Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 Opinjoni 16 G ħamilna kampanja elettorali nisimgħu lill- Prim Ministru Joseph Muscat jgħidilna li l-aqwa żmien ta' pajjiżna għadu ġej. L-elettorat ivvota u dan iż-żmien se jasal. Gvern Laburista se jibni fuq dak li diġà ġie mwettaq bil-provi fl-aħħar erbà snin. Il-poplu kien ċar fid- deċiżjoni tiegħu: ipprefera kontijiet orħos u inqas taxxi taħt it-tmexxija ta' Joseph Muscat, milli taxxi ogħla u ekonomija dgħajfa b'Simon Busuttil. Fiż-żmien li ġej, kif imwiegħed, għandna naraw żieda fin-numru ta' btajjel pubbliċi f 'Malta. Min jixtri l-ewwel dar se jkollu depożitu ta' 10% garantit mill-Gvern filwaqt li se jkun hemm estensjoni tal-iskema tal-first time buyers għal dawk li jkunu waslu biex jixtru t-tieni dar. Se naraw tnaqqis fit-taxxi u aktar flus fil-bwiet tan-nies, flimkien ma' żieda fil-pensjoni minima u l-ikbar investiment fl-istorja fit-toroq Maltin u Għawdxin. Dan kollu se jkun possibbli primarjament grazzi għat- tmexxija għaqlija tal-Prim Ministru. Miegħu hemm kabinett ta' Ministri u Segretarji Parlamentari li joffru taħlita interessanti. Kemm inqawwi qalbi meta ninnota li hawn żgħażgħ Maltin lesti għal responsabilitajiet kbar. Dawn iservu ta' ispirazzjoni għal żgħażagħ sħabhom, u b'hekk titrawwem klima ta' simpatija lejn il-politika. Nistqarr li jfakkruni ħafna bil-bidu tal-ħajja politika tiegħi. X'differenza minn partit li liż-żgħażagħ jgħidilhom biex joqogħdu kwieti fuq programm televiżiv, għax għadhom żgħar u ma jifhmux! Il-wegħdi elettorali se jkunu possibbli għax diġà ħallejna legat warajna. Nitkellem biss fuq is-settur tiegħi; fil- qasam tal-ġustizzja naqqasna listi ta' stennija, żidna awli ġodda u tajna d-dritt tal-avukat waqt l-arrest, daħħalna liġijiet importanti bħall-whistleblowers' act, naqqasna l-preskirzzjoni minn fuq politiċi u rrevedejna l-liġijiet tad- droga, fejn il-vittma qed ikun stmat ta' vittma u mhux ta' kriminal. Meta tiktibhom f 'paragrafu forsi jitilfu xi ftit mill-importanza tagħhom, iżda min jaf kemm nies iltqajt magħhom li lissnu l-kelma grazzi tal- bidla li dawn il-miżuri ġabu f 'ħajjithom. Għalija, allura, l-ikbar sodisfazzjon ħadtu meta l-Prim Ministru Joseph Muscat reġa' kkonfermani Ministru responsabbli mill-Ġustizzja. Minbarra li s-suġġett għal qalbi ħafna, inħoss li mmaturajt tul l-aħħar erba' snin u issa għandi aktar esperjenza biex immexxi bl-aħjar mod. Huwa settur li fih nemmen fadal ħafna xi jsir, u fadalli ħafna x'noffri. Tul din il-leġiżlatura, ingħaqdu miegħi żewġ Segretarji Parlamentari: wieħed responsabbli mill- protezzjoni tal-konsumatur u Valletta18, u wieħed responsabbli mill-Gvern Lokali u komunitajiet. Huwa ta' pjaċir kbir għalija li fi ħdan il-Minsiteru tiegħi se jkolli żewġ persuni bħal Silvio Parnis u Deo Debattista, li tant ħadmu u swew ta' ġid lejn is-soċjetà Maltija. Bdejna naħdmu mill- ewwel, l-istess bħalma għamel Joseph Muscat. Rajnieh ftit wara r-riżultat elettorali, għand il- kumpanija Betsson fl-ewwel impenn tiegħu bħala Prim Ministru. Hemm ġab fix-xejn il-gidba ta' qabel l-elezzjoni li din il-kumpanija se titlaq minn Malta. Issa jmiss li jistenna inkjesta dwar l-akkużi fil-konfront tiegħu bil-għan li tkun imxejna gidba oħra. Nhar l-Erbgħa, il-Prim Ministru se jkun qiegħed Brussell għal diskussjoni dwar is-saltna tad-dritt f 'Malta, instigata minn membri tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista biex ikun hemm diskussjoni dwar Malta. Dan se jkun test għall-oppożizzjoni fejn nistgħu naraw hux se jerġgħu jitkellmu kontra Malta. Ma nistax ma nenfasizzax bis-saħħa l-ħtieġa li anke quddiem rebħiet bla preċedent bħalma kellna fl-aħħar elezzjoni ġenerali, kulħadd iżomm saqajh mal- art. Hemm bżonn l-għaqda. Kull min veru jemmen f 'dan il-moviment m'għandux jirraġuna f 'termini ta' "aħna u huma". Ejja nkomplu ngħixu s-suċċess filwaqt li nestendu l-id tal-ħbiberija. OWEN BONNICI 'Rajnieh ftit wara r-riżultat elettorali, għand il-kumpanija Betsson fl-ewwel impenn tiegħu bħala Prim Ministru. Hemm ġab fix-xejn il-gidba ta' qabel l-elezzjoni li din il-kumpanija se titlaq minn Malta' 'Ma nistax ma nenfasizzax bis-saħħa l-ħtieġa li anke quddiem rebħiet bla preċedent bħalma kellna fl-aħħar elezzjoni ġenerali, kulħadd iżomm saqajh mal-art' Dak li l-elettorat ivvota għalih se jasal għandu Muscat isellem lill-folla wara r-rebħa kbira li reġa' kiseb il- Partit Laburista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017