinsisti li l-kwoti mhux qegħdin hemm biex jaġevolaw xi kandidati partikolari, iżda "l-argument qiegħed hemm għad-demokrazija għax għandna bżonn il-vuċi tan-nisa hemmhekk, allura huwa d-dover tal-partiti li jfittxuhom lil dawn in- nisa, jagħmluhom fuq il-listi u jaraw li jitilgħu fil-Parlament." Laiviera tgħid li internament, il-partiti ewlenin diġà jħaddmu sistema ta' kwoti, u tagħti eżempju bil-Partit Nazzjonalista fejn tgħid li fl-elezzjonijiet interni, l-votanti jkollhom żewġ listi minn fejn itellgħu l-kandidati li minn kull waħda, iridu jitilgħu l-istess numru ta' persuni. Tkompli tispjega li s-sistema tal-Partit Laburista kienet differenti, li ħadmet tant li ma nħassx il-bżonn li tinżamm. 'Il-partiti għandhom ikunu demokratiċi u jekk ma jkunux, għandhom ikunu ippenalizzati, għax inkella ma naslux' Bl-elezzjoni ġenerali li jmiss wara l-kantuniera, Renee Laiviera tittama li joħorġu ħafna iktar nisa, waqt li tgħid kif l-elettorat fil-fatt għandu fiduċja fin- nisa, u ma jeleġġix iktar nisa għaliex ma tantx għandu minn fejn jagħżel. "Meta tħares lejn kemm joħorġu kandidati u l-perċentwal ta' kemm jiġu eletti u tqabblu ma' dak tan-nisa, m'hemmx xi differenza kbira," iżżid tgħid. Il-kwoti msemmija mill-Kummissarju kienu jitkellmu kemm dwar listi ta' kandidati u anke kwoti fil-Parlament. Meta mistoqsija dwar liema waħda temmen li hi l-aħjar, Laiviera qalet li biex tara effett mill-ewwel, il-kwoti fil-Parlament jistgħu jaslu iktar malajr. Però twissi li anke jekk jiddaħħlu l-kwoti u l-istrutturi ma jinbidlux, "xorta nistgħu nitilfuhom lil dawk in- nisa." Meta mistoqsija dwar kif jista' jiġi żgurat li l-listi ta' kandidati se jinkludu l-ammont rakkomandat ta' nisa, Renee Laiviera ġġib eżempju b'sitwazzjoni li ġrat fi Franza, fejn il-lista tal-kandidati tal-partiti ġew rifjutati għaliex ma kellhomx biżżejjed nisa, waqt li anke daħlu fis-seħħ penali finanzjarji. Dwar jekk temminx li xi ħaġa simili għandhiex tiddaħħal f 'Malta, sostniet li temmen li, "l-partiti għandhom ikunu demokratiċi fis-sistemi tagħhom u jekk ma jkunux, għala le, għandhom ikunu ippenalizzati, għax inkella ma naslux." Laiviera qablet ukoll li l-Kummissjoni Elettorali għandha tirrifjuta l-lista tal-kandidati tal-partiti jekk dawn ma jkollhomx biżżejjed nisa fihom. "Inti trid tara li jkollok rappreżentanza ġusta," kompliet issostni, waqt li qalet li taqbel li l-kwoti m'għandhomx ikunu limitati biss għall-elezzjonijiet ġenerali, iżda anke għal elezzjonijiet oħra bħal dawk tal-Kunsilli Lokali. għandha tirrifjuta l-listi tal- biżżejjed kandidati nisa' Nafu li meta raġel joħroġ għall- elezzjoni, kulħadd jagħtih sostenn totali. Mara ssibu dan l-appoġġ? " " Renee Laiviera Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017