Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
5 Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet Li Konrad Mizzi kien se jerġa' jinħatar Ministru ftit li xejn kien hemm dubju, l-ewwel u qabel kollox minħabba li fl- elezzjoni kiseb 4,968 vot mir-raba' distrett u anke minħabba r-riżultat elettorali nnifsu. Konrad Mizzi, għalkemm iffaċċja ħafna kritika, ħafna minnha ġustifikata fuq il-każ tal-'Panama' xorta jibqa' manager tajjeb. L-Enemalta kienet storja ta' suċċess u minn mażżra m'għonq il-finanzi tal-pajjiż, spiċċat f 'kumpanija parastatali li qed tiġġenera l-flus. Dan kien ċertifikat pożittiv, bla ebda dubju ta' xejn. Minkejja kull akkuża li tista' ssir fil-konfront ta' Konrad Mizzi, il-PM u miegħu ħafna nies oħrajn jemmnu li b'xi mod jew ieħor il-problema Airmalta tista' tissolva f 'idejn Ministru li diġà prova li hu kapaċi jdawwar falliment f 'suċċess. Dan huwa ċ-ċans reali ta' Konrad Mizzi biex ikun verament iġġudikat fuq il-merti tiegħu, milli fuq xi kont li fetaħ! Id-deputati li ħadu promozzjoni kienu tlieta. Deo Debattista, elett mill-ewwel distrett b'2,378 vot u li issa se jkun Segretarju Parlamentari, responsabbli fost oħrajn ta' kwistjonijiet bħal V18, filwaqt li Silvio Parnis elett b'3,334 vot mir- raba' distrett se jkun Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali. Persuna oħra li ħadet promozzjoni kien Anthony Agius Decelis, li kien elett b'2,950 vot u li se jkun Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjani u persuni b'diżabilità. Jidher illi hawnhekk Muscat irrikonoxxa l-ħidma u anke s-suċċess elettorali ta' dawn id-deputati. Intant Roderick Galdes u Chris Aguis baqgħu fil-kabinett imma f 'karigi differenti. It-tnejn Segretarji Parlamentari, l-ewwel wieħed responsabbli għall-housing soċjali u t-tieni għall-Ippjanar u s-Suq tal- Proprjetà. Waħda mit-theżżiżiet tal-formazzjoni tat- tieni kabinett ta' Muscat kienet dik it-tneħħija ta' Anton Refalo minn Ministru ta' Għawdex. Din il-gazzetta kienet ilha tirrapporta illi r-relazzjoni bejn Refalo u Muscat ma baqgħetx tajba, speċjalment wara numru ta' każi li mbarazzaw lill-Gvern mill-gżira Għawdxija. Fil-fatt din il-gazzetta kienet ipprevediet ukoll li Refalo jitneħħa minn Ministru ta' Għawdex u minfloku tilħaq Justyne Caruana. Għalkemm Caruana ġabet 3,189 vot, Refalo kiseb l-akbar numru ta' voti b'4,853. Din il-mossa politika mistennija tkun l-unika waħda li toħloq element ta' frustrazzjoni jew anke ferment intern għax minkejja kull intenzjoni ta' Muscat, Refalo jibqa' distrettwalment iktar b'saħħtu b'settur ta' nies li jivvotawlu li huma iktar leali lejh milli lejn il-partit. Michael Falzon kien għadda minn burraxka politika hekk kif spiċċa f 'nofs il-kwistjoni 'Gaffarena' li wasslet biex irreżenja mill-kariga li kellu. Jidher iżda li Falzon uża dawn l-aħħar sentejn biex 'jirrestawra' l-immaġini politika tiegħu u jerġa' jibni bażi qawwija ta' appoġġ fid-distretti fejn hu kandidat. Fil-fatt, Falzon kiseb 2,093 vot fuq id-disa' distrett u 2,260 vot fuq l-10 distrett, għal total ta' 4,353 vot. Dan ifisser li Falzon żied mit-3,898 vot li kien kiseb fl-2013. Falzon se jkun Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali. Miegħu jingħaqdu Michael Farrugia u Joe Mizzi li se jibqgħu fil-Parlament imma li ngħataw responsabilitajiet ġodda. Farrugia se jkun responsabbli mill-Intern filwaqt li Mizzi, mill-enerġija u ilma. Minkejja l-uċuħ ġodda, Muscat żamm dawk il-Ministri kollha li kienu qed jeċċellaw sew fil-pożizzjoni tagħhom u li taħthom is-settur li kienu responsabbli għalih inħass li mexa 'l quddiem. Ministri li ppruvaw lilhom infushom kompetenti, kredibbli u effiċjenti. Chris Fearne kiseb l-akbar numru ta' voti minn żewġ distretti, it-tielet distrett b'4,693 vot u r-raba' distrett b'5,405 vot. Dan ifisser total ta' 10,098 vot. Din il-palata f 'termini ta' fiduċja mill-elettorat kienet innotata mill-PM li żamm lil dan il-Ministru, l-aktar popolari fil-leġiżlatura li għaddiet, imexxi l-qasam tas-saħħa. Miegħu, inżamm Evarist Bartolo mfaħħar ukoll għax-xogħol li wettaq fl- edukazzjoni, Chris Cardona meqjus bħala Ministru effettiv fil-qasam li kien u se jibqa' jmexxi u Edward Scicluna, mingħajr dubju wieħed mill-aktar Ministri tal-Finanzi lokali, rispettat f 'ħafna snin. Ma' dawn jingħaqdu wkoll Owen Bonnici, li mexxa numru ta' riformi fil- qasam tal-ġustizzja u Josè Herrera fl-ambjent. Bonnici ma marx tajjeb fit-tielet distrett kif kien mistenni li se jiġri filwaqt li kien elett fil-ħames distrett. Herrera kiseb 4,630 vot mill-ewwel distrett. Helena Dalli, kif mistenni, ingħatat Ministeru simili għal dak li kellha qabel l-aħħar elezzjoni u li se jkun qed ikopri kwistjonijiet bħal ugwaljanza u djalogu soċjali. Dalli kienet eletta mit-tieni u t-tielet distrett. Mill-Enemalta għall-Airmalta...it-tieni biċċa xogħol u t-tieni ċans Ħadu promozzjoni Falzon lura b'qawwa...Joe u Michael jinżammu imma jiċċaqalqu Eċċellaw biżżejjed biex żammhom f 'posthom Jew Għawdex jew xejn...u baqa' b'xejn Ċertifikati, imbuttaturi u majnati