Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Sports 32 Imqassmin il-fondi tal-Youth Development Scheme ta' SportMalta b'kollaborazzjoni mal-BOV SPORTMALTA, flimkien mal-Bank of Valletta, qassmet il-fondi lil 20 atleta żagħżugħ u żagħżugħa li kienu allokati għall-Youth Development Scheme. Din l-iskema kienet imnedija f 'Novembru tas-sena l-oħra u hija mmirata lejn atleti li għadhom m'għalqux it-18-il sena,bl-iskop tal-iskema jkun li tgħin lil dawn l-atleti jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet internazzjonali lil hinn minn xtutna. L-iskema, iffinanzjata b'sehmijiet indaqs minn SportMalta u mill-Bank of Valletta, se tgħin 20 atleta li ntgħażlu minn esperti li evalwaw l-applikazzjonijiet li SportMalta rċieva mingħand l-atleti wara talba għall- informazzjoni addizzjonali mingħand l-organizzazzjoni nazzjonali tad-dixxiplina sportiva partikolari. L-evalwazzjoni saret bi kriterji speċifiċi fejn ġie kkunsidrat il-livell tal-kompetizzjonijiet inklużi fl-applikazzjoni u l-gwadann ta' dawn l-atleti fl-iżvilupp sportiv personali tagħhom kif ukoll dak fuq livell nazzjonali. SportMalta saħħet din l-iskema biex tkompli tkun ta' sostenn għall-atleti żgħażagħ biex fil-konkret isir investiment fihom li jsarraf f 'investiment f 'pajjiżna. L-investiment f 'dan is-settur tal-atleti żgħażagħ huwa investiment f 'pajjiżna hekk kif kulħadd jifhem kemm hu diffiċli li l-atleti, il-ġenituri u l-għaqdiet sportivi tagħhom ilaħħqu mal-ispejjeż marbutin ma' dawn il-kompetizzjonijiet. L-importanza li jipparteċipaw f 'avvenimenti barra minn xtutna huwa essenzjali għal dawn iż-żgħażagħ għax b'hekk biss ikunu jistgħu jiksbu l-esperjenza meħtieġa biex javvanzaw fil-karriera professjonali tagħhom u jtejbu l-prestazzjonijiet f 'avvenimenti internazzjonali. L-iskop aħħari hu li Malta jkollha numru tajjeb ta' atleti ppreparati għal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar fis-sena 2023 u kompetizzjonijiet internazzjonali oħrajn fis-snin li ġejjin. SportMalta toffri diversi skemi ta' assistenza lill-atleti, klabbs u assoċjazzjonijiet biex l-isport f 'pajjizna jkompli jikber u jissaħħaħ, kif ukoll biex tkun ta' għajnuna għall- atleti fuq livell individwali għall-avvanzfil-karriera tagħhom. L-iskemi mmirati direttament lejn l-atleti huma l-Flexi Training Scheme, kemm għall-ħaddiema fis- settur pubbliku u dak privat, u l-Isports Leave Scheme; żewġ skemi maħsuba biex jagħtu sostenn lill-atleti biex jibbilanċjaw ix-xogħol u t-taħriġ tagħhom. Skemi oħra jgħinu lil atleti fil- parteċipazzjoni tagħhom barra minn xtutna fosthom l-International Participation Scheme, kif ukoll l-Elite Athletes' Development and Support Scheme u skema speċifika oħra mmirata għall- atleti Għawdxin. Il-fondi tqassmu waqt ċerimonja li saret fiċ-ċentru tal-Bank of Valletta f 'Santa Venera li ġiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius, Luciano Busuttil iċ-Ċermen ta' SportMalta u l-Kap tal-PR u l-Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta, Charles Azzopardi. Waqt li indirizza lil dawk preżenti, Chris Agius saħaq li: "L-investiment fiż-żgħażagħ huwa prijorità għal dan il-Gvern, għaliex nemmnu li l-investiment biss f 'dan is-settur jista' jħalli l-frott fis-settur sportiv". Huwa kompla jgħid kif il-fondi strutturati li qed jingħataw illum ser ikomplu jgħinu lil dawn iż-żgħażagħ għall-kompetizzjonjiet internazzjonali li ser jieħdu sehem fihom. Huwa kompla jgħid li din l-iskema tmur id f 'id mal-ftehim finanzjarju li kien iffirmat mal-Kumitat Olimpiku