Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter ILĠIMGĦA l-oħra ma tantx bdiet fuq nota pożittiva hekk kif waqt li kien qed jaqdi dmiru l-pulizija Simon Schembri safa mtajjar u attakat minn ġuvni ta' 17-il sena li kien qed isuq illegalment. Ftit jiem wara l-attakk barbaru, tliet żgħażagħ inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati b'użu ħażin tal-mezzi ta' komunikazzjoni, wara li kitbu kummenti fuq Facebook jappoġġjaw l-aġir taż-żagħżugħ. L-amalgamazzjoni ta' dawn l-atti ħolqu għagħa kbir fis-soċjetà Maltija. Kienu ħafna dawk li esprimew it-tħassib tagħhom mhux biss fuq dawn l-atti kriminali iżda wkoll fuq in-nuqqas ta' dixxiplina u rispett tal- ġenerazzjoni żagħżugħa tal-lum, b'ħafna jkunu dawk li jiddikjaraw li "din hi l-agħar ġenerazzjoni." Però din verament hi l-agħar ġenerazzjoni żagħżugħa jew kulħadd jinsa żmienu? Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi nies fuq dan is-suġġett bl-għan li tipprova tirrispondi din il-mistoqsija li qiegħda fuq fomm ħafna. Jgħidu li ż-żgħażagħ tal-lum m'hawnx agħar minnhom, ma jridu jagħmlu xejn u bla rispett lejn kulħadd. Imma veru? Jew kulħadd jinsa x'għamel meta kien iżgħar. Andrew Azzopardi Fost in-nies li tkellmu mal-ILLUM, insibu lil Andrew Azzopardi, Professur u Dekan fl-Università ta' Malta. Skontu din mhix kwistjoni ta' żgħażagħ li jirrispettaw anqas l-awtorità imma "linja ta' ħsieb u mġiba differenti, ferm aktar emanċipata." "Naħseb in-normi soċjali jinbidlu maż-żmien," sostna Azzopardi. "X'inhu aċċettabbli llum mhux neċessarjament kien aċċettabbli qabel. Apparti hekk, iż-żgħażagħ dejjem kienu kkunsidrati bħala r-ribellużi, li ma jaqblu qatt u ma' ħadd, anke għax m'għandhomx inibizzjonijiet u rbit." Skontu, "l-awtorijiet iridu jirbħu l-fiduċja taż- żgħażagħ, li naħseb mhux issir biżżejjed. Il-lingwaġġ inbidel u rridu nfehmu aktar milli nordnaw, irridu ninnegozjaw aktar milli nimponu, irridu nfehmu aktar milli niddettaw. " Azzopardi kompla jgħid kif hu "huwa inkwetanti li meta jinqala' xi ħaġa bħall-każ tal-ġimgħa l-oħra nagħtu x'tifhem li t-tort huwa li ż-żgħażagħ huma kollha hekk. Dan joħloq paniku morali." Il-professur saħaq li, "iż- żgħażagħ fil-maġġoranza assoluta tagħhom, jirsistu, jistudjaw, jipprattikaw l-isport, jivvjaġġaw, jagħmlu l-volontarjat, jinvolvu ruħhom fis-soċjetà, kultant ikunu ftit imqarbin imma ma jfissirx li qegħdin hemm qishom biex jiddistabilizzaw s-soċjetà," temm jgħid Azzopardi. Jgħidu li ż-żgħażagħ tal-lum m'hawnx agħar minnhom, L-agħar ġenerazzjoni ta' żgħażagħ Dak li ġara l-ġimgħa l-oħra huwa każ minn ftit inkomparabbli mas-sens qawwi soċjali li naraw f'eluf ta' żgħażagħ " Michael Piccinino L-ILLUM tkellmet ukoll mal-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) Michael R. Piccinino li hu tal-opinjoni li ż-żgħażagħ tal-lum mhumiex anqas iddixxiplinanti jew għandhom inqas rispett lejn l-awtoritajiet. "Illum il-ġurnata bir-riżorsi u l-midja li hemm għad-dispożizzjoni tas-soċjetà, kull ħaġa li tiġri jsir jaf biha kulħadd iktar malajr. Però fil-verità, xejn mill-affarijiet li qed isiru miż-żgħażagħ tal-lum mhuma qed isiru għall-ewwel darba," sostna Piccinino. Hu kompla jgħid kif "bħala umani aħna dejjem naraw ikrah dak li hu differenti minna. Dan narawh f 'diversi aspetti. Dan jidher ukoll bejn meta ġenerazzjoni tħares lejn oħra. Matul is-snin, nemmen li kull ġenerazzjoni tħares lura lejn kif kienet tagħmel l-affarijiet hi, tħoss li kienet tagħmel l-affarijiet sew u għalhekk tara mġiba tal- preżent bħala ħażina," saħaq Piccinino. Xejn mill- a arijiet li qed isiru miż- żgħażagħ tal-lum mhuma qed isiru għall- ewwel darba llum " " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018