Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 Fl-antiporta tal-Parlament...jew Il-kandidati li għandhom ċans jagħmluha fil-Parlament fl-elezzjonijiet każwali MINKEJJA li l-voti ġew magħduda u l-kandidati ġew eletti fid- distretti tagħhom, b'uħud minn dawn jieħdu l-kariga fil-Kabinett, għad fadal 11-il wiċċ ġdid jew antik, x'jiżdied mal-lista ta' nies li se jkunu qed jiffurmaw il- Parlament sa minn nhar is-Sibt 24 ta' Ġunju. Il-Partiti rispettivi, għalhekk għandhom id-deċiżjonijiet tekniċi u strateġiċi x'jieħdu, jew li diġà ħadu, sabiex jaraw liema distretti se jiġu ċeduti minn dawk il-kandidati li ġew eletti minn fuq żewġ distretti sabiex jagħmlu post għal oħrajn ġodda permezz tal-elezzjonijiet każwali. Dan il-proċess, fejn jikkonċerna lis-seba' deputati tal-Partit Laburista diġà sar tul il-ġurnata tal-bieraħ, fejn l-eżekuttiv tal-PL tlaqqa' sabiex permezz ta' vot sigriet, jiġi magħżul liema distrett se jiġi ċedut, u għaldaqstant, liema kandidat għandu jiġi elett. Deher biċ-ċar kif din id-deċiżjoni saret sabiex ikunu l-favoriti li jerġgħu jidħlu fil-Parlament dawk id-deputati u eks membri tal- Kabinett li baqgħu ma kisbux voti biżżejjed sabiex jitilgħu tul il- proċess normali tal-elezzjoni. Ma' dawn ta' min wieħed iżid l-element femminili sabiex b'xi mod jiżdied in-numru ta' nisa fil-Parlament, u wċuħ familjari oħra fil-Partit Laburista minkejja li qatt ma kienu fil-Parlament. Stefan Zrinzo Azzopardi favorit għas-siġġu vakat mill- PM L-aktar persuna li akkwistat voti matul din l-elezzjoni kien proprju l-Prim Ministru Joseph Muscat, b'27,560 li tela' kemm fit-tieni u fil-ħames distrett mal-ewwel count. Il-PL iddeċieda li jżomm it-tieni distrett, u jeleġġi kandidat minn fuq il-ħames distrett, bil-favorit li jagħmel dan ikun Stefan Zrinzo Azzopardi, li għalkemm qatt ma kien fil-Parlament, mhux wiċċ ġdid fil-Partit Laburista hekk kif kien President tal-Partit, u kien ukoll ikkontesta l-elezzjoni ta' deputat mexxej tal-PL. Li kieku ġie deċiż li l-Prim Ministru jċedi t-tieni distrett minflok, kien jinfetaħ il-bieb tal- Parlament għall-blogger u xandar tal-PL Glenn Bedingfield, u warajh l-eks Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo. Fil-fatt, minkejja li Joseph Muscat ma ċediex is-siġġu fuq it-tieni distrett, Bedingfield xorta waħda huwa l-favorit li jiġi elett minn dan id-distrett hekk kif il-Ministru Helena Dalli, li wkoll ġiet eletta minn żewġ distretti, se tkun qed iċċedi s-siġġu fit-tieni distrett, u żżomm dak tat-tielet. Minkejja li fit-tielet distrett kien hemm żewġ kandidati li setgħu jċedu posthom, ċoè l-Ministri Helena Dalli u Chris Fearne, ħadd minnhom ma għamel dan, u li kieku sar hekk, il-favorit minn dan id-distrett kien ikun il-preżentatur u eks Nazzjonalist Jean Claude Micallef. Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, li kien l-iktar kandidat li ġab voti wara ż-żewġ mexxejja tal- Partiti, fil-fatt ċeda s-siġġu tar-raba' distrett, minn fejn tela' b'5,405 voti. Billi għamel hekk, ta l-opportunità lit-tabib Etienne Grech jagħmel ir- ritorn tiegħu fil-Parlament, wara li falla milli jiġi elett. Iktar nisa rappreżentati fil- Parlament Is-sindku żagħżugħa Qormija Rosianne Cutajar, falliet milli titla' fuq id-distrett ta' Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħal Luqa għal ftit voti, f 'tellieqa kkumbattuta mas- Segretarju Parlamentari Roderick Galdes. Minkejja dan, bis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jiġi elett kemm mis-sitta u mis-seba' distrett, Cutajar tista' tingħaqad ma' Robert Abela u Roderick Galdes bħala kandidati eletti fuq is-sitt distrett. Il-Partit Laburista ddeċieda wkoll li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, jerħi t-tmien distrett elettorali sabiex possibbilment, ikun jista' jerġa' jdaħħal fil-Parlament lill- eks Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, li kien viċin li jiġi elett. Kemm Silvio Schembri kif ukoll Edward Scicluna se jkunu qed iżommu s-siġġu fis-7 distrett. Li kieku m'għamlux dan, is-sindku tar-Rabat Charles Azzopardi u l-eks deputat Laburista u chairman tal-Malta Tourism Authority Gavin Gulia kien ikollhom ċans li jaħtfu dawn is-siġġijiet. Il-Ministru Michael Falzon se jkun qed iċedi s-siġġu fid-disa' distrett bil-possibbiltà li jidħlu lura fil- Parlament xi ħadd minn fost żewġ eks ministri, Edward Zammit Lewis Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Ivan Bartolo Rosianne Cutajar Etienne Grech Manuel Mallia Stefan Zrinzo Azzopardi Clayton Bartolo Ivan Bartolo David Thake