Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 Ian Borg, ingħata l-akbar ċertifikat ta' fiduċja f 'dan il-Kabinett il-ġdid hekk kif ingħata r-responsabbiltà tal-akbar Ministeru li se jkollu dan il-Gvern. Ian Borg hu l-eks Sindku ta' Ħad- Dingli, għandu 32 sena u allura se jkun it-tieni l-aktar membru żagħżugħ fil-kabinett il-ġdid ta' Joseph Muscat, wara Clint Camilleri. Borg se jkun responsabbli tal-aktar żewġ kwistjonijiet li huma uġiegħ ta' ras għal ħafna nies; it-toroq u t-traffiku. Se jkun responsabbli għall-proġett importanti u kruċjali li se jkopri t-toroq kollha madwar il-pajjiż fuq medda ta' seba' snin, se jkun responsabbli għall-proġetti infrastrutturali kollha tal-pajjiż, wħud minnhom li diġà bdew, bħall-Proġett tad-Daħla tal-Belt u dak tal-Kappara, kif ukoll għall-Ippjanar u s-suq tal-proprjetà. Fi kliem ieħor Borg għandu platt imballat sa ruħ ommu bix-xogħol! Borg huwa politiku enerġetiku li diġà ta prova fis-Segretarjat Parlamentari li kellu fl-aħħar leġiżlatura, fejn kien responsabbli għall-fondi Ewropej. Naturalment, din id-darba se jkollu Super-Ministry li jfisser illi Borg se jkollu ħafna pressjoni, ħafna ilmenti x'jisma' u ħafna deadlines li jrid iżomm magħhom. Se jkun test qalil għal Borg, li jekk jgħaddi minnu jaf ikun it-test li jwasslu f 'ħafna quċċati. Jekk ifalli, jaf jgħattnu. Borg kiseb 5,566 vot mis-seba' distrett u kien elett mal-ewwel count. Dwar Aaron Farrugia l-ILLUM kienet għamlet previżjoni li se jkun fil-kabinett minn qabel l-elezzjoni. Farrugia ħadem qatigħ fl-ewwel distrett u kiseb popolarità kbira, speċjalment fil-lokalità tal-Ħamrun. Farrugia ngħata l-kariga ta' Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej, kariga li kienet xi ftit jew wisq mistennija li tingħatalu. Farrugia, kiseb 3,600 vot mill-ewwel distrett fejn ħareġ għall-ewwel darba. Anke Clint Camilleri, elett għall-ewwel darba minn Għawdex b'2,466 vot se jkun Segretarju Parlamentari tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Għal darb'oħra dan huwa ċertifikat pożittiv għal dawk id-Deputati li ħarġu għall-ewwel darba. Ma' dawn jingħaqad ukoll Clifton Grima, elett fil-Parlament għall-ewwel darba wara li Leo Brincat ħalla postu. Grima li kien elett b'2,608 voti fid-disa' distrett se jkun responsabbli miż- żgħażagħ u Sport. Wiċċ ġdid ieħor fil-kabinett se jkun Byron Camilleri, li kien sindku tal-lokalità tal-Fgura u li Muscat appunta bħala l-whip il-ġdid tal-Grupp Parlamentari Laburista. Camilleri kiseb 627 vot fl-ewwel għadd u għalhekk kiseb ir-raba' siġġu tal-PL fir-raba' distrett, permezz tal-wirt mill- voti ta' Chris Fearne u Konrad Mizzi. Julia Farrugia, eletta għall-ewwel darba fil-Parlament Malti mill-ħames distrett, mill-ewwel tpoġġiet f 'kariga. Fil-fatt se tkun responsabbli għar-Riforma fiċ-Ċittadinanza u Simplifikazzjoni. Farrugia, eks Editur tal-gazzetta ILLUM, tingħaqad ukoll ma' Silvio Schembri, wieħed mill-aktar uċuħ żagħżugħa fil-kabinett, f 'età ta' 32 sena. Farrugia kienet taħdem ma' Projects Malta u Schembri, apparti li hu ekonomista kien attiv ukoll f 'diversi proġetti u miżuri soċjali bħal dawk favur persuni li ma jistgħux isiru sidien ta' darhom. Jidher illi l-ħatra ta' dawn turi illi l-PM ta widen lill- għażliet tal-poplu u rregala lil dawk li għamlu suċċess kbir, anke jekk huma wċuħ relattivament ġodda. Julia Farrugia kisbet 394 vot wara t-12,886 ta' Joseph Muscat, filwaqt li Silvio Schembri kiseb 5,134 vot mis-sitt u seba' distrett fejn kien elett mal-ewwel count. Platt imballat bix-xogħol Aaron, Clint u Clifton ... karigi mas-suċċessi Julia u Silvio l-wiċċ żagħżugħ f 'Kastilja Minn Sindku għal Whip agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-Kabinett ta' Muscat: Ċertifikati, Nhar il-Ħamis Muscat ħabbar kabinett ġdid...min mar minn fuq u min ħa majnata? X'messaġġi bagħat Muscat lill-elettorat li kkonfermah PM? ILFORMAZZJONI tal-kabinett huwa prerogattiva tal-Prim Ministru. Minkejja dan l-għażla ta' dawk li jpoġġi, iħalli barra jew li jċaqlaq jista' jgħid ħafna fuq dak li qed iħoss jew fejn irid jasal Muscat fil-ħames snin li ġejjin. Huwa ċar li Muscat ried jagħti sinjal ċar illi ħa kont tal-għażliet tal-poplu, tant li dan jidher li se jkun wieħed mill-kabinetti illi fih l-aktar li ddaħħlu wċuħ ġodda li jew ilhom ftit fil-politika, jew inkella li saħansitra kienu eletti għall-ewwel darba. L-ILLUM tat ħarsa lejn il-kabinett il-ġdid u x'jistgħu jfissru ċerti bidliet jew responsabilitajiet li ddeċieda dwarhom Muscat.