Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 It-trio li bidel Għawdex • Refalo bil-ftit li kellu, qeda eluf ta' Għawdxin u kiser kull rekord fis-suċċess Għawdxi • Justyne Caruana rebħet il-voti Għawdxin bix-xogħol siewi tagħha għall-ġid tal-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali • Clint Camilleri xpruna liż-żgħażagħ Għawdxin • Il-PN ma kellux proposti li messew ir-ruħ Għawdxija IKOLLI nammetti li qatt u qatt ma ħsibt li Għawdex għall-ewwel darba se jsir Laburist. Għax sa erba' snin ilu anke meta n-Nazzjonalisti kienu fl- agħar mumenti tagħhom kienu wkoll ġabu aktar voti mil-Laburisti. Iżda Għawdex ta' Anton Refalo ta risposta lil dawk bħali, l-opinjonisti politiċi u lill-analisti politiċi li Għawdex ma baqax tan- Nazzjonalisti iżda nbidel f 'wieħed Laburist. Interessanti li wieħed jara u janalizza x'wassal għal dan u min kienu dawk li wasslu għal din ir-rebħa kbira Laburista anke fil- gżira ċkejkna Għawdxija? Li hu żgur li dan ir-rebħ ta' voti ma ġiex mix-xejn. Xi ħadd għandu mertu ta' dan kollu. U bla dubju li l-mertu hu tat-trio Laburista li bejniethom ġabu l-akbar ammont ta' voti għal-Laburisti. Mertu jmur ukoll għall-eks deputat Franco Mercieca li wkoll ta sehmu mhux ftit biex kompla jsaħħaħ il-voti Laburisti. Iżda bla dubju li l-akbar mertu jrid imur għall-eks ministru Anton Refalo li bi stil hekk imsejjaħ 'Għawdxi' qeda ħafna u ħafna votanti li b'hekk ikkonsalida l-vot Laburista. L-istil parrokkjali li juża Anton Refalo ma jogħġobx lil kulħadd u hawn min jaħseb li dan hu stil li għandu jiġi abolit. Stil li ma jimxix id f 'id mal- wegħda tal-moviment Laburista tal-meritokrazija u fejn jiġu moqdija aktar nies li jmorru jkellmu lill-ministru milli dawk li jistennew li għandhom jiġu moqdija għax huma kapaċi għax hekk suppost. Personalment naqbel ma tal-aħħar, iżda jibqa' fatt li l-formula ta' Refalo ħadmet u mhux biss ġab l-akbar ammont ta' voti, iżda wkoll dawwar Għawdex f 'wieħed Laburist. Iżda żgur li ma kienx biss dan il-fattur li l-Għawdxi vvota Labour. L-Għawdxi vvota Labour għax ra l-ġid. Qatt l-Għawdxi ma raha ġid ekonomiku daqs f 'dawn l-aħħar erba' snin u għal dan ukoll kellu mertu Anton Refalo għax wieħed irid jammetti li Refalo lil Għawdex iħobbu ħafna u fejn jidħol Għawdex ma jidħol ħadd. Ħoloq kumitati fuq kumitati, dwar kultura, ideat turistiċi u sportivi, skemi tal-Gozo Channel biex Għawdex jimtela bil-Maltin u b'hekk jitkattar il-ġid f 'Għawdex. Forsi Anton Refalo mhux wieħed mill- aqwa kelliema politiċi. Bla dubju ma naqbilx mal- iskemi li nħolqu fejn forsi darrejna ċerti ħaddiema li ma jagħtux il-ħin kollu tagħhom u jieħdu l-flus xorta. Iżda l-fatt hu li l-maġġoranza tal- Għawdxin hekk darrewhom għal ħafna snin u anke John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017