Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
3 Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet Il-PL ikaxkar l-ewwel seba' distretti b'maġġoranza ta' 48,375 vot • In-nofsinhar u l-punent ta' Malta kruċjali għad-daqs tar-rebħa Laburista • Il-PN jirbaħ iċ-ċentru u t-tramuntana b'maġġoranza ta' 14,417 • San Pawl il-Baħar u Birkirkara; minn blu skur għal blu ċar ħafna Minn Albert Gauci Cunningham LEWWEL seba' distretti elettorali tal-pajjiż, li jkopru n-nofsinhar kollu, il-parti tan-nofsinhar tal- Port u l-punent tal-pajjiż, kienu kruċjali mhux biss biex il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali, imma biex il-PL jirbaħ bid-distakk kbir ħafna li fil-fatt rebaħ l-elezzjoni bih. Fil-fatt kalkolu ta' kemm ġabu voti ż-żewġ Partiti juri illi l-Partit Laburista kiseb total ta' 106,926 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 58,551 vot. Dan jirriżulta f 'distakk enormi ta' 48,375 vot favur il-Partit Laburista fid-distretti li huwa tradizzjonalment b'saħħtu fihom. Iżda hemm fattur ieħor li wassal biex il-PL kiseb ir-rebħa li kiseb u dan huwa li l-PN ma kienx b'saħħtu biżżejjed f 'dawk id-distretti li tradizzjonalment huwa b'saħħtu fihom hu, tant li fid-distretti bejn it-8 u t-12-il Distrett, li jkopru ċ-ċentru u t-tramuntana tal-pajjiż, id-distakk kien biss ta' 14,417-il vot. Dan ifisser li jekk wieħed jeskludi t-tlettax-il distrett u jħares lejn id- distakk f 'Malta bejn iż-żewġ partiti, dan huwa ta' ftit inqas minn 34,000 vot. Il-'fortizza' Laburista ħafna iktar b'saħħitha mill-'fortizza' Nazzjonalista Jekk wieħed imbagħad iħares aktar fil-fond lejn id-distretti jsib li fiż-żewġ distretti estremi, meqjusin bħala 'fortizzi' ta' partit jew ieħor il- PL kien ħafna iktar b'saħħtu. L-akbar distakk distrettwali kien irreġistrat fit-tieni distrett, fejn il- PL kiseb 17,353 vot (71.2%) u l-PN 6,761 (27.7%) jiġifieri differenza ta' 10,592 vot. Dan id-distrett huwa magħmul minn lokalitajiet bi predominanza storika Laburista; jiġifieri Bormla, Birgu, Isla, Ħaż- Żabbar, Kalkara, Xgħajra u parti mill-Fgura. Fuq in-naħa l-oħra meta wieħed jikkumpara dan id-distrett mal-aktar distrett Nazzjonalista, jiġifieri l-10 Distrett isib li d-distakk favur il-PN hawnhekk huwa biss in-nofs jew inkella ta' 5,185 vot. Il-PN hawnhekk kiseb 14,058 vot (60.3%) filwaqt li l-PL kiseb 8,873 vot. Dan id-distrett huwa magħmul minn Tas-Sliema u San Ġiljan, żewġ lokalitajiet predominentament Nazzjonalisti kif ukoll il-Gżira, Pembroke u Baħar iċ-Ċagħaq, ilkoll lokalitajiet b'maġġoranza PN. Hemm ukoll parti min-Naxxar. San Pawl il-Baħar u Birkirkara; minn blu skur għal blu ċar ħafna Għalkemm din il-gazzetta m'għandha ebda numri speċifiċi ta' kull lokalità huwa ċar, kemm mill-elezzjoni tal-2013 kif ukoll minn dik tal-ġimgħa l-oħra illi żewġ lokalitajiet tradizzjonalment Nazzjonalisti raw tibdil u xaqilbu aktar lejn il-PL, anke jekk dan il- partit baqa' f 'minoranza. Din hija t-tielet darba li l-partiti ġew ras imb'ras fit-Tnax-il Distrett magħmul mill-Mellieħa, parti min- Naxxar u San Pawl il-Baħar, li hija l-akbar lokalità f 'dan id-distrett u li allura kapaċi xxaqleb il-miżien l-aktar lejn naħa jew oħra. Id-distakk fuq dan id-distrett li fih kien hemm 23,390 vot validu, kien minimu, jew wieħed ta' 800 vot biss, bil-PN jikseb 50.9% jew 11,921 vot u l-PL jikseb 11,120 vot jew 47.5% tal- vot. Terġa' u tgħid fuq il-lista tal-PN f 'dan id-distrett kien hemm il-Kap tal-PN Simon Busuttil li kiseb 9,389 vot. Dan ir-riżultat huwa