Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
illum Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 Sports 30 Partitarji Maltin ta' Real Madrid ji urmaw klabb tas-sapporters ġdid minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew partitarji Maltin ta' Real Madrid li qegħdin kulma jmur iż-żmien fetħu klabb ġdid ta' Real Madrid fejn bħalissa għaddejjin b'ħidma intensiva biex dan il-klabb jiġi rikonoxxut b'mod uffiċjali mill-amminstraturi ċentrali ta' Real Madrd fi Spanja. Biex ikollu iktar dettalji rigward dan il-fatt, dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Philip Bianco, li kien il- moħħ ewlieni biex ra li jkun hemm struttura organizzata biex partitarji Maltin ta' Real Madrid jingħaqdu flimkien, fejn finalment huma rnexxielhom jiffurmaw klabb. Huwa qal li : "Min jafni, kulħadd jaf li jien sapporter kbir tar-Real Madrid. Nixtieq naqsam mal-qarrejja ta' dan il-ġurnal il-ħolma tiegħi. Żmien ilu, permezz ta' Hi5, bdejt nitkellem mal-ħabib tieghi Ryan. Kien minn hawn li nibtet il-ħolma li niftħu klabb f 'Malta għas- sapporters tar-Real Madrid. Wara ftit taż-żmien, ftaħna grupp fuq Facebook biex kull min hu sapporter ta' dan il-klabb, jingħaqad magħna f 'dan il-grupp. Wara ċertu żmien, innutajna li kien hawn gruppi oħra għall-istess skop. Tkellimna mal-amministraturi ta' dawn il-gruppi u qbilna li ningħaqdu fi grupp wieħed. In-numru ta' nies f 'dan il-grupp beda dejjem jiżdied. Għalhekk, konna ħadna d-deċizjoni li nibdew niltaqgħu għal xi logħob taċ-Ċhampions League. Fl- 2012 kien inħoloq kumitat bejnietna bl-iskop li nkunu nistgħu norganizzaw iktar attivajiet bejnietna. Però sfortunatament, wara ċertu żmien, minħabba mpenji ta' diversi nies fi ħdan il-kumitat, kellna nieqfu. Sadanittant, il-grupp fuq Facebook baqa dejjem attiv u n-nies f 'dan il- grupp baqgħu dejjem jiżdiedu. Fl-2016, reġgħet inħasset ix-xewqa li nibdew niltaqgħu iktar ta' spiss. Diversi nies f 'dan il-grupp ikkuntatjawna biex jiġu organizzati iktar attivatijiet. Minħabba f 'hekk, ġie deċiz li nibdew niltaqgħu għal-logħob tal-Kampjonat Spanjol u l-logħob taċ- Champions League. Biex nagħmlu dan, konna qed niltaqgħu s-'Surfside' f 'Tas- Sliema. L-attendenza minn logħba għall-oħra dejjem bdiet tiżdied. Kien minħabba f 'hekk li bdejna niddiskutu l-possibiltà li niftħu klabb f 'Malta. Sadanittant, jien bdejt ingib kuntatti ma' nies u entitajiet barranin biex inġibu informazzjoni ta' x'inhu rikjest biex niftħu klabb uffiċjali f 'Malta. Fost dawn il-kuntatti, kien hemm Emilio Butragueño – dan hu leġġenda tal-klabb tagħna wara li mmilita bħala plejer bejn l-1982 u l-1995. Barra minn hekk, bdejna nfittxu wkoll bar li jixtieq jinvesti f 'xi ħolma bħal tagħna. Finalment, għamilna kuntatt ma' Darren Attard u Evan Azzopardi, iż-żewġ sidien tal-club 'Red Ones' ġewwa l-Ħamrun. Wara diversi diskussjonijiet u taħditiet, ħriġna bi pjan fejn bażikament se jkun hemm element ta' private function fejn se jkollna sular dedikat għall-klabb tar-Real Madrid f 'Malta. Il-mira tagħna hi li dan ikun il-post uffiċjali tar- Real Madrid Club Malta. Il- finali taċ-Champions League kontra Juventus kienet l-ewwel okkażjoni li fiha ltqajna f 'dan il-bar. Kien suċċess kbir hekk kif kellna rispons qawwi minn ħafna