Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol OUSMANE DEMBELE - Barcelona huma lesti li jirrinovaw l-interess tagħhom fl-attakkant ta' Borussia Dortmund, Ousmanne Dembele. Il-Blaugrana fallew li jiffirmaw lil dan il-plejer ta' 20 sena mingħand Rennes matul is-sajf li għadda, iżda din id-darba jinsabu iktar kunfidenti li jiffinalizzaw it-trasferiment. Il-Katalani qed jittamaw li t-tluq ta' Mathias Tuchel u Pierre Emerick-Aubameyang minn ma' Borussia Dortmund se jkunu qed ifissru li Dembele ma jkunx f 'sikktu mal-Ġermaniżi u b'hekk jagħżel li jingħaqad ma' Barcelona. GARETH BALE - Real MadrId jinsabu ippreparati li jidħlu f 'negozjati ma' Manchester United rigward il-bejgħ potenzjali ta' Gareth Bale. II-Madrileni qed ifittxu li jiksbu l-firma ta' attakkant ta' ċertu isem matul dan is-sajf, bl-attakkant Belġjan ta' Chelsea, Eden Hazard, u dak ta' Monaco Kylian Mbappe huma ż-żewġ tragwardi ewlenin għall-Galacticos. Real Madrid jinsabu lesti li jaċċettw offerti ta' madwar €100 miljun għal dan l-attakkant internazzjonali minn Wales ta' talent liema bħalu. ALEXANDRE LACAZETTE - Liverpool qed jippjanaw taħdidiet ma' rappreżentani tal-attakkant ta' Lyon, Alexandre Lacazette. Il-pjan biex dan il-plejer internazzjonali Franċiż jingħaqad ma' Atletico Madrid sfuma fix-xejn, u r-Reds jinsabu ħerqana li jegħlbu l-isfida ta' Manchester United għall-firma tiegħu. Għadu mhux magħruf kemm ir-Reds jinsabu lesti li joffru għal dan il-plejer. IVAN PERISIC -Manchester United jinsabu lesti li jagħmlu offerta ta' €52 għall-winger ta' Inter, Ivan Perisic. Ir-Red Devils jinsabu interessati li jżidu iktar dinamiżmu fl-attakk tagħhom u diġà offrew is-somma ta' €30 miljun għal dan il-plejer internazzjonali Kroat, iżda issa jinsabu lesti li saħansitra jagħmlu offerta oħra ġdida u ikbar għal dan il-plejer. Jidher li se tkun diffiċli għal Inter li jirrifjutaw l-aħħar offerta għal Perisic minn Manchester United. DAVID DE GEA - Leicester City għamlu lill-midfielder ta' Swansea City Gylfi Sigurdsson bħala t-tragward numru 1 tagħom biex jieħu post Riyad Mahrez. Il-Foxes jinsabu rrassenjati li jitilfu s-servizzi ta' Mahrez u jinsabu lesti li jidħlu fit-taqtiegħa ma' Everton u Tottenham Hotspur biex jiffirmaw lill-player internazzjonali tal-Iżlanda, Gylfi Sigurdsson, li huwa vvalutat għas-somma ta' madwar €30 miljun. Fl-aħħar staġun, dan il-player kellu staġun mill-aqwa ma' Swansea City. DJIBRIL SIDIBE - Arsenal u Tottenham Hotspur ingħaqdu fit-taqtiegħa ma' Manchester City biex jakkwistaw lid-difensur ta' Monaco Djibril Sidibe. Monaco jinsabu lesti li jidħlu f 'taħdidiet ma' clubs oħra rigward offerti għal dan il-plejer ta' 24 sena, li jista' jilgħab kemm fuq il-lemin kif ukoll fuq ix-xellug tad-difiża. Manchester City jinsabu fuq quddiem biex jakkwistawh, għalkemm it-timijiet minn Londra jinsabu lesti li jikkompetu bis-sħiħ għall-akkwist tiegħu. ROMELU LUKAKU - Bayern Munich qed juru interess fl-attakkant Belġjan li qed jiġi segwit minn Manchester United u Chelsea, Romelu Lukaku. Dan il-player mistenni jħalli lil Everton matul dan is-sajf wara li rrifjuta kuntratt ġdid mat-Toffees. Huwa mifhum li l-manager ta' Bayern Munich Carlo Ancelotti għandu stima u fiduċja kbira f 'dan il-plejer u se jkun qed jagħmel minn kollox biex jipperswadi lid- diriġenza tal-Bavarjani biex jakkwistaw lil dan il-plejer. Għadha ma ssemmiet l-ebda somma ta' kemm Everton se jkunu qed jitolbu għal Lukaku - li hu żgur hu li din mhux se tkun waħda żgħira! minn Cristian Antony Muscat KYLIAN MBAPPE - Arsenal huma mistennija li jonfqu somma konsiderevoli ta' flus fis-suq tat- trasferimenti li ġej hekk kif Arsene Wenger ġie allokat is-somma ta' €150miljun. Għalkemm mexxa lill- Gunners għall-ħames post fl-aħħar Kampjonat li jista' jitqies bħala riżultat diżappuantanti, dan il-coach Franċiż ingħata kuntratt ġdid mill-klabb, waqt li ngħata din is-somma bit-tama li Arsenal jerġghu lura fil-quċċata tal-futbol Ingliż u anke dak Ewropew. L-attakkant ta' Monaco Kylian Mbappe qed jinteressa bis-sħiħ lil Arsenal. VIRGIL VAN DIJK - Liverpool jinsabu lesti li jirbħu t-tellieqa biex jakkwistaw lid-difensur ta' Southampton Virgil van Dijk. Huwa mifhum li hija x-xewqa ta' dan id-difensur Olandiż li jingħaqad mar-Reds biex b'hekk żgur li Chelsea u Manchester City jinsabu ddiżappuntati hekk kif huma wkoll jinsabu interessati fl-akkwist ta' dan il-plejer. Van Dijk igawdi stima kbira mill-manager ta' Liverpool, Jurgen Klopp, speċjalment fit-tentattiv li jkompli jsaħħaħ id-difiża tar-Reds.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017