Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum 23 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Din il-ġimgħa Aquarius ser jibdew il-fażi qamar kwinta ta' Gemini li ser ikun mument ta' riflessjoni dwar dak li hemm għaddej fil-ħajja preżenti. Għalkemm tħossok xi ftit konfuża u ma tafx eżatt x 'taqbad tagħmel, trid tibqa' kawta u taħseb fil-fond fuq dak kollu li qed idur madwarek imma bil-galbu tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjoni. Jekk għall-bżonn tagħmel tagħmel ftit riflessjoni, int tkun tista' tagħraf x 'inhu l-iktar pass għaqli għalik. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Gemini. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Din il-ġimgħa Pisces ser jibdew il-fażi tal- qamar kwinta ta' Gemini, dan ser iġib ħsibijiet fil-fond fuq dak li int qed taspira li ġej għall- karriera tiegħek. Int qiegħed tagħraf li ser ikun hemm aktar żviluppi fil-karriera tiegħek. Dan ser jaffettwa ċ-ċirku kollu li għandek madwarek u żgur li trid li żżomm kollox fuq keffa waħda. Għalhekk barra li trid issib biżżejjed spazju għalik sabiex taħseb, ikkonċentra sew. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Cancer Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Din il-ġimgħa Aries ser jibdewe il-fażi tal- qamar kwinta ta' Gemini. Dan ser ipoġġik taħt tensjoni minħabba dak li għaddej bħalissa madwarek. Bla ma trid qed tinqabad taħt pressjoni ta' tensjoni u bħal qisek mintix tħossok f 'postok għal kollox. Però tajjeb tkun taf li din il-fażi se tgħaddi wara ftit ġimgħat. Ma tridx titkabbar ma' ta' madwarek għax inkella ser toħloq aktar tensjoni. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Leo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Din il-ġimgħa Taurus ser jibdew il-fażi tal- qamar kwinta ta' Gemini. Għal dan int trid tkun iktar kalm f 'dak li trid twettaq. Fejn is-soltu tkun agressiv/a sabiex twettaq dak li trid, issa ser tħoss ċer tu kalma li għall-ewwel jaf tħasbek xi ftit. Toqgħod tinkwieta xejn għax dan mhux tor t tiegħek però hija fażi li trid tgħaddi minnha u tagħraf biex din il-fażi ma twaħħlekx fiha. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Virgo. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Din il-ġimgħa Gemini ser jibdew il-fażi tal- qamar kwinta taħt l-istilla tagħhom stess. Dan ser ikun mument ta' ftit aktar pressjoni minħabba li ħafna pjanijiet li għandek u li trid twettaq. Dan ovvjament se joħloq pressjoni madwarek li minħabba f 'hekk jaf tħossok li tlift xi ftit il-kontroll imma dan mhux ser jiġri taħt l-istilla ta' Gemini. Għalkemm il-pressjoni tibda tikber, int se tagħraf issib il- kontroll tagħha wkoll. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Libra Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Din il-ġimgħa Cancer ser jibdew il-fażi taħt il- qamar kwinta ta' Gemini. Din jaf tkun fażi ta' eċitament minħabba dak li inti tixtieq tara lest. Minħabba ċer tu sitwazzjonijiet li ħadd m'għandu kontroll fuqhom dan jaf jikkawża eċitament kbir imma dan mhux se jkun fit-tul għax f 'dawn il-ħmistax li ġejjin int se tara li dak li int tixtieq ser jirnexxielek tagħmlu. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Scorpio Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Aw wissu Din il-ġimgħa Leo ser jibdew il-fażi tal-qamar kwinta ta' Gemini. Dan ser ikun mument ta' enerġija u dan sabiex ma taqax lura minn dak li ġej għalik fil-mument qarib. Għalhekk sabiex int tkun imħejji se tinbena fik aktar enerġija mis-soltu. Grazzi għal dan tkun kapaċi tlaħħaq ma' dik is-sitwazzjoni kollha li hemm madwarek u ħajtek tibqa' għaddejja mingħajr ma jkun hemm madwarek. Ħajtek hekk tibqa' għaddejja mingħajr waqgħa minn dak kollu li għandek madwarek Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id- deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Gemini. Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Aw wissu sat-22 ta' Settembru Din il-ġimgħa Virgo ser jibdew il-fażi taħt il-qamar kwinta ta' Gemini. Dan ser ikun mument ta' aktar tħejjija dwar dak li qed tippjana. Però din it-tħejjija taf tkun ftit aktar delikata mis-soltu fejn inti se tara li tkun mħejji aktar mingħajr ma tħalli xejn barra. Is-soltu ma tkunx iffukat tant fuq dan imma din id-darba trid tara li tkun involut sal- anqas dettall sabiex kollox imur sew u tara differenza. