Illum previous editions

illum 11 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 Sports 34 L -atleta ewlenija Maltija Charlotte Wingfield twieldet fl-Ingilterra, iżda s-sena l-oħra għażlet li tieħu sehem f 'logħob kompettitiv f 'isem Malta, fejn missierha twieled. Kienet propju hi, li rregalat l-ewwel midalja tad-deheb lil Malta fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar, li saru f 'San Marino, meta rebħet il-finali tal-100 metru tan-nisa. Hija rebħet f 'ħin ta' 11.63 sekondi. Din kienet it-tieni midalja personali għal Wingfield f 'din id-dixxiplina wara li għamlet dan fil-Logħob ta' sentejn ilu li saru fl-Islanda. Hija rebħet midalja tad-deheb ukoll fil-kompetizzjoni tal-200 metru permezz ta' Charlotte Wingfield biex b'hekk rebħet it-tieni midalja tad- deheb f 'dawn il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar wara li diġà kienet rebħet midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tal-100 metru. Wingfield kisbet ħin ta' 23.78 li huwa rekord nazzjonali ġdid. Fl-Olimpjadi ta' Rio fil-Brażil fl- 2016, Wingfield ħadet sehem fil-100 metru. Hija ġriet fit-tielet heat ta' din il-kategorija fejn spiċċat fl-ewwel post meta rreġistrat ħin ta' 11.86 sekondi. Il-ġirja li għamlet Wingfield kienet biss 0.17-il sekonda 'l bogħod mir- rekord nazzjonali tagħha li hu ta' 11.69 sekonda li kienet kisbet is-sena l-oħra f 'Baku fl-Ażerbajġan waqt il-Logħob Ewropew. B'din il-pożizzjoni, Wingfield ikkwalifikat biex tieħu sehem fl-ewwel rawnd li kien maqsum fi tmien heats. fejn hija kklassifikat fis-57 post overall, minn massimu ta' 64, biex b'hekk sfat eliminata. Hija ġriet fis-sitt heat minn tmienja fejn spiċċat fl-aħħar post, bil- ħin tagħha jkun dak ta' 11.90 sekondi. Hija kisret ukoll ir-rekord nazzjonali, dak ta' 11.69, li hija stess kienet waqqfet fil-Kampjonat Ew¬ro¬pew, f 'Baku, Azerbaijan, sentejn ilu. Hija saret ukoll it-tieni atleta Maltija li għaddiet mir-rawnd preliminari wara li kienet għamlet dan Diane Borg, f 'Londra 2012. Wingfield ħadet sehem fil-heat numru 2 fejn għamlet id-distanza f '7.50 sekondi. F'Jannar ta' din is-sena Charlotte Wingfield kisret ir-rekord nazzjonali tas-60 metru indoor darbtejn l-ewwel f '7.461 sekondi u wara f '7.44 sekondi. Fil-ġimgħat ta' wara, hija ħadet sehem ukoll fil-Kampjonat tal-Ewropa Indoor tal-Atletika, fis-60 metru. Hija kienet biss 0.01 ta' sekonda milli tgħaddi għat-tieni rawnd wara li fil-klassifika ġenerali minn 38 atleta spiċċat fis-27 post bl-ewwel 25 jgħaddu għat-tieni fażi. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Niftakar illi din l-imħabba bdiet proprju fl-inħawi tal-bandli fejn bħala tfal konna mmorru nilagħbu. Kont inkun ta' spiss ma' sħabi u niftakar illi konna norganizzaw xi tiġrijiet bejnietna. Kont niġi ta' spiss fl-ewwel post u dan ġegħelni naħsibha biex nibda nieħu l-atletika aktar bis-serjetà. Kont inktibt ma' klabb partikolari fl-Ingilterra u niftakar illi l-ewwel kompetizzjonijiet illi ħadt sehem fihom kienu fit-tiġrijiet tal-100 u 200 metru. Minn hemm tista' tgħid illi bdiet l-avventura tiegħi f 'dan l-isport. Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'San Marino, fejn int irbaħt żewġ midalji tad-deheb - waħda fil-100m u l-oħra fil-200m. L-esperjenza tiegħi fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar f 'San Marino kienet waħda li żgur li se nibqa' ngħożż f 'qalbi għal dejjem. Sħabi l-atleti u l-partitarji Maltin kienu mill-aqwa u żgur li mhux se nkun qed ninsihom bl-ebda mod. Il-fatt li rbaħt żewġ midalji tad-deheb kif ukoll waħda tal-fidda fir-relay tal-4x100m, waqt li waqqaft rekord nazzjonali ġdid kienet xi ħaġa li qatt ma stennejt iżda x-xogħol intensiv u d-dedikazzjoni li għandi għall- isport tal-atletika fl-aħħar mill-aħħar wassluni biex nikseb dan is-suċċess. Il- ħolm verament isir realtà! Ninsab lesta għall-kompetizzjoni li jmiss! F'dawn il-logħob li ħadt sehem fihom, kelli ħafna pressjoni sabiex immur aħjar minn sentejn ilu. Dakinhar kont irbaħt żewġ midalji tad-deheb fil-logħob li saru fl-Iżlanda u kulħadd kien qed jistenna li ntejjeb dan ir-riżultat . Kont ukoll kburija ħafna li ġarrejt il- bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ li saret f 'Serravalle. Dan juri l-fiduċja li kelli mill-Kumitat Olimpiku Malti. 'Dan huwa mument li se nibqa' Cristian Antony Muscat Charlotte Wingeld - fost l-aqwa atleti Maltin ta' kull żmien u li għadha kemm rebħet tliet midalji tad-deheb għal Malta l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f'San Marino - waħda l- 100m, oħra l-200m u oħra r-relay tal-4x100m. "Il-fatt li rbaħt żewġ midalji tad-deheb u waħda tal-fidda fir-relay tal-4x100m, waqt li waqqaft rekord nazzjonali ġdid kienet xi ħaġa li qatt ma stennejt iżda x-xogħol intensiv u d-dedikazzjoni li għandi għall- isport tal-atletika fl-aħħar mill-aħħar wassluni biex nikseb dan is-suċċess. Il- ħolm verament isir realtà! Ninsab lesta għall-kompetizzjoni li jmiss!" "Inqis l-isport bħala mediċina kontra l-istress u x-xogħol kbir illi jkolli matul il-ġurnata. Meta mmur ġirja nħossni nikkalma dejjem aktar u nkun lesta għal ġurnata oħra ta' xogħol. "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 June 2017