Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Ritratti: Paul Zammit Cutajar Wirja qalbiena mhux biżżejjed għall-Maltin Slovenja ................... 2 Malta ....................... 0 minn Cristian Antony Muscat WIRJA qalbiena ma kinitx biżżejjed għat-tim nazzjonali Malti hekk kif sofra telfa ta' 2-0 kontra s-Slovenja biż-żewġ gowls għas-Slovenja jaslu fil-45 minuta permezz tal- midfielder offensiv ta' Fiorentina, Josip Ilicic u minn Milivoje Novakovic fl-84 minuta. F'logħba oħra mill- istess Grupp, l-Iskozja u l-Ingilterra temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw tassew drammatiku ta' 2-2, biż-żewġ gowls għall-iskoċċiżi jaslu minn doppjetta ta' Leigh Griffiths. Min-naħa l-oħra, il-gowls għall-Ingliżi waslu minn Alex Oxlade-Chamberlain u minn Harry Kane. F'logħba oħra din id-darba minn Grupp C, l-Irlanda ta' Fuq barra minn darhom għelbu lil Azerbaijan bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl waħdieni għalihom jasal minn Stuart Dallas propju fid-90 minuta. Intant, il-partita minn Grupp E bejn id- Danimarka u l-Kazakhstan intrebħet mid-Daniżi bl-iskor ta' 3-1 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Nicola Joergensen, minn penalty ta' Christian Eriksen u minn Kasper Dolberg. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal Kazakhstan wasal minn Islambek Kuat fis-76 minuta. Tajjeb ngħidu li dawn tal-aħħar spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Bauyrzhan Islamkhan permezz ta' karta ħamra diretta fit-43 minuta. RIŻULTATI Logħob ta' Kwalifikazzjoni Tazza tad-Dinja 2018 Is-Sibt 10 ta' Ġunju Grupp C Azerbaijan vs Irlanda ta' Fuq 0-1 Grupp E Kazakhstan vs Danimarka 1-3 Grupp F Slovenja vs Malta 2-0 Skozja vs Ingilterra 2-1 FIXTURES Il-Ħadd 11 ta' Ġunju Grupp D 18:00 Moldova vs Georgia 18:00 Irlanda vs Awstrija 20:45 Serbja vs Wales Grupp G 20:45 Maċedonja vs Spanja 20:45 Iżrael vs Albanija 20:45 Italja vs Liechtenstein Grupp I 18:00 Fillandja vs Ukrajna 18:00 Kosovo vs Turkija 20:45 Iżlanda vs Kroazja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017