Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 29 Meta Malta kisbet rebħa storika kontra l-Ukrajna minn Cristian Antony Muscat NHAR it-Tlieta li għadda, Malta ipproduċiet wirja mill-aqwa biex kisbet rebħa prestiġjuża u storika kontra l-iskwadra iktar ikkwotata tal-Ukrajna f 'logħba ta' ħbiberija li ntlagħbet ġewwa l-Merkur Arena fi Graz fl-Awstrija. Id- difensur Zach Muscat skorja l-gowl tant importanti kmieni fil-partita biex ta lil Malta rebħa meritata. Din il-lejla perfetta f 'xita kontinwa kienet iktar imsaħħa mill-fatt li tliet players Maltin għamlu d-debutt tagħhom mal- iskwadra tal-kbar li huma Dale Camilleri, Johann Bezzina u Myles Beerman li lkoll lagħbu fit-tieni taqsima. Il-Maltin għamlu l-intenzjonijet tagħhom ċari fl-ewwel minuti tal- ewwel taqsima hekk kif huma mhux biss ikkontrollaw tajjeb lill-Ukreni iżda ħolqu diversi okkażjonijiet ta' skor tul il-proċess. Iżda kienu l-Ukreni li ħolqu l-ewwel azzjoni peritkoluża meta l-goalkeeper Andrew Hogg laqa' mingħajr wisq diffikultà freekick minn Ruslan Malinovsky wara tmien minuti. Il-Maltin irrispondew żewġ minuti wara permezz ta' Bjorn Kristensen li żmarka lil Alfred Effiong li avvanza fil-kaxxa iżda xutt fil-baxx tiegħu kien imblukkat. Erba' minuti wara Malta fetħet l-iskor. Dan minn azzjoni maħduma bizzilla mill- Maltin li qabdet lid-difiża tal- Ukreni fuq sieq waħda qabel huam ikklerjaw il-ballun f 'korner. Wara li rċieva minn korner ta' Ryan fenech, Alex Muscat, xeħet cross preċiż mil-lemin li sab lil Zach Muscat li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Dan il-goal iggalvanizza lill- Maltin għalkemm ix-xita kompliet ma taqta' xejn. L-Ukreni ppruvaw iwettqu reazzjoni mmedjata u Yaroslav Rakytsky kellu freekick jintemm ftit għoli. Fit-33 minuta, azzjoni brillanti oħra tal-Maltin rat lil Bjorn Kristensen jibdel il-ballun ma' Alex Muscat fuq il-lemin qabel dan xeħet kross lejn Alfred Effiong li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jintemm barra. Ftit wara Alex Muscat indirizza kross lejn Alfred Effiong iżda dan ukoll xeħet il-ballun barra. Malta żammet ir- ritmu tal-logħob għoli, li wassal biex wasal ċans ieħor għall-Maltin man- nofsiegħa logħob hekk kif Andrè Schembri baqa' javvanza fil-kaxxa qabel deher li ġie mwaqqa' mill- plejer Ukren Andriy Pyatov waqt li pprova jixxuttja, iżda r-referi ħalla l-logħob għaddej. Goal minn taħy, il-coach Ukren Andriy Schevchenko bidel it-tim kollu għat-tieni taqsima iżda Malta żammet soda. Il-goalkeeper Henry Bonello li ħa post Andrew Hogg fil-ftuħ tat-tieni taqsima wettaq żewġ saves mill-aqwa fuq xuttijiet ta' Artem Besesdin ta' Dynamo Kiev, waqt li Volodymyr Shepeliev ra x-xutt tiegħu ntemm barra żewġ minuti minn tmiem il-partita. MALTA LINE-UP Hogg (Bonello 46), Borg (Magri 90), Agius, Fenech (Bezzina 81'), Failla (Zerafa 57'), Schembri (Gambin 60'), Kristensen (Camilleri 66'), Effiong (Mifsud 70'), Z. Muscat (Camilleri 46'), Pisani, A. Muscat (Beerman 90') Zach Muscat jiskorja l-gowl tar-rebħa għal Malta Andrè Schembri mwaqqa' mill-captain tal-Ukrajna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017