Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Ritratt: Christine Borg minn Cristian Antony Muscat Gżira U ....................... 5 Pembroke A ................ 1 GŻIRA United telgħu fis-seba' post tal-klassifika hekk kif irreġistraw rebħa kbira ta' 5-1 kontra Pembroke Athleta biex b'hekk komplew ikabbru l-problemi ta' dawn tal- aħħar. Il-Maroons marru fil- vantaġġ wara biss ħames minuti meta minn freekick ta' Andrew Cohen, għola tajjeb Gianmarco Conti li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża, tefa' l-ballun wara Matthew Calleja Cremona. Fid-19-il minuta, huma rduppjaw l-iskor meta huma rebħu penalti wara li Abdullahi Adeshina twaqqa' fil-kaxxa minn Paltemio Barbetti. Mil-11-il metru nkariga ruħu Andrew Cohen li ma żbaljax. Pembroke Athleta naqqsu l-marġni tal-iskor fis-66 minuta grazzi għall-freekick ta' Stevan Racic li għeleb lill-goalkeeper Jugen Borg. Madankollu, fis-70 minuta, Gżira United għamlu l-iskor 3-1 favurihom meta wara li freekick ta' Andrew Cohen stampa mal-mimduda, mir-rebound Carlos Reyna spara l-ballun fix-xibka. Żewġ minuti biss wara, Carlos Reyna żied gowl ieħor għall-Maroons meta huwa xellef il-ballun b'dahru wara Matthew Calleja Cremona, meta approfitta bis-sħiħ minn clearance erratika ta' difensur ta' Pembroke Athleta. Fil-81 minuta, Reyna għamel l-iskor 5-1 favur Gżira United meta mill-viċin tefa' l-ballun ġewwa wara li xutt fil-baxx ma ġiex miżmum minn Matthew Calleja Cremona. Gżira U. - Jurgen Borg, Jacob Borg (Bondin 75'), De Queiroz Machedo Neto, Diamoutene, Azzopardi (Pulo 78'), Corbalan (Falzon 82'), Adeshina, Avila Perez, Reyna, Cohen, Conti Pembroke A. - Calleja Cremona, Falzon (Grech 86'), Attard, Racic, Kooh Sohna, Jawad, Radovnikovic, Scozzese, Eboh (Farrugia 72'), Barbetti, Roppas Referi - Trustin Farrugia Cann ANDREW COHEN Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Gżira United mingħand Hibernians matul Jannar li għadda. Sentejn ilu rebaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena. Gżira United jitilgħu s-seba' post Andrew Cohen jipprova jirbaħ il-ballun mingħand plejer ta' Pembroke Athleta Ritratt - MFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017