Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet Għawdex minn blu għal aħmar jekk żgur li mhix is-sistema li għandha tkun, xorta tat il-frott tagħha favur il- Laburisti. Għalkemm issa jidher li l-Prim Ministru jrid jeqred dik il-mentalità tal-parrokkjaliżmu u neħħieh minn ministru għal Għawdex. Hawn tidħol il-ministru l-ġdid, Justyne Caruana, Għawdxija li fl-elezzjoni ta' qabel telgħet b'imbuttatura, iżda wriet bil-provi li kienet kapaċi tipproduċi u taħdem ħafna fid-dekasteru tal-anzjani u pesuni bi bżonnijiet speċjali. Anke jekk id-dekasteru tagħha kien imiss biss lill-Għawdex fuq persentaġġ żgħir, ix-xogħol tagħha kien apprezzat mill-Għawdxin ukoll fejn din id-darba żiedet mhux ftit fil- voti li wkoll għenu biex Għawdex sar Laburist. Għax l-Għawdxi jinteressah dak li qed jiġri f 'Malta u xi ħaġa minnu jmissu żgur. L-Għawdxi jinteressah meta Għawdxija tkun qed tagħmel suċċess anke fil-gżira oħt. Għalkemm Justyne ħadmet ukoll għall-anzjani Għawdxin, ħadmet ukoll għall-persuni bi bżonnijiet speċjali Għawdxin u ħadmet ukoll mal-kostitwenti Għawdxin fejn żammet kuntatt dejjem mal-Għawdxin anke jekk xogħolha kien Malta. It-trepied tas-suċċess kien il-perit żagħżugħ Clint Camilleri li wara li falla bi żbrixx l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, akkwista Għawdex. Dan iż-żagħżugħ xpruna liż- żgħażagħ Għawdxin u barra li ħa siġġu fil-parlament akkwista wkoll segretarjat parlamentari dwar biedja, sajd u drittijiet tal-annimali. Hawnhekk ħafna kkritikawh għax hu kaċċatur u nassab, allura ma jemminx fid drittijiet tal-annimali. Ifhimni stramba, però jibqa' l-fatt li qabel kien hemm Clint, kien hemm Joseph, Gonzi,Sant, Eddie, Mifsud Bonnici, Mintoff, Borg Olivier eċċ eċċ, kien hemm il-kaċċa u l-insib. L-ebda gvern ma waqqafha. L-ebda gvern ma abolixxieha. Għax kull gvern u kull partit ried il-voti tal-kaċċaturi u tan-nassaba u allura Clint x'għandu differenti minn ħaddieħor? Jibqa' fatt li Clint għen ħafna bix-xogħol tiegħu fejn dar kważi kull dar f 'Għawdex biex isaħħaħ il- vot laburista f 'Għawdex. Barra dan it-trio wieħed ma jistax ma jsemmix lil Franco Mercieca li permezz tax-xogħol professjonali tiegħu bħala tabib tal- għajnejn għen Għawdxin ta' liema kulur kienu, u dan nista' naħilfu jien personali. Iva u dan ukoll assigura vot Laburist f 'Għawdex. Għalkemm naħseb li l-Għawdxi ma ħafirlux meta Franco ċeda l-post ta' segretarju parlamentari għall-professjoni tiegħu. Wieħed ma jistax ma jsemmix is-suċċess li kellu Joe Cordina fil- Gozo Channel fejn irnexxielu jmexxiha bil-qligħ flok il-miljuni ta' telf li kienet tagħmel fl-amministarzzjoni ta' qabel. Anke l-managemnt skills ta' Cordina assigura vot Laburist f 'Għawdex għalkemm ma kienx biżżejjed għalih għax kien qed jikkompeti ma' tankijiet ta-gwerra politiċi. Iżda barra dawn il- gwerriera Laburisti xi ħaġa oħra li għenet li Għawdex isir Laburist kienu l-proposti mqanżħa u ftit emmnuti tal-PN. Fejn f 'ħafna minnhom jew kien diġà hemm suċċess Laburist fihom bħal fil-każ tad-dimensja, turiżmu, fast ferry, it-tieni fibre optic eċċ. Filwaqt li kien hemm oħrajn li l-Għawdxin ħaduhom bin-n.... Bħal fil-każ tar-roti u karozzi tal-elettriku, bħall-gimmick tal-kampanja li min imur jgħix Għawdex jingħata €10,000, li Għawdex ikun reġjun meta kienu l-istess Nazzjonalisti li m'applikawx għalih ħalli ma jnaqqrilhomx mill-fondi Ewropej ta' Malta. IL-fatt li l-PN ma kienx jaf eżatt fejn kien il-polz Għawdxi ma ġiex emmnut u dan kompla jnaqqar dik li xi darba kienet maġġoranza Nazzjonalista. Il-partit Nazzjonalista kien b'saħħtu biss f 'Għawdex mill- hardliners tiegħu tant li l-voti marru kollha għand Chris Said u Marthese Portelli li wkoll ġabret il-voti tal-Għawdxin meta hi ħadmet f 'Malta u mhux f 'Għawdex. Forsi wkoll il- voti tagħha ġew mill-5,000 votant Malti li jivvutaw Għawdex. Il-wegħdiet fil- proposti tal-PN li kienu jagħmlu sens ma ġewx emmnuti mill-Għawdxin għax dawk kienu wegħdi li ma twettqux tul is-snin kollha li l-PN kien fil-gvern allura l-votant Għawdxi injorawhom. Il-ħasra għall-PN kienet li kandidati bħal David Stellini li seta' jagħti stil ġdid ta' politika f 'Għawdex min-naħa tal- PN dam jaħsibha u kien tard wisq biex jagħmel xi tip ta' impatt. Iżda kull partit politiku għandu jifhimha darba għal dejjem li Għawdex mhu tal-ebda partit, darba l-eks Prim Ministru Gonzi kien qal li Għawdex Nazzjonalist u malajr ħadha r-risposta tal-Għawdxin. Għawdex hu biss tal-Għawdxin. L-Għawdxi tih serħan il- moħħ. L-Għawdxi jrid iħoss is-suċċess f 'butu u mhux fil- wegħdiet fiergħa. Taħt gvern Laburista, l-Għawdxi ħass ġid kbir fil-gżira tiegħu anke jekk dak kollu mwiegħed lilu ma ħadux. Il-karba tiegħu nstemgħet mill-gvern Laburist anke jekk baqa' ħafna u ħafna xi jsir. Interessanti wieħed isegwi b'liema stil se tmexxi Għawdex il-ministru l-ġdid Justyne Caruana. Għax kollox jindika li l-istil tagħha se jkun differenti minn kif kien imexxi Anton Refalo. Jidher li anke l-Prim Ministru ma xtaqx ikompli fuq l-istil ta' Refalo għax kieku kien iħallih hemm! Justyne Caruana wriet kapaċità kbira fid-dekasteru li kienet tmexxi iżda żgur li għandha biċċa xogħol akbar fid-dekasteru tal-gżira tagħha. Bħala Għawdxija taf sew u fid-dettall il- mentalità tal-Għawdxin fejn jidħol il-ministru tagħhom. Il-Prim Ministru Malti wera fiduċja fiha li kapaċi tbiddel it-tmexxija ta' Għawdex għal politika tal-moviment imsejsa fuq il-meritokrazija, il-produttività u xogħol li jwassal biex il-ġid f 'Għawdex ikompli jitkattar. Nemmen li l-ministru l-ġdid se tkompli fejn ħalla ta' qabilha, Il-ħidma li tkattar il-ġid f 'Għawdex. Minn dawn il-paġni aħna nawgurawlha!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017