Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet kellu problema ta' nukkleu ta' votanti li ħassew li l-ilmenti tagħhom, ġustifikati jew le, baqgħu qatt ma kienu indirizzati. Fl-aħħar ġimgħat qabel jum l-elezzjoni kien hemm imbuttatura qawwija mill-PL biex dawn l-ilmenti jkunu indirizzati. Fi kliem ieħor, min ma kienx moqdi, inqeda. Fl-aħħar ftit jiem jekk mhux ukoll sigħat kienu bosta dawk li ħassew illi il-fatt li l-ilment tagħhom kien mismugħ kienet raġuni biżżejjed biex jagħtu l-vot riluttanti tagħhom lill-PL. Il-PN, biex tgħaxxaq, ma tantx għen lilu nnifsu biex jagħmel gwadann minn dan is-settur ta' votanti, bi stqarrijiet bħal 'Gvern tal-PN irid ikun labour proof '. Din kienet waħda mill-akbar żbalji tal-PN, għax bagħtet il- messaġġ illi għall-PN, 'min mhux magħna kontra tagħna'. Dawk li kienu qed jistennew jew jittamaw li ssir ġustizzja magħhom allura beżgħu, forsi ġustament, li bil- PN fil-Gvern l-ilment tagħhom mhu se jinstema qatt. 5) - 'Li wiegħed wettqu..." Argument u idea li qabdet ħafna art kien li Muscat wettaq ħafna minn dak li wiegħed, speċjalment fuq kwistjonijiet bħall-kontijiet tad-dawl u l-ilma u oħrajn bħat-twaqqigħ tal- Power Station tal-Marsa, qalba għall- gass u l-introduzzjoni tal- Unjoni Ċivili. Dan ta lil Muscat iktar saħħa u kredibbilità meta jirrigwarda proposti u wegħdi li kienu qed isiru. Ħafna nies ħadu l-wegħdi ta' Muscat bħala fatta, bħala wegħdi li jafu li fil-fatt se jitwettqu. Busuttil ma kellux dan il-lussu, l-ewwel u qabel kollox għax qatt ma kien għadu esperjenza t-tmexxija tal-pajjiż. 6)- "Joseph tana d-drittijiet..." Għalkemm m'hemmx data li turi x'effett jista' jkollu l-pink vote jew il-vot ta' persuni LGBTIQ huwa ċar li Muscat għamel kapital assolut mill-fatt li Gvern Laburista daħħal l-Unjoni Ċivili u introduċa l-Liġi tal- Ġeneru, filwaqt li ml-PN astjena fuq tal-ewwel. U jidher ċar illi dan ħadem sew biex jikkonsolida l-vot favur Gvern Laburista. Muscat stess qabel l-elezzjoni kien stqarr illi "maġġoranza hija ħafna minoranzi flimkien." Dan għarrfu u wettqu. Wieħed ma jistax jissottovaluta l-emozzjoni u r-rabta familjari meta jqis voti li jmorru għand partit minħabba dritt partikolari li kien introdott. Jiġifieri jekk persuna LGBTIQ iżżewġet jew se tiżżewweġ u ħasset li kellha tivvota Labour primarjament fuq din il-kunsiderazzjoni, magħha probabilment ġibdet numru ta' voti mill-qraba u l-ħbieb, li normalment kienu jivvutaw lill- PN. F'pajjiż fejn il-lealtà lejn il- familja hija meqjusa bħala xi ħaġa importanti ħafna wieħed ma jistax jinsa li jidħol l-aspett ta' 1) 'Jien se nivvota lil partit X għax tani d-drittijiet tiegħi, kif ukoll 2) 'Jien se nivvota lil partit X għax lil oħti/ħija/l-ġenituri/ lill-ħabib/a tahom id-drittijiet li kienu ilhom jittalbu għalihom. Dan mhux fenomenu ġdid u deher ċar ukoll fir-referendum dwar il-kaċċa, fejn ħafna minn dawk li ftit kien jimpurtahom mis-suġġett ivvotaw favur il- kaċċa minħabba l-emozzjoni u r-rabta familjari. 7) - "Imma kollox sejjer ħażin?" L-Oppożizzjoni xogħolha huwa li topponi u tkun kritika tal-Gvern. Minkejja dan l-istampa kostanti ta' pajjiż riesaq lejn il-preċipizju ma kinitx riflessa fil-ħajja ta' kuljum ta' eluf ta' votanti. Allura kienet popolari l-idea li Busuttil u l-PN kien qed jara kollox iswed, kollox ħażin. Xi ħaġa li setgħet għoġbot lil uħud imma dejqet lil ħafna oħrajn jew inkella li ħafna oħrajn ma setgħux jirrelataw magħha għax kienu għaddejjin tajjeb jew għax in- negozju tagħhom fjorixxa matul is-snin. Huwa ċarissimu mir-riżultat elettorali li dawk li ma bdewx jaraw wisq swidija ma qalux wisq pubblikament u fuq il-midja soċjali, imma meta wasal il-ħin tal-vot għamlu fattihom. wasslu għad-disfatta tal-PN Huwa ċarissimu mir- riżultat elettorali li dawk li ma bdewx jaraw wisq swidija ma qalux wisq pubblikament u fuq il-midja soċjali, imma meta wasal il-ħin tal-vot għamlu fattihom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017