Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
illum Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 Sports 28 Iktar minn 140 tiratur se jieħdu sehem fil- Malta International Grand Prix 2017 minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, il-president tal- Malta Shooting Sport Federation, Saviour Portelli, indirizza konferenza stampa fil- Kwartieri Ġenerali tal- istess Federazzjoni fil- Bidnija biex iniedi l-Malta International Open Grand Prix 2017. Dan se jkun qed jinkludi l-kategoriji tal-Iskeet, Double Trap, u t-Trap li se jkunu qed jiġu organizzati bejn is-Sibt 10 ta' Gunju u l-Ħadd 18 ta' Ġunju. Iktar minn 140 tiratur se jkunu qed jikkompetu f 'dawn l-events u se jkunu ġejjin minn Malta, l-Ingilterra, l-Italja, il- Fillandja, Franza, l-Isvezja, Georgia u l-Brażil. Il- president tal-Malta Shooting Sport Federation irringrazzja wkoll lill- kumitat organizzattiv u lill-isponsor prinċipal - il- Malta Tourism Authority għall-inizjattiva tagħhom biex jgħinu jorganizzaw avveniment prestiġjuż ta' dan it-tip li se jkun qed jattira turiżmu sportiv lejn pajjiżna. Dan filwaqt li rringrazzja lill-isponsors l-oħrajn li huma l-APS Bank, Shooting Supplies, u Red October. Ma setax jonqos li l-Malta Shooting Sport Federation tilqa' ir-riżultati pożittivi li l-atleti Maltin kisbu fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'San Marino fejn Gianluca Chetcuti rebaħ id-Deheb fid-Double Trap, Frans Pace rebaħ il-Fidda fit-Trap u Eleanor Bezzina rebħet il-fidda fit-10m Air Pistol, waqt li Bozidar Dimitrov rebaħ il-bronż fl-Iskeet. Il-Malta Shooting Sport Federation qed tħares 'il quddiem għall-futur mill- isbaħ permezz tax-shooting range li għandha tinbena matul is-sena d-dieħla f 'Ta' Kandja u li għandha tospita t-Tazza tad-Dinja tal-ISSF fl-2018. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Saviour Portelli rringrazzja lill-Onorevoli Chris Agius tal-għajnuna imprezzabli li ta lill-isport tal-isparar tul il-leġiżlatura li għaddiet waqt li feraħ u awgura lill-Onorevoli Dr Clifton Grima li se jkun responsabbli mill-Isport waqt il-leġislatura li jmiss. Huwa appella lill- pubbliku ġenerali sportiv Malti biex isegwi u jissapportja dawn l-events li se jkunu qed isiru fix- Shooting Range tal-Malta Shooting Sport Federation fil-Bidnija, fejn l-entratura għall-ispettaturi se tkun b'xejn. Intant, dan il-ġurnal ħa din l-opportunità biex jitlob l-ewwel kummemti ta' Saviour Portelli rigward ir-riżultati miksuba minn Malta fl-aħħar edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'San Marino f 'dak li għandu x'jaqsam ma' sparar u jekk kinux sodisfatti u kuntenti bid- deheb li rebaħ Gianluca Chetcuti kif ukoll jekk kinux diżappuntati bil-fatt li William Chetcuti ġie eliminat fi stadju bikri tal- kompetizzjoni tad-double trap. Huwa wieġeb li ma kien sorpriż xejn bid-deheb li rebaħ Gianluca Chetcuti, hekk kif kulma jmur iż- żmien, dan qiegħed dejjem itejjeb ir-rendiment tiegħu waqt li min-naħa l-oħra ma ddeskriviehx bħala diżappunt il-fatt li Willliam Chetcuti safa eliminat hekk kif waqt event tad-double trap, kollox jista' jiġri u ftit li xejn ikun hemm differenza bejn it-tiraturi involuti. Finalmet, huwa awgura lil dawn iż-żewġ tiraturi biex ikomplu jagħmlu isem għal pajjiżna fil-futur qrib. Saviour Portelli fost delegati oħra tal-MSSF jindirizza lil dawk preżenti Pedrosa jirbaħ il-pole tal-Katalunja u Marquez jikkraxxja darbtejn DANI Pedrosa fuq Repsol Honda rebaħ il-pole tal- Katalunja waqt li Marc Marquez kraxxja darbtejn, fejn fortunatament għalih ma sofra l-ebda injury. Kawża ta' dawn l-inċidenti, huwa tilef ħin prezzjuż u llum se jkun qed jibda biss mir-raba' post tal-gradwatorja. Fit-tieni post ikklassifika Jorge Lorenzo fuq Ducati waqt li Danilo Petrucci mpressjona u ssorprenda ferm meta llum se jkun qed jibda mit-tielet post. Iddiżappunta ferm it-Taljan Valentino Rossi li se jkun qed jibda biss mit-13-il post tal-gradwatorja. Dani Pedrosa -azzjoni l-Katalunja