Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/835422
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ġunju 2017 Iktar minn 5,600 persuna jiffirmaw petizzjoni biex Busuttil jibqa' Ttkompli minn paġna 1 SORSI li tkellmu mal- gazzetta ILLUM sostnew ukoll illi minkejja l-appoġġ minn sezzjoni tal-għeruq tal-PN u numru ta' Deputati Nazzjonalisti, Busuttil huwa determinat li jieqaf. Dawk li tkellmu magħna qalu li Simon Busuttil, ladarba ħa deċiżjoni mhux se jmur lura u jidher li jinsab deċiż li jżomm mad-deċiżjoni li flimkien ma' Beppe Fenech Adami, Mario De Marco u t-tmexxija kollha tal-PN hu jirreżenja. Intant kien id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo illi ta bidu għal diversi għajtiet biex Busuttil jibqa' jmexxi lill- PN, meta f 'ittra indirizzata lil Busuttil hu qal li l-ebda organizazzjoni m'għandha tbiddel il-Kap Eżekuttiv kull ftit snin u li proġett tal-PN dejjem kien se jkun għat-tul. Huwa ġab eżempju bin- negozju li jmexxi hu u fakkar illi baqa' għaddej anke meta kien hemm mumenti iebsin. Intant inbdiet petizzjoni onlajn ukoll erbat ijiem ilu, li sal-bieraħ f 'nofsinhar kienet iffirmata minn 5,695 persuna. Din il-petizzjoni tgħid li għalkemm il-PN ma ġabx ir- riżultat li xtaq Busuttil xorta għandu jibqa'. (ara l-editorjal fuq paġna 21) Kif niżel l-appoġġ lill-PN fid-distretti 'tiegħu' Distrett 2003 2008 2013 2017 8 61.6% 56.5% 49.5% 52.9% 9 57.3% 61.1% 53.9% 56.3% 10 73% 63.2% 57.3% 60.3% 11 54.4% 61.3% 54.7% 55.2% 12 62% 58.6% 50.4% 50.9% 13 58.7% 55.3% 49.8% 47.8% Iż-żewġ partiti jerġgħu jibbattaljaw dwar siġġijiet parlamentari PERMEZZ ta' rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali l-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef u s-Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali Lydia Abela, f 'isem il-Partit Laburista, talbu lill-Qorti sabiex tiddeċiedi jekk tħassarx id-deċiżjoni tal- Kummissjoni Elettorali li tat żewġ siġġijiet żejda lil-Partit Nazzjonalista minkejja li fil-Parlament hemm it-tielet partit politiku kif iddikjarat mill-esponenti kemm tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll mill-Partit Demokratiku. Il-Partit Laburista, propju fil-ġurnata tal-Ħamis, kien diġà ppreżenta protest formali mal-Kummissjoni Elettorali permezz tad- delegat tiegħu, Louis Gatt lill-Kummissjoni Elettorali iżda l-istess Kummssjoni ddikjarat bħala eletti żewġ deputati min-naħa tal- Oppożizzjoni. Il-Partit Laburista qed jitlob lill-Qorti sabiex tiddeċiedi jekk kellux ikun applikat il- proviżjoni fil-liġi li jagħti siġġijiet żejda minkejja li jkun hemm it-tielet Partit fil-Parlament. Intant il-PN ħareġ stqarrija wkoll illi fiha qal illi wara li "ma ngħatax raġun mill- Kummissjoni Elettorali, il-Partit Laburista kompla jwebbes rasu u juri kemm ma jirrispettax id-deċiżjoni tal-poplu Malti u Għawdxi. Ir- rikors li l-Partit Laburista ressaq quddiem il-Qorti Kostituzzjonali hu intiż biss biex id-distakk bejn iż-żewġ partiti ma jkunx jirrifletti d-distakk fil- voti. Fil-Qorti, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiddefendi kemm ir-rieda tal-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll il-liġi Kostituzzjonali. F'din l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista ġab 135,696 vot li kull wieħed minnu għandu jiġi rrapreżentat fil-Parlament, b'distakk ta' 7 siġġijiet mill-Gvern. Iżda l-Partit Laburista ma jirrispettax id- deċiżjoni tal-poplu Malti u Għawdxi u spiċċa jattakka anke dan l-istess riżultat.