sapporters. Tkellimna wkoll fuq stazzjonijet televiżivi Maltin biex inwasslu l-messaġġ tagħna.Għandna iktar pjanijiet f 'moħħna li se jiġu attwati fiż-żmien li ġej. Ġiet kreata wkoll paġna fuq Facebook fejn bħalissa għandna iktar minn 700 segwaċi. Fis-Sajf li ġej se jiġu organizzati numru ta' attivitajiet. Fost dawn, qegħdin nippjanaw BBQs u playstation tournaments tal-FIFA. Il-mira finali tagħna hi li jkollna klabb uffiċjali rikonoxxut mir-Real Madrid (barra minn Malta). Ġie kkreat ukoll logo għal dan il- klabb. Preżentament, qegħdin nistennew l-approvazzjoni mir-Real Madrid għal dan il-logo. Din il-mira għandha tintlaħaq sal-aħħar ta' din is-sena. Nappella biex jekk hawn supporters Madridistas oħrajn, ma jiddejqux jitkellmu magħna. Dan jista' jsir permezz ta' Facebook mill-paġna uffiċjali tagħna jew billi jkellmuni b'messaġġ privat. Min m'għandux aċċess għal Facebook, inħeġġuh jikkuntatjana permezz ta' email fuq madridistasmalta@ gmail.com. Għinuna nagħmlu l-ħolma tagħna realtà," temm jgħid Philip Bianco. Partitarji Maltin ta' Real Madrid isegwu l- nali taċ-Champions League Tingħata art lill-Klabb tal-Basketball ta' Hibernians ISSEGRETARJU Parlamentari għar- Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, l-Onorevoli Chris Agius, riċentament iffirma letter of intent li biha se tkun qed tingħadda biċċa art, li tinsab biswit il-Padiljun ta' Hibernians, lill-klabb tal- basketball ta' Hibernians. Is-Segretarju Parlamentari spjega kif kien għadu kemm ġej minn sports day għat- tfal tal-Kinder 1 u 2. Huwa sostna li huwa importanti li t-tfal żgħar tagħtihom l-opportunità jinnamraw mal-isport li tiswiehom 'il quddiem. Huwa sostna l-importanza tal-valur li tkun taf taħdem f 'tim għaliex ħadd ma jagħmel xejn waħdu fil-ħajja. Is- sinerġija u r-riżultati jkunu aħjar u aktar effettivi meta wieħed ikollu dawn il-ħiliet. Huwa temm jgħid li l-pass li jmiss huwa li tkun attwata l-liġi tal- kummercjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi għax l-ispejjeż tal-klabbs qegħdin kulma jmur jiżdiedu. Kull min għandu propjetà ta' ċerta daqs jista' jara li l-ispejjeż jittaffew u l-klabb ikun sostenibbli. Il-President ta' Hibernians Basketball Club Charles Deguara spjega kif il- ħtieġa ta' padiljun ġdid bdiet tinħass sew minn meta f 'Novembru l-Padiljun eżistenti reġa' beda jintuża kważi kuljum għall-kompetizzjonijiet kollha tal-Futsal. Minn dakinhar, Hibs kellhom jibdew jikru erba' gyms oħra biex ilaħħqu mad- domanda għat-taħriġ mit- timijiet tagħhom bi spiża konsiderevoli kull xahar. Huwa spjega kif l-isport għandu valur edukattiv qawwi fejn it-tfal jitgħallmu f 'ambjent ta' tim, jitgħallmu jirrispettaw l-avversarji tagħhom kemm meta titlef u kemm meta tirbaħ, u dawn il-valuri jsibuhom fil-ħajja. Il-Padiljun il- ġdid huwa stmat li se jkun jiswa madwar miljun ewro meta jkun lest minn kollox u x-xogħol ta' kostruzzjoni jibda mill- ewwel appena l-Awtorità tal-Ippjanar japprova l-pjanti sottomessi wara li tgħaddi r-riżoluzzjoni mill-Parlament biex l-art in kwistjoni tkun trasferita fuq bażi ta' ċens lil Hibernians Basketball Club. Il-proġett se jkun iffinanzjat minn investiment kompletament privat. L-Onorevoli Chris Agius jippreżenta dokument ta' ftehim rigward art ġdida lil Hibernians Basketball Club