Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 | illum Sports 31 Aktar qabel int semmejt illi fl-attakk ġieli sibtu xi diffikultajiet. Int spiċċajt bħala l-aqwa skorer tat-tim bi tmien gowls. Minkejja kollox x'taħseb li kienet il-problema li ġew skorjati ammont ta' gowls minnkom l-attakkanti? Fil-verità l-kowċis li kellna addattaw metodi partikolari minn 4-2-3-1 għal 4-3-3 u dan seta' kien il-kaġun li mhux dejjem konna konsistenti quddiem il-lasta. Konna tim kompatt ħafna fil-logħbiet tagħna fejn iddominajna ħafna fid-difiża u anke f 'nofs il-grawnd. Minkejja li jien skorjajt tmien gowls matul dan l-istaġun, xorta kelli sehem f 'azzjonijiet oħra għal sħabi li ssarrfu f 'gowls. Min-naħa l-oħra l-kampjonat ma jintrebaħx biss min jiskorja l-iktar gowls iżda min ikollu l-aħjar logħob u jġib ir- riżultati. Aħna kellna taħlita ta' tim żagħżugħ ma' oħrajn ta' esperjenza notevoli. Nippreferi nirbaħ dejjem 1-0 u nirbaħ il-kampjonat milli niskorja ħafna gowls u nibqa' b'xejn. Minkejja kollox jien rajt illi kien hemm xi partiti fejn batejtu biex irbaħtu. Xhieda ta' dan hi l-partita li lgħabtu kontra St Andrews li rbaħtu bl-iskor ta' 1-0 b'gowl skorjat fid-90 minuta minn Michael Mifsud. Ċertament li ma kienx kampjonat faċli għalikom. Nemmen illi wara kollox li tiskorja fl- aħħar minuta hija parti mil-logħba. Din ma ġratx lilna biss iżda anke lil timijiet oħra. Raġuni oħra li nista' nsemmi hi li diversi timijiet li lagħbu kontrina ma tantx ħallewlna spazji fejn nattakkaw minħabba li ddefendew bis-sħiħ. Il-logħba li semmejtli int kienet ukoll fundamentali sabiex nibqgħu nżommu t-taqtigħa tagħna għall-kampjonat. Kif tarah il-livell tal-futbol Malti? Jien narah illi hawn livell għoli hawn Malta. Nemmen illi jista' jitjieb dejjem aktar iżda fuq kollox mhux daqshekk ħażin bħalma ħafna drabi jpinġuh in- nies. Timijiet bħal Balzan, Hibernians, Gżira, Birkirkara, Floriana u Sliema taw kontribut sabiex dan il-kampjonat ikun wieħed mill-isbaħ u dan juri li l-livell huwa wieħed tajjeb. Kellna anke plejers li kienu jilgħab fis-Serie A Taljana xi darba bħal Miccoli, Zaccardo u Diamoutene jiġifieri nemmen illi dan il-kampjonat jista' jkun ta' attrazzjoni tajba. Int li għandek livell daqshekk għoli kif qatt ma rnexxielek tilgħab f 'diviżjonijet bħas-Serie jew is-Serie B fl-Italja? Fil-verità għamilt żmien nilgħab ma' Trapani iżda qabel ma' telgħu Serie B. Meta mbagħad telaq is-sur Faggiano, li kien direttur sportiv tal- klabb, iddeċidejt li nipprova xortija ma' Floriana. Ħa ngħidlek, il-futbol Taljan huwa ftit partikolari, m'għadux ta' livell għoli bħalma kien u l-klabbs tas-Serie B jonfqu u jinvestu ħafna mill-flus tagħhom fuq żgħażagħ li ġejjin mill-iskwadri tal-primavera tas-Serie A. Mhux futbol daqshekk faċli u dawn it-timijiet jsibuha diffiċli saħansitra li jġibu plejer barrani mir-Rumanija u l-Ungerija aħseb u ara elementi minn pajjiżi oħra. Nemmen illi fl-Italja ċerti plejers mhux qed jiġu stmati jew inkella jingħataw il-valur meħtieġ. Jekk insemmu lil Igor Coronado, dan beda mill-futbol Malti u issa avvanza sew fis-Serie B Taljana. Iżda rridu nieħdu ħsieb liż-żgħażagħ Taljani għax qegħdin nitilfuhom kompletament. Fl-aħħar mill-aħħar jekk nitkellem personali, ninsab kuntent ħafna li qed nilgħab f 'Malta u għalissa ma narani mkien iktar. Fl-istess ħin nista' ngħid illi l-aħħar esperjenza ma' Valletta u l-lig eventwali li rbaħna kien l-isbaħ mument fil-karriera tiegħi. Nixtieqek tgħaddili messaġġ ta' ringrazzjament lil dawk kollha involuti f 'dan is-suċċess li ksibtu riċentement. L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil sħabi li dejjem konna magħqudin sabiex irbaħna l-kampjonat. Kuntent ukoll u kburi li nilbes dan il-flokk grazzi għall-president Victor Schriha li wera fiduċja fija. Kien staġun speċjali anke għall-partitarji li kienu t-tnax-il plejer tagħna fil-grawnd. Ninsab ħerqan li nilgħab fil-UEFA Champions League u ser nippruvaw inkomplu niktbu l-istorja ma' Valletta FC. ma' Valletta FC jibqa' l-isbaħ wieħed fil-karriera tiegħi' Huwa skorer proliku Taljan li kellu staġun mill- aqwa ma' Valletta FC fejn kien strumentali ferm għalihom biex huma jiksbu d-Double. Temm l-istaġun biċ-ċirasa fuq il-kejk hekk kif rebaħ l-unur tal-'Gowl tal-Istaġun' bil-gowl tal-istampi li skorja kontra Balzan s-semi-nali tal-FA Trophy. Qabel ingħaqad ma' Valletta, kien jilgħab ma' Floriana u Balzan. MATTEO PICIOLLO "Il-grupp magħqud illi kellna wassal għal dan is- suċċess. Nemmen illi konna tim qawwi u dejjem tajna sfida denja tul il-kampjonat. Huwa veru illi xi kultant sibna xi ftit tad-diffikultà biex insibu x-xibka f 'xi partiti iżda xorta waħda konna tajbin biżżejjed biex nieħdu t-titlu." Ritratt: BOV

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018