Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... JOE HART - Manchester United se jkunu qed jixħtu l-interess taghħom fuq il-goalkeeper Joe Hart, dejjem jekk huma jbiegħu lil David de Gea lil Real Madrid. Jose Mourinho se jkun qed jikkunsidra wkoll lill-goalkeeper ta' Inter Samir Handanovic kif ukoll lil dak ta' AC Milan, Gianluigi Donnarumma, b'dan tal-aħħar qed jissemma' li jista' jingħaqad ukoll ma' Juventus, fost id-diżappunt tal-partitarji tar-Rossoneri. Rigward Handanovic, jekk dan iħalli lil Inter, żgur li se tkun diffiċli għan-Neroazzurri biex isibu goalkeeper ieħor tal-kalibru tiegħu. CRISTIANO RONALDO - Real Madrid se jkunu qed jirċievu offerta għall-valur ta' €180 milun għal Cristiano Ronaldo. Diversi klabbs ilhom isegwu l-progess ta' dan il- fenomenu Portugiż, b'Manchester United, Paris Saint Germain u Monaco jinsabu fost l-aktar favoriti li jakkwistaw lil dan il-player. Intant, hemm interess ukoll miċ-Ċina għal dan il-plejer. Madankollu, żgur li se tkun xi ħaġa kważi impossibli għal Real Madrid li jaċċettaw li jċedu lil dan il-plejer. FERNANDO TORRES - Il-manager ta' Manchester United Jose Mourinho irid jakkwista lill- attakkant ta' Borussia Dortmund, Marco Reus ma' Manchester United. Mourinho jrid lil dan il-plejer internazzjonali Ġermaniż biex jieħu post Wayne Rooney li mistenni jħalli lit-tim minn Old Trafford biex jibda avventura ġdida fiċ-Ċina matul is-sajf li ġej. Ir-Red Devils jidhru li se jkunu qed jaffaċċjaw kompetizzjoni minn Atletico Madrid għall-akkwist ta' Reus, hekk kif Diego Simeone, qed ifittex li jsib sostitut denju għal Yannick Carrasco li kellu staġun deludenti ferm mar-Rojo Blancos. JAMES RODRIGUEZ - Liverpool jinsabu lesti li jħallsu s-somma ta' €53 miljun għall-player ta' Real Madrid, James Rodriguez. Dan il-midfielder tilef postu ma' Real Madrid waqt li r-relazzjoni tiegħu ma' Zinedine Zidane xejn ma hija waħda ottimali. Interessati f 'dan il-plejer hemm ukoll Manchester United li ilhom iż-żmien isegwu l-progress ta' dan il-plejer iżda issa Liverpool jidhru favoriti li jakkwistawh. JOHN TERRY - AFC Bournemouh qed jerqsu iktar viċin li jiffirmaw lid-difensur ta' Chelsea John Terry wara taħdidiet mal-manager Eddie Howe. Iċ-Cherries jinsabu fil-vantaġġ li jakkwistaw lil dan il-player fejn għandhom vantaġġ żgħir fuq West Brom, b'John Terry lest li jaqla' s-somma ta' €100,000 fil-ġimgħa. Għalkemm Terry illum għandu 37 sena huwa xorta waħda għadu validu speċjalment ma' team min-naħa ta' isfel tal-klassifika tal-Kampjonat Ingliż. EDIN DZEKO - L-attakkant Bożnijak ta' Roma Edin Dzeko qed jitqies bħala t-tragward ewlieni għal AC Milan matul is-sajf li ġej. Għalkemm dan il-plejer għandu 31 sena, ir-Rossoneri jidhru li se jkunu qed jilħqu t-talba ta' Roma biex jiġi akkwistat dan il-plejer. Dan għalkemm dettalji rigward is-somma potenzjali involuta f 'dan it-trasferiet għadha ma ssemmietx. Edin Dzeko sploda fir-rendiment tiegħu ma' Roma matul l-istaġun li għadda fejn spiċċa fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tas-Serie A. PAULO DYBALA - Manchester United u Chelsea qed juru interess fl-attakkant ta' Juventus, Paulo Dybala. Ir-Red Devils jidhru li se jfallielhom it-tragward ta' Antoine Griezmann, u qegħdin iqisu lil Dybala bħala alternattiva potenzjali. Sadanittant, Chelsea, għadhom ikkonċernati li jistgħu jitilfu lil Eden Hazard li jista' jingħaqad ma' Real Madrid għalkemm għadu kemm sofra minn injury fl-għaksa, u għalhekk il-Galacticos jistgħu idawru l-ħarsa tagħhom fuq plejer ieħor. THOMAS TUCHEL - Southampton jinsabu lesti li jkeċċu lill-manager Claude Puel u qed iqisu lill- coach ta' Borussia Dortmund Thomas Tuchel bħala dak li jista' jieħu t-tmun ta' dan it-tim Ġermaniż. Puel se jkun qed jitneħħa minn manager tas-Saints fil-jiem li ġejjin u huma qed jippruvaw jipperswadu lil Thomas Tuchel biex jieħu t-tmun tat-tim mis-St Mary's Stadium. Tul l-aħħar xhur Tuchel wera fid-deher il-kapaċitajiet tiegħu bħala kowċ fit-tmexxija ta' Borussia Dortmund.