Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet tal-Parlament...jew ġewwa jew barra jew Manuel Mallia. Li kieku Falzon ċeda s-siġġu li kellu fuq l-10 distrett, xorta waħda kien ikollu l-possibbiltà li jiġi elett Manuel Mallia. Min-naħa l-oħra, fit-tnax-il distrett, baqgħet ma ġietx eletta l-eks segretarju parlamentari Deborah Schembri, u jista' jkun li minkejja li se jkun qed iċedi s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett il-Ministru Evarist Bartolo, xorta waħda ma tiġix eletta, għaliex il-favorit li jiġi elett f 'dan id-distrett huwa l-viċi sindku tal-Mellieħa Clayton Bartolo, possibbilment minħabba l-wirt tal- voti fl-ordni alfabetika. David Thake b'ċans doppju li jidħol fil-Parlament Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, kien hemm tliet kandidati li ġew eletti minn fuq żewġ distretti minbarra l-Kap, Simon Busuttil. Fil-fatt, il-viċi kap, Beppe Fenech Adami jista' jċedi s-siġġu fuq is- seba' distrett, u hemmhekk huwa favorit li jiġi elett l-eks deputat Antoine Borg, jew iċedi t-tmien distrett biex jiġi elett il-preżentatur David Thake. L-istess Thake jaf ikollu ċans ieħor biex jidħol fil-Parlament jekk mhux fuq it-tmien distrett minħabba li kien kandidat ukoll fuq it-12-il distrett. Hemmhekk, il-Kap tal-PN Simon Busuttil ġie elett, kif għamel ukoll fuq id-distrett ħdax. Għaldaqstant, id-deċiżjoni ta' Busuttil hija jekk jeleġġix lil David Thake jew inkella lis-sindku tal- Mosta u eks Laburist Ivan Bartolo. Wara li l-kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia ħadet siġġu fl-għaxar distrett u minħabba f 'hekk, kandidati veterani tal-PN bħal George Pullicino baqgħu l-art, jista' jkun li dan jerġa' jsib postu fil-Parlament. Dan billi d-deputat Robert Arrigo li ġie elett kemm fid-disa' kif ukoll fl-għaxar distrett, iċedi proprju l-għaxar distrett. Fuq id-disa' distrett, kemm Marthese Portelli, kif ukoll Robert Arrigo, ġew eletti, hekk kif għamlu wkoll fuq distretti oħra. Jekk xi ħadd minn dawn jiddeċiedi li jċedi dan id-distrett, il-favorit mistenni li jkun l-intraprenditur Ivan Bartolo, u warajh is-sindku tas-Swieqi Noel Muscat. Id-deputata Marthese Portelli għandha l-opportunità li minflok, iċċedi s-siġġu fid-distrett Għawdxi. Hawnhekk, minħabba li Frederick Azzopardi diġà ġie elett bis-sistema tar-ripeskaġġ fejn ingħataw żewġ siġġijiet lill-PN biex jirrifletti l-ammont ta' voti miksuba, il- kandidat favorit ikun l-Għawdxi Kevin Cutajar. Minkejja kollox, ikun jiddependi ħafna fejn marru l-voti ta' preferenza tad-deputati li ċedew is- siġġu, u l-kandidati msemmija hawn fuq, huma biss dawk li huma favoriti li jitilgħu minħabba li l-ammont ta' voti li akkwistaw jiġi eżatt wara tal- kandidati eletti. Thursday TVM 20:50 Edward Zammit Lewis Kevin Cutajar Deborah Schembri Glenn Bedingfield Noel Muscat Stefan Buontempo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017