Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 Sports 26 'Din kienet l-aktar rebħa importanti l- karriera tiegħi - Richard 'Viper' Vella minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, fi ġlieda boxing ferm mistennija, Richard 'Viper' Vella mpressjona bil-kbir meta għeleb l-isfida tal-boxer ewlieni Malti, Christian 'Ċoqqos' Schembri. L-ILLUM tkellmet mal-'Viper' kif inhu iktar magħruf Richard Vella fejn tana iktar dettalji rigward din il-ġlieda. Kemm kienet tfisser għalik din ir-rebħa u kif ippreparajt għaliha? Kienet tfisser ħafna għalija għax kont ili nipprepara għaliha. Ma kelli xejn kontra l-avversarju tiegħi Christian għax terġa' u tgħid konna ilna nafu lil xulxin żmien twil. Fil-fatt konna bdejna flimkien fil-boxing u għadna nirrispettaw lil xulxin sal- lum il-ġurnata. Il-boxing li għandek hu li trid tmidd lill-avversarju tiegħek u hemmhekk fejn jien kont konċentrat 100% sabiex nirbaħ din il-ġlieda. Fl-istess ħin ridt nidħol f 'moħħ ta' kontrija sabiex inkun naf minn qabel il-mossi li hu jkun ser jagħmel. Fil-fatt tajjeb li ngħid li jekk int bħala boxer kapaċi tirbaħlu mentalment, għandek nofs il-ġlieda ġewwa. Jien ma ħallejtux jidħol f 'moħħi u b'hekk wasalt biex ksibt is-suċċess mixtieq. Meta jien nidħol għal ġlieda nipprova nirrilassa kemm nista' ma nagħmilx pressjoni lili nnifsi u hekk tkun liberu biex toħroġ għat-taqtiegħa bl-aħjar mod possibli. Waqt it-tieni rawnd int ksirt idejk. Kif bqajt tiġġieled minkejja kollox? Fit-tieni rawnd ħassejt uġigħ kbir f 'idi u wara l-ġlieda lil Christian għedtlu li naħseb li ksirt idi. Dak il-ħin tal-ġlieda ma stajtx nagħti daqqiet bil-lemin. Issa din hija l-iktar id favorita tiegħi biex nagħti d-daqqiet. Iżda tant kemm kont bil-għatx għall-ġlieda li lanqas biss tajt kas u bqajt għaddej. Taħseb li tqis din ir-rebħa bħala waħda importanti fil-karriera tiegħek? Iva nikkonferma li kienet waħda mill-ġlidiet illi verament xtaqt nirbaħ. Kelli xorti kbira li kelli s-sapport tan-nies li ħeġġuni mhux ftit sabiex nirbaħha. Kienet ġlieda mill-ewwel rawnd sal-għaxar wieħed fejn kienet ferm diffiċli iżda minkejja kull diffikulta' rnexxieli nikseb dak li xtaqt. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-boxing? Wara din il-ġlieda nista' ngħidlek li l-moral tiegħi għola ħafna iżda biex inkunu qed ngħidu kollox għalissa mhux ser niffoka fuq boxing minħabba li f 'Settembru ser niżżewweġ u għandi ħafna preparamenti x'nagħmel. F'dan iż-żmien mhux ser nieħu sehem fi ġlied iżda ser nibqa' nitħarreġ bħas- soltu biex nibqa' fiżikament tajjeb. Wara t-tieġ imbagħad nerġa' niffoka fuq il-boxing u nkompli għaddej biex nilħaq il-miri tiegħi. Richard 'Viper' Vella imkien mat-tfajla tiegħu Michelle Camilleri u ma' mis- sieru Paul Vella Ritratt: Charlo Micallef 'Erba' snin wara, nista' ngħid li rrealizzajt ħolma' - Rachel Fitz minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew l-atleta ewlenija Maltija, Rachel Fitz, rrealizzat ħolma meta rnexxielha tinżel taħt it-12-il sekonda fil-100m, u kisbet personal best ta' 11.78. L-ILLUM tkellmet ma' Rachel Fitz innifisha fejn tatna iktar dettalji. Hija stqarret magħna li: "Madwar erba' snin ilu, l-ILLUM kienet intervistatni dwar l-ambizzjonijiet tiegħi fil-giri u ghedtlu li l-ikbar għan u ħolma tiegħi Rachel Fitz -azzjoni Ritratt: Wally Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018