Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 Intervista 12 F l-aħħar jiem il-pulizija kienu fuq l-aħbarijiet hekk kif attakk feroċi fuq membru tal-Korp ħalla lil ħafna jistaqsu, jargumentaw jekk mhux ukoll fi xkora inkwiet minħabba messaġġi xejn dinjitużi li tħallew fuq Facebook. Minkejja li s-sitwazzjoni hija waħda gravi (u minn hawn nixtieq ngħaddi l-appoġġ tiegħi u ta' din il-gazzetta lill-Korp tal- Pulizija u lill-familja ta' Simon Schembri) filfatt għenet biex qamet diskussjoni sħiħa dwar il-Korp tal-Pulizija u x-xogħol ta' dawk il-mijiet ta' nies li ta' kuljum jassiguraw, jew jagħmlu mill-aħjar biex jassiguraw, li fil- pajjiż ikun hawn il-bon ordni u l-osservanza tal-liġi. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Ispettur Robert Vella, Segretarju Ġenerali tal- Assoċjazzjoni Maltija tal- Pulizija li għandha mal-1,000 membru u li saret unjin fl-2015, flimkien mal-Police Officers Union (POU) li hija affiljata mal-General Workers Union (GWU). Għamlet differenza kbira… Qabel inħarsu lejn l-avvenimenti tal-aħħar jiem, nistaqsih dwar id-dritt li pulizija jissieħeb f 'unjin. Kien sar ħafna ftaħir dwar din id-deċiżjoni, imma għamlet differenza? "Iva, għamlet ħafna differenza," jgħid mill-ewwel Vella. "Għalkemm m'għandhiex id-drittijiet kollha ta' unjins oħrajn, illum il-ġurnata il- Pulizija għandha iktar vuċi u dak li kien jibqa' taħt it-tapit, illum nistgħu nesponuh... nistgħu nesponu l-weġgħat u l-problemi li jiffaċċjaw il- pulizija," temm jgħid. 'Ma rridx niġġudika, imma xi kultant nistennew aktar...' Id-diskors mill-ewwel dar fuq l-inċident li ħalla pulizija bejn ħajja u mewt. F'kontribut fil-gazzetta l-Mument ta' nhar il-Ħadd li għadda Vella jgħid illi huma meħtieġa sentenzi aktar iebsin min-naħa tal- Qorti. Huwa qal hekk, "Huma meħtieġa sentenzi aktar iebsin min-naħa tal-Qorti... jeħtieġ li l-Qrati tagħna japprezzaw aktar il-ħidma tal-Pulizija u jkollhom pieni ħorox għal min iżeblaħ l-uniformi." Nistaqsih imma, jekk jaħsibx li huma l-pieni waħedhom li qed iwasslu għal dawn l-attakki. "Ifhem, hija taħlita ta' kollox. Is-sentenzi huma waħda minnhom. Hemm sentenzi li jkunu tajbin ħafna u oħrajn tistenna ħafna iktar." Vella jkun pront iżid iżda li mhux se jkun hu li jiġġudika u li hu, kif dejjem għamel, jirrispetta d-deċiżjoni tal-Maġistrati. "Imma xi kultant nistennew aktar. Illum qegħdin f 'sitwazzjoni, u ħa nagħmilha ċara mill-ewwel li jien kontra kull tip ta' qtil tal-annimali, li jekk toqtol għasfur il-Qorti titratta l-każ bħala aktar gravi minn attakk fuq pulizija." Imma nwaqqfu u nistaqsih jekk jaħsibx li qed jiġġeneralizza xi ftit. Jista' Vella jikkonkretizza aħjar dak li qed jgħid? "Jekk toqtol għasfur, persuna teħel €10,000 u jekk pulizija jkun aggredit teħel inqas jew tkun attwata l-'Probation Act'. Issa wieħed naturalment irid jara l-każ u jidħol fid-dettalji speċifiċi..." Nerġa' nwaqqfu u nistaqsih