Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Kawtela man-nar... u l-governanza fil-proġett 'Mater Dei' D an l-editorjal qed jinkiteb it wara li seħħet splużjoni l-kamra tan-nar ta' San Ġwann. F'dan il-mument nistgħu nittamaw biss li dak tal-bieraħ kien inċident li ma jkollniex nerġgħu nesperjenzaw bħalu, għax huwa ikrah u jista' jħalli warajh ħafna dulur. Is-sitwazzjoni fil-qasam tan-nar permezz ta' diversi regolamenti li ddaħħlu matul is-snin tjiebet ħafna. Imma n-nar jibqa' nar u allura daqs kemm kapaċi jagħti pjaċir u sodisfazzjon lil eluf kbar ta' Maltin, Għawdxin u turisti, daqstant ieħor kapaċi jwassal għal dmija u diżgrazzji. M'hawnx biżżejjed spazju f 'din il-gazzetta biex naċċennaw dwar l-importanza li dawk kollha jipprattikaw in- nar, jipprattikaw ukoll il-kawtela għall-ġid ta' saħħithom u għall-ġid ta' dawk madwarhom. M'hemmx dubju li l-inċident tal-bieraħ, li nittamaw illi ma jħalli ebda fatalitajiet, se jiftaħ diskussjoni, għal darb'oħra dwar il-logħob tan-nar. Nittamaw li din tkun waħda matura, meqjusa u waħda li tirrispetta lil kulħadd, l-aktar lil dawk li jiddedikaw tant sigħat minn ħajjithom biex jaħdmu n-nar. Minn hawn insellmulhom ilkoll. Mater Dei... sorpriżi? Din il-ġimgħa kellna, probabilment, l-aħjar risposta dwar għaliex il- poplu jew ħafna minnu tefa s-switch u ma jridx jisma' aktar dwar korruzzjoni. Min ma kellux ċans jaqra 80 paġna tar-rapport tal-Awditur, għandu jaqra r-rapport fuq din il-gazzetta fuq paġna 8 biex ikun jista' jifhem aħjar dwar xiex qed nitkellmu. Qed nitkellmu dwar Awditur li pprova jagħmel xogħlu, imma ma setax għax (Alla jbierek) il-fajls ma nstabux, il-kaxxi fejn suppost kienu dawn il-fajls kienu vojta u ħafna mid- dokumentazzjoni li talab l-Awditur ma nafux fejn qiegħda. Dan apparti kważi €10 miljun li m'hemmx traċċa tagħhom, kważi €5 miljuni li l-Awditur ma sabx spjegazzjoni għalihom, emails li qed jimpilkaw li tenders intrebħu bħala 'pjaċir' għal xi fondi, proċess li l-Awditur qed jgħid illi kien inġust u magħmul biex jiffavorixxi kumpanija. U dan biex ma nsemmux it-taħwid u t-tgerfix fil-pjan tal-isptar u l-varjazzjonijiet ta' €88 miljun u biex ma nsemmux ukoll il-famuż konkrit difettuż. Dik governanza tajba! Dak rispett lejn it-taxxi tal- poplu. Dik trasparenza! Ma setax qalha aħjar l-Awditur meta fir-rapport qal hekk; "In-nuqqas min-naħa tal- Fondazzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni bażika hija turija ċara ta' falliment istituzzjonali u negliġenza serja fl-amministrazzjoni ta' fondi pubbliċi. Barra minn hekk, audit trail mhux adegwat u nieqes mill-kredibilità jnaqqas sew il-livell ta' responsabilità, trasparenza, ġustizzja u governanza mistennija fi proġett nazzjonali bħal dan." U allura mhux ta' b'xejn in-nies ma tridx tisma'! Xi trid tisma'? Lil min meta ġraw dawn l-affarijiet ma ġarrx ir-responsabilità. Se jieħu responsabilità xi ħadd? Jew nitfgħu r-rapport taħt it-tapit qisu qatt ma ħareġ u ninsew kollox, bħalma dejjem ġara? Ir-rapport huwa ċertifikat ta' governanza ħażina fuq dan il-proġett. U meta nisħqu li l-affarijiet għandhom isiru sew u bil- galbu u bir-rispett lejn il- poplu li qed iħallas it-taxxi, qed ngħidu għal kulħadd. Għaż-żewġ partiti, inkluż il-PN. Għax ħadd mhu skużat u m'hawn ħadd li għalih dak li jipprietka ma jgħoddx. Dak li hu sew u ġust, jibqa' sew u ġust dejjem. Dak li hu ħażin, jibqa' ħażin dejjem. Anke jekk illum għandna sptar 'state of the art', miljun darba isbaħ u aħjar minn St.Luke's u anke jekk Gvern Nazzjonalista ħaqqu prosit tal-proġett u anke jekk minn dan il-proġett qed igawdi l-poplu, il-kejl ta' governanza tajba u tat- trasparenza jibqgħu dejjem l-istess. ...u l-Pulizija U finalment dan l-editorjal jixtieq juri appoġġ lejn il-Pulizija u dawk il-professjonisti kollha li ta' kuljum iħabbtu wiċċhom ma' persuni li n-norma għalihom hija d-diżrispett lejn l-awtorità. Dak li ġara lejn uffiċjal tal-Pulizija u dak li qed jiġri kważi kuljum lil numru ta' għalliema fil- klassijiet għandu jħassibna. Għandu jġegħelna nistaqsu fejn bħala soċjetà morna daqstant ħażin biex ipproduċejna kriminali ta' dan it-tip? Naturalment, dan ma jneħħi xejn mill-istejjer ta' suċċess li hawn madwarna. Imma xorta għandu jħassibna u jġegħelna nistaqsu. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018