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Capricorn Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Din il-ġimgħa Libra ser jibdew il-fażi taħt il- qamar kwinta ta' Gemini. Dan huwa mument ta' aktar ħsieb kif attwalment tkun aktar ta' bilanċ f 'dak kollu li hemm madwarek. Għalkemm inti tagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex tagħraf il-bilanċ. Dan l-aħħar xi ħadd minn madwarek ġibidlek l-attenzjoni li forsi trid tkun aktar ibbilanċjat u minħabba dan il-parir li ġie mgħoti lilek, dan il-perjodu ser ikun imfassal għal din ir-raġuni ewlenija ta' aktar bilanċ f 'dak li hemm madwarek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Aquarius Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Din il-ġimgħa Scorpio ser jibdew il-fażi taħt il- qamar kwinta ta' Gemini. Dan se jkun mument ta' riflessjoni dwar saħħtek. Hu perjodu fejn int se tħpss li għandek iddur ftit miegħek innifsek speċjalment fis-saħħa; kemm mil-lat ta' viżta għand it-tabib kif ukoll mil-lat fiżiku fejn inti trid issib ħin għalik sabiex tibda tmur sal-gym jew tagħmel xi mixja tajba. Kulura favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Pisces Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Din il-ġimgħa Sagittarius ser jibdew il-fażi taħt il-qamar kwinta ta' Gemini. Dan il- mument se jkun ta' aktar tkattir fl-imħabba li għandek madwarek. Se tagħraf x 'nuqqasijiet hemm u bil-mod se tibda tħoss kif għandek tirranġahom u hekk dan ser isarraf sabiex int tagħraf kemm l-imħabba ta' madwarek tista' tkun aħjar milli hi llum. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Aries Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Din il-ġimgħa Capricorn ser jibdew il-fażi taħt il-qamar kwinta ta' Gemini. Dan hu l-mument ta' xi tibdil rigward il-mod kif int se tibda tagħraf aktar min minn dawk ta' madwarek hu ġenwin u min mhux. Dan se tagħmlu wara li tkun għaraft li kien hemm xi forma ta' tradiment u hekk issa wasal il-ħin opportun sabiex issa aktar minn qatt qabeltagħmel analiżi profonda ta' dawk l-aktar viċin tiegħek. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se tkun ta' direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Taurus Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju add 11 ta' Ġunju 2017 | Klassijiet dwar tagħrif tal-kristalli Nhar il-Ħadd 25 ta' Ġunju bejn 09.00am u 12.00pm Marsascala se tibda l-ewwel klassi sabiex wieħed jagħraf kemm huma importanti l-kristalli fil-ħajja tagħna. Hemm post biss għal 9 persuni. Għal aktar informazzjoni ċempel jew ibgħat sms fuq 99013600. Kif wegħedtkom il-ġimgha l-oħra minn din il-ġimgħa ser nibda nwassal tagħrif u informazzjoni dwar il- potenzjal tal-kristalli, għalkemm f 'bosta pajjiżi ilhom snin twal jintużaw għal bosta benifiċċiji. Għal Malta dan huwa suġġett pjuttost għadu fil-bidu, imma nittama li jien inkun kapaċi niftaħ aktar fuq dawn il-kristalli sabiex intom il-qarrejja ta' din il-paġna tibdew tagħrfu l-potenzjal ta' dawn il-kristalli PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon L-ewwel kristalla li ser inwassal tagħrif dwarha hi: Rose Quartz • Din il-kristalla tispikka fl- imħabba. • Din il-kristalla toffri ħafna enerġija kemm għal dawk li qegħdin fl- imħabba u kemm għal dawk li qegħdin ifittxu l-imħabba sabiex il-ħajja tkun magħquda. • Din il-kristalla kapaċi tagħtik qawwa ta' kuraġġ meta tgħaddi minn fażi diffiċli fl-imħabba, għandha l-kapaċità li tagħtik aspirazzjoni qawwija sabiex int tħares b'aktar pożittività 'l quddiem. • Din il-kristalla għandha enerġija sensittiva ħafna li għal dawk li huma xi ftit mistħija sabiex jagħmlu xi pass importanti fil-ħajja tagħhom kemm jekk hi mħabba, kemm jekk hi karriera u kemm jekk hi xi diċiżjoni importanti. Għal aktar tagħrif tistgħu tibagħtuli email fuq pauljon.aquilina13@gmail.com jew sms fuq 99013600 sabiex nagħmlu appuntament dwar dak li jkun hemm bżonn. Namaste