jaħsibx li l-pieni jistgħu jkunu r-raġuni għall-attakki li qed isiru. "Le, mhux dan biss. Hemm bosta fatturi. Biex nagħti eżempju, sa żmien ilu stajna ntellgħu persuna minuri li tkun akkużata li wettqet att, fil-Qorti Ġovanili. Il-Parlament iddeċieda b'mod unanimu biex dan ma jibqax. Jien ma naqbilx magħha din u għal raġuni sempliċi. Jekk kellek tfal li qabdu triq ħażina, il-Qorti tkun tista' tagħti l-għajnuna u ħafna drabi l-persuna titpoġġa lura fit-triq it-tajba. Dan apparti li ftit li xejn naf minuri li ddaħħlu l-ħabs." Bla dixxiplina... imma veru? Ħafna qed jinsistu li l-ġenerazzjoni tal-lum hija waħda bla rispett u bla morali u huwa għalhekk li qed isiru dawn l-attakki. Vella jaqbel? "Jidher iva, li hemm sezzjoni li qed juru diżrispett. Rajna nies li ma ddejqu xejn anzi wrew pjaċir għal dak li ġara," qal Vella b'dispjaċir. Imma din mhux minoranza żgħira ta' nies? "Iva, vera, imma meta nara li l-kummenti saru minn persuni li għadhom żgħar fl-età, din tirrifletti fuq il- ġenerazzjoni ta' għada. Din hija preokupazzjoni għall-pajjiż," jisħaq l-Ispettur. Ifakkar illi xogħol il-Pulizija huwa li jżommu l-ordni biex iservu lill-pubbliku. "Però mbagħad meta tara dak li ġara u li ntqal jiddispjaċik u l-moral jitkisser xi ftit." (Ara wkoll x'qalu diversi persuni dwar dan il-punt fuq paġni 14 u 15) Mingħajr pulizija jkollna ġungla... Fl-istess kontribut Vella isemmi l-importanza ta' eżerċizzji ta' relazzjonijiet pubbliċi. Infakkru imma li nies fil-Korp xorta qed jidħlu, jiġifieri minkejja kull inċident rekluti ġodda qed ikun hemm. Imma Vella jinsisti li hu jemmen li l-Korp xorta għandu jtejjeb il-PR tiegħu. "Aħna nagħmlu kampanja dwar ix-xorb pereżempju u tajjeb, imma tajjeb li nibdew kampanja wkoll biex ngħarrfu lin-nies bil-ħidma tagħna," jgħid l-Ispettur. "Kieku mhux għall-pulizija f 'pajjiżna ġungla jkollna." Ikun hemm min jargumenta li x-xogħol ta' pulizija minnu nnifsu huwa wieħed riskjuż u allura attakk fuq il-pulizija, anke jekk kundannabbli, jista' jkun parti mix-xogħol. Naqblu li dan ix-xogħol fih riskju akbar ta' vjolenza? Vella jaqbel li hemm riskji, iżda jgħid ukoll li riskji ssibhom f 'kull xogħol u li l-MPA għalhekk qed titkellem, "biex ma niffaċilitawx il-vjolenza u l-attakki. Jekk ħadd mhu se jiftaħ ħalqu u jirranġa l-affarijiet, kull darba li pulizija jinforza l-ordni jaqla' xebgħa jew jiġi aggredit." Bodycams. Se nsiru pajjiż tal-'Big Brother'? L-intervista ddur fuq l-uniformijiet u t-talba biex dawn ikunu aġġornati. Imma meta l-MPA, flimkien mal- POU wkoll, qed titlob li jinbidlu l-uniformijiet x'qed jipproponu eżattament? "L-uniformi tagħna llum il-ġurnata ilna ngħidu li mhux addatta anke kif magħmula, b'ħabel imdendel li xi ħadd jista' jiġbdek minnu. Aħna rridu li l-Pulizija jkollhom uniformijiet aktar komdi, jekk tmur barra tara pulizija lebsin t-shirt u qalziet iktar komdu. Anke lembubi, jibqgħu neżlin sa rkopptejk meta