Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
illum | Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 Ritratti: James Bianchi Aħbarijiet Servizz kontinwu ta' broadband iżjed affidabbli. Dan għamilnieh possibbli billi wessajna l-frekwenza bi kwalità għolja fis-servizzi wireless. Il-pjan tagħna jinkludi wkoll l-introduzzjoni ta' servizz 5G sal-2020. TLABTNA SERVIZZ TA' BROADBAND WIRELESS IŻJED VELOĊI U IŻJED AFFIDABBLI WETTAQNA DAK LI XTAQT Inpoġġuk fil-qalba tal-Ewropa 'Maġġoranza bħal din ma tixtrihiex bil- pjaċiri' minn Veronica Lynn Mizzi ILPRIM Ministru Joseph Muscat saħaq li maġġoranza bħalma kiseb il-Partit Laburista l-ġimgħa li għaddiet ma ġietx billi ngħataw il-pjaċiri iżda bis- saħħa ta' tmexxija b'viżjoni. "Minn jaħseb li maġġoranza bħal din tinkiseb bil- pjaċiri, ikun qed jinsulta l-intelliġenza tal-poplu. Riżultat bħal dan wasal għax kien hemm tmexxija b'viżjoni. Raw tama f 'dan il- moviment." Meta kien qed jindirizza l-folol li nġabru fuq il-Fosos fil-Furjana għall-mass meeting tar-rebħa, Joseph Muscat qal li "kull riżultat li kiseb dan il-moviment, kien sinnifikanti u dan kien riżultat ċar li Malta hi magħquda u taf tagħżel." Muscat żied jgħid ukoll li dan ma jfissirx li l-maġġoranza hi ta' partit jew ieħor, imma li ħafna Maltin u Għawdxin iħossuhom l-istess fejn tidħol id-direzzjoni tal- pajjiż. Fl-istess waqt sostna li ikbar ma tkun il-fiduċja, ikbar tkun ir-responsabbiltà. Muscat għamel aċċenn dwar l-umiltà u sostna li dan ir- riżultat jimla lilu u lill-Partit b'umiltà quddiem il-qawwa tal-poplu. "Inwiegħed li kemm indum inservi jien, se nibqa' nservi b'umiltà, jien u dawk ta' madwari," sostna Muscat waqt li enfasizza li, "min jibda jara n-nies dubbien, se jsib lili nfakkru li Malta remiet l-arroganza u l-firda darba għal dejjem." Dan filwaqt li sostna li se jibqa' jkun qrib tan-nies, u jħoss il-polz tal- poplu. Muscat tkellem dwar 'fjamma' li bdiet tinxtegħel fl- 2013 u li issa "saret ħuġġieġa kbira." F'appell kontinwu ta' għaqda u messaġġ ta' ringrazzjament tiegħu lejn il-poplu Malti għall-għażla tiegħu l-ġimgħa li għaddiet, Muscat qal li din l-għażla tal-poplu ġiet għaliex, "in-nies għażlet il-verità fuq il-gideb u għalhekk Malta għażlet lil dan il-moviment b'maġġoranza ġdida storika li hi l-ikbar waħda ta' kull żmien."