bil-wisq 'il bogħod mill-massimu ta' 62% li l-PN laħaq f 'dan id-distrett fl-2003 biex imbagħad niżel għal 58.6% fl-2008, xorta 7.7% aktar mill-elezzjoni tal- ġimgħa l-oħra. Dan jindika illi l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li tinkorpora Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija wkoll probabbilment qed 'tilgħab' f 'termini ta' maġġoranzi u huwa parzjalment riflessjoni ta' diversi bidliet demografiċi li seħħew fl-aħħar snin f 'din il-lokalità kbira. Dan jirriżulta wkoll fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fejn anke jekk it-turnout hija baxxa ferm, iż-żewġ partiti qed jiksbu riżultati qrib ħafna xulxin. Fit-tmien distrett il-PN għamel rebħa ħafna iktar ċara imma xorta mhux konvinċenti meta wieħed iqis li dan id-distrett jinkorpora l-lokalitajiet ta' Ħal Balzan, Ħal Lija, Iklin u Birkirkara, ilkoll lokalitajiet b'maġġoranza Nazzjonalista u speċjalment meta tikkumpara mal- elezzjonijiet tal-2008 u l-2003. Il-PN rebaħ b'maġġoranza ta' 1,761 vot jew 52.9% minn total ta' 23,805 voti validi. Fl-2013 is-sitwazzjoni kienet kemmxejn iktar mwiegħra għall-PN b'distakk favurih ta' 388 vot biss jew b'49.5%. Dan juri illi minkejja żieda favur il-PN, dan l-istess partit għadu bil-wisq 'il bogħod mill-potenzjal li laħaq fl-2008 b'56.5% tal-voti fuq dan id-distrett u 61% tal-vot fl-2003. Jiġifieri l-PN baqa' 8.1% inqas mill-massimu tal-potenzjal tiegħu fl-2003. L-Ewwel Distrett: 'Eks Nazzjonalist' L-ewwel distrett jista' jitlaqqam bħala 'eks-Nazzjonalist' hekk kif huwa l-unika distrett, apparti Għawdex, illi fih is-swing favur il- Labour kienet massiċċa. Il-PN rebaħ maġġoranza fl-ewwel distrett fl-1996 b'49.9% tal-voti, fl-1998 b'52.5% u fl-2003 b'52%. Fl-2008 il-PN sofra l-ewwel telfa imma waħda minima ħafna hekk kif kiseb 49.2% filwaqt li l-PL kiseb 49.7% biex imbagħad sofra telfa kbira fl-2013 meta kiseb 43.8% filwaqt li l-PL kiseb 54.9%. Il-ġimgħa l-oħra l-PN sofra l-akbar telfa li qatt ġarrab fuq dan id-distrett hekk kif kiseb biss 41.7% tal-vot filwaqt li l-PL kiseb maġġoranza assoluta ta' 57.2%, id-distakk huwa ta' 3,750. (aqraw l-analiżi ta' John Busuttil dwar ir-riżultat f 'Għawdex) seba' distretti elettorali tal-pajjiż, li jkopru n-nofsinhar kollu, il-parti tan-nofsinhar tal- Port u l-punent tal-pajjiż, kienu kruċjali mhux biss biex il-Partit ġenerali, imma biex il-PL jirbaħ bid-distakk kbir ħafna li fil-fatt voti ż-żewġ Partiti juri illi l-Partit Laburista kiseb total ta' 106,926 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 58,551 vot. Dan jirriżulta f 'distakk enormi ta' 48,375 vot favur il-Partit tradizzjonalment b'saħħtu fihom. Iżda hemm fattur ieħor li wassal biex il-PL kiseb ir-rebħa li kiseb u dan huwa li l-PN ma kienx b'saħħtu fihom hu, tant li fid-distretti bejn ċ-ċentru u t-tramuntana tal-pajjiż, id-distakk kien biss ta' 14,417-il vot. Dan ifisser li jekk wieħed jeskludi t-tlettax-il distrett u jħares lejn id- distakk f 'Malta bejn iż-żewġ partiti, dan huwa ta' ftit inqas minn 34,000 aktar fil-fond lejn id-distretti jsib li fiż-żewġ distretti estremi, meqjusin San Pawl il-Baħar u Birkirkara; minn blu skur għal blu ċar ħafna Għalkemm din il-gazzetta m'għandha ebda numri speċifiċi ta' kull lokalità huwa ċar, kemm mill-elezzjoni tal-2013 kif ukoll minn dik tal-ġimgħa l-oħra illi żewġ lokalitajiet tradizzjonalment Nazzjonalisti raw tibdil u xaqilbu f 'termini ta' maġġoranzi u huwa parzjalment riflessjoni ta' diversi bidliet demografiċi li seħħew fl-aħħar snin