Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 31 Appuntament prestiġjuż għar-referi Jude Amin Utulu – jikkontrolla logħbiet mill-nali tal- FIFA Beach Soccer World Cup Bahamas 2017 IRREFERI internazzjonali tal-Beach Soccer Jude Amin Utulu, kien wieħed mill-24 referis minn 24 pajjiżi differenti mis-sitt Konfederazzjonijiet, li kkontrollaw il-logħbiet tal-FIFA Beach Soccer World Cup Bahamas 2017 li bdiet nhar is-27 ta' April u tintemm propju llum il- Ħadd 7 ta' Mejju. Il-logħbiet kollha ntlagħbu fin-National Beach Soccer Arena f 'Malcom Park, Nassau. 16-il nazzjon maqsuma f 'erba' gruppi jilagħbu l-fażi ta' kwalifikazzjoni, bl-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp lagħbu l-kwarti-finali, segwiti mis-semi-finali li t-telliefa tagħhom lagħbu għat-tielet post filwaqt li r-rebbieħa se jikkontestaw l-aħħar partita biex jiġi dikjarat it-tim li wasal fil-quċċata finali, illum stess. Il-FIFA Beach Soccer World Cup kienet waħda innovattiva minħabba li l-Bahamas ospitat it-Tazza tad-Dinja, u għall-ewwel darba ntlagħbet fir-reġjun CONCACAF. Din il-gżira fil-Karibew għandha ramliet uniċi, u kulturà sinjura li jmorru id f 'id mal-ospitalità tal-abitanti appassjonati li, naturalment, isegwu immens dan l-isport. Ir-referi internazzjonali Jude Utulu Kwart ta' miljun ewro ppreżentati lill-assoċjazzjonijiet sportivi u atleti Maltin Uffiċjali mill-kategorija Elite jattendu għat-36th Uefa Centre of Refereeing Excellence (Core) Course KWART ta' miljun ewro kienu ppreżentati lill- assoċjazzjonijiet sportivi u atleti Maltin fl-ewwel minn erba' ċerimonji ta' għoti ta' assistenza finanzjarja minn SportMalta li huma pjanati għall-2017. Fil-fatt kienu 35-il assoċjazzjoni / atleta li bbenefikaw minn somma li kienet qrib il-kwart ta' miljun. Iċ-ċerimonja saret fil-Klabb tal-Boċċi tal-Isla li kien wieħed mill-klabbs li bbenefikaw. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, l-Onorevoli, Chris Agius, qal illi f 'dawn l-aħħar erba' snin, kulħadd ġibed ħabel wieħed biex flimkien għamilna d-differenza. Huwa kompla jgħid sar bosta xogħol fil-qasam sportiv u huwa dmir li naraw li l-klabbs jaħdmu fuq bażi professjonali. Dan jista' jseħħ permezz tal-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-artijiet sportivi li se tkun qed tgħin biex il-klabbs ikunu aktar sostenibbli. B'hekk SportMalta se tkun qed tiġbor aktar flus sabiex tkompli tgħin lill-klabbs sportivi. Iċ-Chairman ta' SportMalta, Dr Luciano Busuttil, qal li SportMalta tejbet l-iskemi ta' assistenza. Huwa qal li l-entità se tkompli tara li tirrenja l-governanza tajba filwaqt li tara li l-finanzi jkunu minfuqa fi proġetti sostenibbli. IRREFERI Matthew De Gabriele, u l-assistenti referis Theodore Zammit u Dusan Petrovic, riċentament ipparteċipaw fil- programm edukattiv CORE li kien is-seba' wieħed organizzat sa issa, u li kien immirat għall-uffiċjali żgħażagħ b'potenzjal li jkunu referis internazzjonali fis-snin li ġejjin (s'issa kien ta' success tant li għen biex iktar minn 320 li attendew il-CORE saru uffiċjali tal-FIFA). Dan il-programm edukattiv ġie organizzat fil-kwartieri tal- UEFA ġewwa Nyon Għal dan dan il-kors attendew uffiċjali Ewropej minn diversi pajjiżi (Andorra, Kosovo, Kroazja, Malta, Moldova, Svezja, Wales) kif ukoll trio mill- Konfederazzjoni Afrikana tal-Futbol. F'dan il-kors, l-uffiċjali Maltin kienu segwiti mill-qrib mill-kowċ tar-referis Radan Miryanov (Bulgarija), il-kowċ tal-assistenti referis Leif Lindberg (Svezja) u l-kowċis tal-preparazzjoni fiżika Werner Helsen (Belġju) u Lluis Cortés Cava (Andorra). Il-parteċipanti ngħataw taħriġ fiżiku fuq il-football pitches u t-track, tekniku fis-swali tal-konferenzi, kif ukoll b'temi soċjali, u joqogħdu għal testijiet fiżiċi – taħt il-gwida ġenerali ta' David Elleray (CORE Senior Course Leader), Kyros Vassaras (CORE Instructor), u bis-sehem ta' tim ta' għaxar speċjalisti fil-qasam tagħhom - sitt kowċis tar-referis, żewġ kowċis tal-assistenti referis, u żewġ kowċis tal-fitness. Minbarra dawn is- sessjonijiet teoretiċi u prattiċi ta' taħriġ, bħala parti mill-kors fi tmiem il-ġimgħa t-tiijiet ta' referis ikkontrollaw partiti (waħda kull wieħed) mill- kampjonati Franċiżi u Svizzeri li wara ġew analizzati l-ewwel flimkien mal-kowċis rispettivi tagħhom b'mod individwali u permezz tal-filmati, u mbagħad f 'udjenza ġenerali; fil-każ tat-trio Malti kienet waħda tar-Raba' Diviżjoni ġewwa Franza bejn Chasselay MDA u Grenoble Foot 38 (0- 3) ġewwa Stade Ludovic Giuly 1, f 'Chasselay. Għax-xhur li ġejjin, l-uffiċjali Maltin ser ikunu f 'kuntatt regolari mal-kowċis tagħhom sabiex ikun segwit mill- qrib il-progress tagħhom; imbagħad f 'Ottubru huma jkunu mistiedna jattendu għal kors ta' konsolidazzjoni CORE ġewwa l-kwartieri tal-UEFA. L-Onorevoli Chris Agius u Dr Luciano Busuttil jippreżentaw għotja ta' assistenza lil waħda mill-assoċjazzjonijiet sportivi Mix-Xellug għal-Lemin: Dusan Petrovic, Matthew De Gabriele u Theodore Zammit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017