Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 35 X'differenza hemm bejn it-tiġrija tal- 100 u tal-200 metru? Għalkemm it-tnejn illi huma għandhom l-istess għan, madankollu hemm xi fatturi illi mportanti illi wieħed jara. Nibda billi nitkellem fuq l-itwal tiġrija dik tal-200 metru. Hawnhekk irid ikollok preparament tajjeb kemm mentali kif ukoll fiżiku minħabba illi trid tuża iktar enerġija u moviment. Hawnhekk jgħodd ħafna kemm tkun veloċi speċjalment fl-ewwel parti tat- tiġrija. Min-naħa l-oħra, it-tiġrija tal-100 metru nqisha bħala mument qasir illi minnu trid tieħu li tista', tkun veloċi u tasal kemm tista' f 'ħin relattivament qasir. Int tgħix l-Ingilterra. Hemmhekk int tistudja u taħdem. Kif jirnexxielek tlaħħaq ma' kollox? Bħalissa jien qed nagħmel il-kors ta' Masters full-time u fl-istess ħin naħdem part-time apparti illi nlaħħaq ukoll mal- ħin tat-taħriġ. Dan kollu jinvolvi ħafna stress. Mhux faċli tagħmel dawn l-affarijiet kollha però b'xi mod inlaħħaq. Nammetti illi ċans għall-ħajja soċjali m'għandix u għalhekk rari ħafna illi noħroġ ma' sħabi. Għalhekk kull ċans li jkolli niddedikah għall-atletika sabiex ikolli l-opportunità illi ntejjeb il-ħiliet tiegħi f 'dan l-isport. F'dan il-kas nemmen illi jekk wieħed ikun pożittiv, kapaċi jlaħħaq mhux ftit mal-affarijiet li jkollu. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek fl-Olimpijadi ta' Rio de Janeiro illi saru s-sena l-oħra. Din kienet esperjenza partikolari. Kont qiegħed nirrappreżenta lil Malta u għamilt li stajt biex nirnexxi. Kelli nżid iktar it-taħriġ u ppruvajt intejjeb dejjem aktar il-ħin tiegħi. Meta wasal dan l-avveniment, ikkompetejt u rnexxieli ngħaddi mir- rawnd preliminari fit-tiġrija tal-100 metru. Minkejja dan l-ewwel suċċess, kelli d-diżappunt illi ma ngħaddix mill- ewwel rawnd proprju, hekk kif ġejt eliminata. Ma kienx ir-riżultat illi xtaqt għalkemm nista' nammetti illi ksibt esperjenza kbira fejn tgħallimt ħafna mill-iżbalji illi stajt għamilt. Fl-istess waqt, din l-esperjenza żiditli l-motivazzjoni biex intejjeb dejjem aktar il-wirjiet tiegħi għat-tiġrijiet futuri. Kellimni dwar l-isbaħ esperjenza illi kellek s'issa fil-karriera tiegħek. Kelli ħafna esperjenzi sbieħ fil-karriera tiegħi s'issa però meta nirbaħ xi midalji għal Malta nħossni kburija wisq. Inħoss illi nkun qiegħda nagħti sodisfazzjon lil dawk in-nies illi wrew fiduċja fija u għażluni biex nikkompeti għal pajjiżi. Minkejja illi tgħix l-Ingilterra, nistgħu ngħidu illi għandek demm Malti. Fil- verità kemm tħossok bħala persuna Maltija? Ifhem jien ngħix l-Ingilterra u parti kbira minn ħajti hija marbuta ma' dan il-pajjiż. Madankollu nħobb ħafna lil Malta, nieħu gost meta nieħu sehem f 'xi avveniment internazzjonali u nkun mal-kontinġent Malti. Kif għedt int, jien għandi demm Malti u dan inħossu ferm speċjalment meta nkun qed nikkompeti kontra atleti oħra barranin. F'dak il-mument partikolari moħħi jkun illi npoġġi isem Malta aktar fil-għoli billi nirbaħ xi midalja. Fl-aħħar nett kemm huwa importanti l-isport fil-ħajja tal-bniedem? Jekk nitkellem għalija personali, inqis l-isport bħala mediċina kontra l-istress u x-xogħol kbir illi jkolli matul il- ġurnata. Meta mmur ġirja nħossni nikkalma dejjem aktar u nkun lesta għal ġurnata oħra ta' xogħol. L-isport huwa parti importanti ħafna f 'ħajti u ma nimmaġinax lili nnifsi mingħajru. Bħala atleta nħobb inħares ħafna lejn xi rwoli ta' xi nies illi rnexxew f 'ħajjithom speċjalment dawk sportivi u nieħu xi ħaġa mingħandhom sabiex dejjem nitjieb u nirnexxi. Għalhekk nemmen ħafna fil-valur tal-isport u fuq kollox il-benefiċċji illi bniedem jieħu meta jikkompeti f 'xi dixxiplina. nibqa' ngħożż f 'ħajti għal dejjem' Ritratti: Christine Borg u Dominic Borg Twieldet -Ingilterra t-30 ta' Novembru 1994, iżda s-sena l-oħra għażlet li tieħu sehem f 'logħob kompettitiv f 'isem Malta, fejn twieled missierha. Rebħet żewġ midalji tad-deheb - waħda l-100m u l-oħra l-200m u oħra tal-dda r-relay tal-4x100m l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'San Marino. Fl-2016 ħadet sehem ukoll b'suċċess -Olimpjadi ta' Rio l-Brażil kif ukoll l- Kampjonat Ewropew Indoor tal-Atletika. CHARLOTTE WINGFIELD