Malti u li wkoll jagħti prijorità lis-settur ġovanili. Huwa faħħar l-inizzjattiva tal-BOV u ħeġġeġ aktar entitajiet privati sabiex jingħaqdu mal-Gvern għal għan wieħed dak li ngħinu lill-isport jimxi 'l quddiem. Luciano Busuttil, chairman ta' SportMalta, qal li Sport Malta trid tinvesti fin- nies. Wara li l-fondi kienu direttament investiti fil- faċilitajiet issa jmiss li nieħdu ħsieb il-ġenerazzjoni li tiela' u din hija biss waħda mill- inizjattivi li SportMalta qed jieħu fis-settur ġovanili. Iċ-ċermen, filwaqt Ii faħħar is-sagrificcji li jagħmlu l-ġenituri, ħeġġiġhom sabiex iħajru aktar ġenituri li jagħtu sostenn lit-tfal tagħhom speċjalment fl-isport. Hu sostna li t-tfal għandhom iħeġġu oħrajn jipparteċipaw u juru l-kapaċità tagħhom."Dan biss jgħin biex ikollna soċjetà aktar b'saħħitha u aktar inklussiva," sostna Busuttil. Karen Zammit Southernwood, il-Kap tad-Dipartiment għall- Affarijiet Regolatorji sostniet li din hija l-ewwel waħda li mhix finanzjata fit-total tagħha minn SportMalta jew b'kollaborazzjoni ma' dipartiment jew entità oħra tal-Gvern. Spjegat ukoll x'inhuma l-benefiċċji ta' din l-iskema u l-loġistika ta' kif SportMalta se tkun qed tikkollabora kemm mal-atleti kif ukoll mal- assoċjazzjonijiet biex tħaddem din l-iskema bl- aħjar mod possibli anke biex jiġu rispettati proċessi ta' governanza tajba. Zammit Southernwood tat ukoll dettalji ta kif fiż-żmien li ġej se jkunu qed isiru laqgħat għall-istess atleti żgħażagħ biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar kif għandhom jibbenefikaw bl-aħjar mod possibli minn din l-iskema. "Huwa bi pjaċir kbir li qed nippreżentaw l-ewwel żgħażagħ li se jgawdu mill-Youth Development Scheme - kollaborazzjoni bejn SportMalta u l-Bank of Valletta," qal Charles Azzopardi, Kap tal-PR u l-Marketing fi ħdan il- Bank of Valletta. "Il-Bank of Valletta stabbilixxa ruħu bħala sostenitur ewlieni tal- inizjattivi sportivi f 'Malta imma aħna dejjem ħassejna li nistgħu nagħmlu iżjed lejn l-iżvilupp tal-atleti li se jkunu l-ġenerazzjoni li jmiss tal-isport Malti." "Din il-kollaborazzjoni ma' SportMalta hija formola tajba li permezz tagħha nippromwovu l-attività fiżika u stil ta' ħajja b'saħħitha, filwaqt li nnisslu mentalità ta' suċċess fost iż-żgħażagħ tagħna," ikkonkluda Azzopardi. Ritratt: DOI - Reuben Piscopo Chris Agius f 'isem SportMalta jippreżenta għotja nanzjarja lill- atleta żagħżugħa Alessia Cristina L-atleti li bbenkaw mill-iskema huma: MAAA (Malta Amateur Athletics Association) Chouhal Sarah MAAA (Malta Amateur Athletics Association) Zahra Kurt MAAA (Malta Amateur Athletics Association) Cristina Alessia MAAA (Malta Amateur Athletics Association) Martini Luca Malta Tennis Federation Degabriele Alex MTBA (Malta Tenpin Bowling Association) Xuereb Sara MTBA (Malta Tenpin Bowling Association) Magro Matthew MTBA (Malta Tenpin Bowling Association) Xuereb Edward MTBA (Malta Tenpin Bowling Association) Galea Luke MWA (Malta Weightlifting Association Vassallo Shelby MWA (Malta Weightlifting Association) Mifsud Kieran MTTA (Malta Table-Tennis Association) Pace Sacha MTTA (Malta Table-Tennis Association) Cutajar Anthea MTTA (Malta Table-Tennis Association) Puli Conrad MTTA (Malta Table-Tennis Association) Vella James MKF (Malta Karate Federation) Micallef Sean MKF (Malta Karate Federation) Farrugia Joelle MKF (Malta Karate Federation) Borg Barbara MKF (Malta Karate Federation) Rapa Michela MKF (Malta Karate Federation) Galea Sarah

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017