Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218
Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 | illum Intervista 13 kuntenti bil-Kummissarju' fl-għassa, stejjer ta' pulizija li mhux neċessarjament fehmu biżżejjed lill-vittma. Imma l-pulizija huma jew mhumiex preparati għal każi ta' vjolenza domestika? Vella huwa ċar, "aħna nemmnu li l-għases tal-Pulizija mhumiex attrezzati biżżejjed biex jilqgħu nies li jkunu qed jagħmlu dawn it-tip ta' rapporti. Apparti li ma tantx hemm privatezza, il-pulizija mhux daqshekk imħarrgin biex ikunu jistgħu jagħtu l-aħjar sostenn lill-persuni li jagħmlu dan it-tip ta' rapporti. Aktar minn hekk l-għases hemm ħafna attività fihom, in-nies deħlin u ħerġin, u l-pulizija li jkunu xogħol ma jkunux jistgħu jiddedikaw biżżejjed ħin lil dawn il-persuni li ħafna drabi jiġu l-għases sabiex isibu sostenn u sabiex jiftħu qalbhom ma' xi ħadd." Vella qal li l-MPA qed tissuġerixxi li jkun hemm erba' uffiċċji mqassmin ma' Malta u ieħor f 'Għawdex li jkunu dedikati apposta għal dawk il-persuni li jkunu jridu jirrapportaw każijiet ta' vjolenza domestika. "Ovvjament dawn l-uffiċċji jkunu miftuħin 24/7 u jkunu mmexxija minn pulizija speċjalizzati fuq dawn it-tip ta' każi, kif ukoll ikun hemm 'social worker' preżenti l-ħin kollu. B'hekk ikun assigurat li rapport jittieħed bl-aktar mod professjonali, fil-privatezza u min-nies kompetenti li jistgħu joffru soluzzjoni." 'Il-pagi tal-pulizija huma baxxi' Il-pulizija ħaddiema bħall- oħrajn. Għaldaqstant nistaqsih dwar il-paga. Meta wieħed jikkumpara d-dmirijiet mal- pagi, Vella jaħseb li l-paga tal-pulizija hija tajba? "Bħalissa ż-żewġ unjins flimkien għaddejjin f 'negozjar mal- Gvern sabiex jitħejja ftehim settorjali ad hoc għall-membri tal-Korp tal-Pulizija. Il-pagi tal-pulizija huma pjuttost baxxi għan-natura tax-xogħol li jagħmlu. Pulizija fil-livell ta' kuntistabbli jibda fi skala 14 u jasal sa skala 12, surġent jasal sa skala 11 u spettur sa skala 7. L-Ispettur Vella jkompli jgħid illi b'differenza għal ħaddiema oħrajn taċ-ċivil il-pulizija jridu jaħdmu 46 siegħa minflok 40. "Jekk ħaddiem taċ-ċivil jaqla €1,000 għal 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa, pulizija jrid jaħdem 46 siegħa biex jieħu l-istess paga. Dan ovvjament jaffetwa r-rata tal-allowances tal-Ħdud u festi u anke r-rata tal-overtime." L-Imdina; m'hemmx problemi kbar... Nitkellmu għal ftit dwar id-distrett tal-ispettur Robert Vella, li apparti l-Ħamrun u Santa Venera jinkludi wkoll ir-Rabat u l-Imdina. Infakkru li skont rapport annwali ta' Saviour Formosa, l-Imdina kienet il-lokalità ras għal ras li rreġistrat l-akbar ammont ta' serq. "Mill-bieb 'il ġewwa m'hemmx problemi," jgħid Vella li jfakkar illi l-ġonna ta' barra u t-telgħa tas-Saqajja jgħoddu mal-Imdina. Isemmi l-pickpocketing u jgħid li dan kien beda jiżdied "imma rnexxielna nikkontrollawh, permezz ta' aktar pulizija. Naqqasna dan l-att kriminali drastikament. Imma, apparti minn hekk m'hemmx xi problemi kbar fl-Imdina," jgħid filwaqt li jfakkar fil-volum kbir ta' turisti li jmorru l-Imdina kuljum, speċjalment fis-sajf. 'Il-Kummissarju Cutajar maħbub mill-membri tal- korp' Wasalna lejn l-aħħar tal- intervista u ma stajniex ma ndurux fuq il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, fil-mira ta' ħafna kritika minn bosta. L-ewwel nett, Vella kif jiddeskrivi r-relazzjoni tiegħu u tal-MPA mal-Kummissarju? "Relazzjoni eċċellenti. Kummissarju li malli daħal fl-uffiċċju mill-ewwel uriena, li jrid jaħdem magħna u mal- unjin l-oħra. Fejn kien hemm problemi minimi bħall-ħinijiet tax-xift, li dwarha ħaddieħor forsi kien qed iġib id-dinja fit-tarf, dan il-Kummissarju ħadhom taħt idejh u rranġa." Imma hawn barra teżisti ħafna kritika fil-konfront ta' Cutajar. Ħafna li jgħidu li huwa inkompetenti. Fi ħdan il-Korp x'inhi l-attitudni lejn il-Kummissarju? Kuntenti bih? Jew iħossu li huwa inkompetenti u għandu jirreżenja? Vella huwa skjett; "il-membri tal-Korp iħobbuh lil dan il-Kummissarju. Għax huwa umli, tista' tkellmu u jista' jkun li dak li kien nieqes qabel, il-Pulizija sabuh f 'dan il- Kummissarju." "Bla dubju nemmen li l-Pulizija huma kuntenti bil- Kummissarju." Apparti l-inkompetenza hemm min jakkużah illi huwa pupu f 'idejn il-Gvern. L-Ispettur iħoss li din il-kritika hija ġustifikata? "Jiena persuna li ma tantx indur mal-lewża u mhux l-ewwel darba li kelli xi ngħid miegħu u fejn ma naqbilx nissuġġerixxi. Imma mal- Kummissarju Cutajar naslu. "Kulħadd għandu dritt li jgħid li jrid. Meta tkun appuntat Kummissarju tal- Pulizija, kif dejjem ġara, ikun il-Gvern tal-ġurnata li jpoġġik hemmhekk. Allura meta jiġri xi ħaġa fil-pajjiż se jkun aktar faċli li tippunta subgħajk lejn il-Kummissarju, għax huwa aktar faċilment allaċjat mal- Gvern." "Cutajar ta risposta kemm ilu fl-uffiċċju; numru ta' atti kriminali solvuti, titjib fil- kundizzjonijiet tal-pulizija, reati li ġew solvuti. Ovvjament il-kritika la qiegħed hemm jistennieha." Imma jaħseb li ġusta? "Aħna meta kien hemm ċertu dimostrazzjoniet quddiem id-depot, bħala MPA, filwaqt li fakkarna li kulħadd għandu dritt jikkritika fakkarna wkoll li ħadd m'għandu jaqbeż il- limitu. Dejjem nissuġġerixxi li l-kritika tkun waħda kalma u li qatt ma jinqabeż il-limitu." L-MPA qed tissuġġerixxi li jkun hemm erba' uċċji mqassmin ma' Malta u ieħor f'Għawdex li jkunu ddedikati apposta għal dawk il-persuni li jkunu jridu jirrappurtaw każijiet ta' vjolenza domestika " "