Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 556 • 11 ta' Ġunju 2017 www.illum.com.mt Ara ar tiklu f 'paġna 17 €1.00 'Jien ma vvutajtx lill-PN għax....' Ara paġni 10 u 11 Tkompli f 'paġna 6 NEWSPAPER POST Il-PN 'tbissmu u injoraw' każi bħal tad-db waqt id-diskussjonijiet mal-AD FLARTIKLU tiegħu ta' kull nhar ta' Ħadd fuq din il-gazzetta l-Viċi Chairman tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo jgħid illi waqt li kienu qed isiru laqgħat li jesploraw il- possibilità ta' koalizzjoni mal-PN huma kienu qajmu diversi każi u talbu spjegazzjonijiet dwarhom. Fosthom kien hemm il-każ tad-db u l-iffinanzjar tal-partit, il-każ ta' Beppe Fenech Adami u l-Capital One kif ukoll il-każ taż-żejt u laqgħat ma' George Farrugia li dwarhom id- Deputat tal-PN Claudio Grech jgħid li ma jiftakar xejn. "Dawn il-materji semmejniehom waqt il-laqgħa esploratorja li kellna mal-PN imma d-delegazzjoni tal-PN ma wriet l-ebda interess: Tbissmet u injorathom." Cacopardo jgħid li dan flimkien ma' kwistjonijiet oħrajn bħal-kaċċa fir- Rebbiegħa u l-kandidatura ta' Josie Muscat juru kif iż-żmien ta' raġun lill-AD li ma sseħbitx f 'koalizzjoni mal-PN, f 'dik li kienet il-'Forza Nazzjonali'. Busuttil dwar il-futur tiegħu bħala kap: 'Għidt dak kollu li kelli ngħid u m'għandix xi nżid' Minn Albert Gauci Cunningham ILKAP tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jidher illi huwa deċiż dwar il- futur tiegħu fil-PN, jiġifieri li jirreżenja mill-kariga tiegħu bħala Kap tal-PN, erba' snin u nofs wara li kien elett. Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM jekk fid-dawl tal-ittri u l-appelli li qed isiru u li qed jiżdiedu biex jibqa' Kap tal-PN, jinsabx dispost li jerġa' jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu li jirreżenja, kelliem tal-PN wieġeb hekk; 'Simon Busuttil qal dak kollu li kellu jgħid dwar dan is-suġġett fid-diskors tiegħu ta' nhar it-Tlieta u m'għandu xejn xi jżid fuq dak li diġà qal.' Nhar it-Tlieta, meta kien qed ikellem lill-attivisti tal-partit għall-ewwel darba wara telfa devastanti għall-PN, Busuttil sostna li hu se jirreżenja għax jemmen f 'dak li jgħid u għaliex imexxi b'eżempju u bil-fatti. Nhar il-Ħadd li għadda l-PN sofra l-akbar telfa elettorali ta' kwalunkwe partit mill-1964 lil hawn, hekk kif akkwista 43.6% jew mal-35,288 vot inqas mill-Partit Laburista jekk tgħodd miegħu wkoll il-voti tal-PD. Il-PN, f 'din l-elezzjoni tilef b'distakk qawwi ta' 48,375 vot fl-ewwel seba' distretti (ara paġna 3), tilef it-13-il distrett għall- ewwel darba mill-Indipendenza u rebaħ id-distretti Nazzjonalisti b'distakk ta' 14,417 biss (ara paġna 3). Din kienet it-tielet disfatta b'dan il- marġinu fit-tliet elezzjonijiet nazzjonali konsekuttivi fl-aħħar 4 snin, bil-PN jitlef b'35,107 fl-2013, b'33,677 vot fl-2014 u issa b'rekord ta' 35,288 vot. Simon deċiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017