Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
illum | Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 24 Kummerċjali Sophia Loren tgħammed l-MSC Meraviglia Leo Sayer għall-kunċert f 'Malta f 'Jum il-Missier L-akbar cruise liner tal-flotta MSC se jġib 150,000 passiġġier f 'Malta fl-2017 LAĦĦAR ġojjel tal-flotta MSC, MSC MERAVIGLIA ġie mgħammed waqt ċerimonja mill-parrina ta' bosta vapuri oħra tal-MSC Cruises, l-attriċi leġġendarja u ta' fama internazzjonali Sophia Loren f 'Le Havres, Franza. MSC MERAVIGLIA hija l-ewwel cruise liner li qed ittajjar bandiera Maltija. MSC Cruises ħabbru li minn issa sal-2024 se jkunu qed iwasslu 11-il cruise liner bi prototipi differenti, ftit minnhom anki ta' 200,000 tunnellata, li se jkunu jistgħu jakkomodaw sa 7,000 passiġġier. Il- Cruise liners kollha se jkunu rreġistrati Malta. Il-vapur ta' 167, 000 tunnellata jieħu 5,714-il passiġġier u huwa l-ikbar vapur li qatt inbena minn sidien Ewropej. MSC MERAVIGLIA¬¬¬¬¬ għażlet lil Malta bħala wieħed mill- portijiet ewlenin tagħha u se tidħol il-Port il-Kbir għall- ewwel darba nhar l-Erbgħa 14 ta' Ġunju. Imbagħad se tkun qed tbaħħar madwar il-Mediterran minn Malta kull ġimgħa sal-15 ta' Novembru u se ġġib aktar minn 150,000 passiġġier. MSC MERAVIGLIA se tagħti opportunità unika lil 170 passiġġier Malti biex jesperjenzaw vaganza mill-isbaħ ta' tbaħħir fil- Mediterran minn Malta għal Malta fuq dan l-ikbar cruise liner li qatt daħal Malta. "Għandna viżjoni ambizzjuża għall-futur u MSC MERAVIGLIA tagħti bidu għat-tieni fażi tat-tkabbir tal-kumpanija tagħna. Dan huwa mument li aħna tal- MSC Cruises kburin bih għax qed naraw il-vapuri tal-ġenerazzjoni tal-futur jitwieldu quddiem għajnejna. Il-vapuri l-ġodda li qed nibnu bejn l-2017 u 2020 huma sitta – kollha b'qofol wieħed u b'innovazzjonijiet kemm fid- disinn, kemm fuq il-prodott u kif ukoll permezz tal-aħħar teknoloġija fit-tbaħħir u għall-użu tal-konsumaturi ta' kull età għal esperjenza fuq il-baħar indimentikabbli. MSC MERAVIGLIA ġabet fir-realtà din il-viżjoni, għax tfassal standards ġodda għad-dinja tal-cruise liners – tagħmilhom destinazzjoni fihom infushom." qal Pierfrancesco Vago, Ċermen Eżekuttiv tal-MSC Cruises' f 'Le Havre. Il-qofol tas-serata f 'Le Havre intlaħaq bil-parata tal-uffiċjali tal-baħar tal-vapur, meta Sophia Loren qatgħet iż- żigarella qalb ix-xampanja u l-logħob tan-nar. Is-Sinjura Loren ilha qrib l-MSC Cruises għal aktar minn għaxar snin, meta kienet il-parrina tal- MSC Lirica fl-2003. Sophia Loren tirrifletti t-twemmin tal-Kumpanija MSC mal-lealtà, sbuħija, talent u eleganza, l-istess elementi li jiddistingwi kull aspett abbord il-vapuri tal-MSC Cruises. HAMILTON TRAVEL huma aġenti esklussivi tal-MSC Cruises f 'Malta. Ċempel fuq 21241292 jew ikkuntattja lil HAMILTON TRAVEL fuq l-email info@ hamiltontravel.com.mt għal aktar informazzjoni. FADAL biss ftit jiem sabiex il-kantant Leo Sayer iżur pajjiżna u jagħti kunċert mill- aqwa, flimkien mal-band tiegħu. Huwa ser ikun qiegħed jagħti kunċert f 'Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta, il-Ħadd 18 ta' Ġunju fit-8:30pm. Leo Sayer huwa magħruf mal-Maltin għas-suċċessi li kiseb fis-snin 70 u 80. Id-diski tiegħu jindaqqu regolarment fuq l-istazzjonijiet tar-radju sal-ġurnata tal-lum. Fost il-kanzunetti nsibu Orchard Road, When I need you, More than I can say, I can't stop loving you, You make me feel like dancing u oħrajn...Bħalissa Leo Sayer jinsab fl-aħħar kunċerti tiegħu fl-Ingliterra u ser jispiċċa t-tour Ewropew, f 'Malta. F'dan il-kunċert, dawk preżenti ser ikollhom ċans jassistu għaċ-ċajt umoristiku li jaf joffri dan il-kantant. CMC Promotions, l-organizzaturi ta' dan il- kunċert iħeġġu lil dawk li għadhom jaħsbuha biex għal Jum il-Missier jagħtu biljett għal dan il-kunċert bħala rigal ta' Jum il-Missier. X'hemm isbaħ li tispiċċa din il-ġurnata ta' Jum il-Missier b'kunċert memorabbli bħal dan. Biljetti għall-kunċert jinxtraw mis-sit www. cmcpromotionsmalta.com jew ċemplu ticket hotline 99821250.