llum jeżistu lembubi li jistgħu faċilment jingħalqu, dawn affarijiet minimi." Vella mbagħad idur fuq il-bodycams, jew kameras li jitweħħlu mal-uniformi tal- pulizija biex kull attakk li jsir quddiem jew fuq il-pulizija jkun iffilmjat. L-Ispettur jgħid li statistika minn barra pajjiżna turi li dawn jesponu ħafna iktar is-sitwazzjonijiet li l-pulizija jkun fihom. Jibża' li jista' jkun hemm lok għall-abbuż? Li niġu qisna big brother? Kullimkien kameras. "Jiena konxju li f 'kull post tax- xogħol hemm min hu tal-affari tiegħu u hemm min le," jibda jispjega Vella. "Aħna mhux qed ngħidu li għandna nagħtu 'bodycam' lill-pulizija kollha mil-lum għal għada. Hemm bżonn ikun hemm leġislazzjoni ta' meta tista' tuża bodycam, ikunu ċari r-responsabilitajiet ta' min jużaha." Paceville: kemm hi gravi s-sitwazzjoni? Qed nitkellmu fuq il-pulizija u allura huwa diffiċli li ma nitkellmux dwar Paceville. Mill-1 sal-10 (bl-10 ikun l-aktar) l-Ispettur Vella kemm jaħseb li hija gravi s-sitwazzjoni f 'Paceville bħalissa? Vella jibda billi jiddeskrivi l-post bħala 'hot potato' qabel imbagħad ifakkar li fattwalment, "l-istatitistika qed turi li kien hemm tnaqqis fil- kriminalità f 'Paceville. Apparti minn dan il-Gvern fetaħ idejh fuq l-'overtime' u allura qed ikun hemm preżenza ikbar ta' pulizija. Dan possibilment qed iservi ta' detriment għall- kriminalità." Is-Segretarju Ġenerali tal- MPA huwa tal-fehma li wasal iż-żmien li l-Pulizija ta' dan id- distrett ikollhom fuq il-pussess tagħhom saħansitra 'taser gun'. "Ikun hemm xorb galore u speċjalment filgħodu jkun hemm numru ta' ġlidiet. Xi kultant il-pulizija jkunu inqas minn dawk involuti fil-ġlieda u jispiċċaw fin-nofs," jgħid Vella. Nerġa' nitolbu jagħtini numru mill-1 sal-10 dwar is-sitwazzjoni f 'Paceville bl- 10 jkun l-aktar gravi. "Skont il-perjodu. Fix-xitwa, ngħidu aħna mit-Tnejn sal-Ħamis il-gravità tkun ta' sitta, fil- weekend titla' għal disa' u fis-sajf 10 u aktar, għax jiżdiedu n-nies." U x'inhuma l-aktar atti kriminali komuni f 'Mater Dei? "Drogi, attakki fuq il-pulizija, pickpocketing..." Vjolenza Domestika: uffiċċji minflok għases Kull darba li nsemmu l-vjolenza domestika, inkluż din il-gazzetta, jissemmew il-Pulizija. Numru ta' persuni jirrakkontaw stejjer mhux neċessarjament pożittivi Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt 'Nemmen li l-pulizija huma kuntenti Jekk toqtol għasfur persuna teħel €10,000 u jekk pulizija jkun aggredit teħel inqas " " Il-Kummissarju Lawrence Cutajar kważi dejjem fl-għajn tal-kritika. Imma l-membri tal- Korp x'jaħsbu dwaru? U kemm sar diffiċli xogħol il-pulizija? Iż-żgħażagħ bla rispett lejn l-awtoritajiet? Il-pulizija jitħallsu biżżejjed? L-Ispettur Robert Vella jwieġeb... l-istatistika qed turi li kien hemm tnaqqis l-kriminalità f'Paceville. Apparti minn dan il-Gvern fetaħ idejh fuq l-'overtime " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018