Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218
Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum L-ewwel kowċ mara li mexxiet lil tim tal-futbol tan-nisa f'pajjiżna għar-rebħ tal-Kampjonat minn Cristian Antony Muscat MELANIA Bajada - l-ewwel kowċ mara li mexxiet lil tim tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna għar-rebħ tal- Kampjonat. U dan mhux biss hekk kif l-istess kowċ Għawdxija mexxiet lill-Istripes għar-rebħ ta' tliet tazzi fosthom is-Super Cup, il-Kampjonat u n-Knock-out. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? Kont nilgħab il-futbol imbagħad meta bdejt nikkowċja dħalt aktar fil- fond għaliex tara lit-tfal itejbu l-livell tagħhom u jitgħallmu l-logħba. X'fisser għalik dan ir-rebħ tad- Double u speċjalment meta int kont ukoll l-ewwel kowċ mara li rbaħt Kampjonat tan-Nisa? Huwa ta' unurkbir li rbaħna t-tliet tazzi matul dan l-istaġun. Kien staġun kompetittiv sal-aħħar. Żgur li kien unur kollettiv u ħsadna l-frott ta' dak kollu li ħdimna għalih. Kemm kien differenti dan il- kampjonat minn oħrajn li rbaħt fil-karriera tiegħek? Tqisu bħala iktar speċjali u isbaħ minn oħrajn jew ma tistax tiddistingwi bejn rebħ ta' Kampjonati mirbuħa? Kull unur huwa importanti u jagħtini sodisfazzjon, iżda dan żgur li kien staġun memorabbli u żgur se jibqa' wieħed li ma ninsa qatt. Dan għax apparti li kien l-ewwel staġun tiegħi ma' Birkirkara huwa l-akbar unur fil- futbol tan-nisa ta' Malta. X'taħseb li kien is-sigriet ewlieni tas- suċċess miksub minnkom bħala tim tan-nisa ta' Birkirkara FC matul dan l-istaġun li wassal biex tirbħu t-titlu finali? Naħseb li s-sigriet ta' dawn l-unuri kien li ħdimna b'mod kollettiv. Tul l-istaġun dejjem ħdimna u dejjem konna ppreparati għal kull logħba u bqajna nemnu fina nfusna. X'tikkummenta fuq l-isfida denja li kellkom għal darb'oħra minn Hibernians għar-rebħ tal- Kampjonat? L-isfida tal-kampjonat baqgħet missielta sal-aħħar. L-avversarji kienu ta' sfida tajba sa qabel l-aħħar logħba tal-istaġun. Fl-aħħar logħba aħna konna dominanti u b'hekk irbaħna l-kampjonat. U x'tikkummenta fuq l-aħħar partita li wasslitkom għar-rebħ tal-Kampjonat, fejn għalkemm punt wieħed biss kien biżżejjed, umiljajtu lill-Pawlisti meta għelibtuhom bl- iskor kbir ta' 4-1? Fl-aħħar logħba aħna urejna li konna l-aktar tim li emmen li se jirbaħ il- kampjonat. Konna ppreparati tajjeb tattikament, fiżikament u mentalment u b'hekk irbaħna t-titlu tal-Kampjonat. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall- irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Jien naħseb li min qed isegwi l-futbol tan-nisa fil-gżira tagħna jista' jara li l-livell qed jogħla ħafna. Qabel dejjem kienu dejjem l-istess żewġ timijiet, illum hemm Mġarr United, Kirkop United u Luxol li qed itejbu l-livell tagħhom u żgur li fi ftit snin oħra l-kampjonat mhux se jibqa' jiġi missilet bejn żewġ timijijet biss. X'tikkummenta fuq wieħed mill- imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li huwa wkoll l-eks kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan- nisa lokali, Pierre Brincat? Pierre Brincat kien il-bniedem li nibbet fija l-imħabba għall-kowċing. Huwa bniedem dedikat ħafna u jaħdem b'serjetà kbira. Għandu ideat tajbin ħafna u bis-saħħa tiegħu u tal- istaff tiegħu, il-futbol fit-tfajliet qed jikber minn ġurnata għall-oħra. Hemm xi logħbiet memorabbli ma' Birkirkara FC li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Żgur li l-aktar logħba memorabbli se tibqa' dejjem meta rbaħna l-kampjonat bl-iskor ta' 4-1 kontra Hibernians, kif ukoll il-finali tan-knock out kontra Mgarr United fejn wara li waqt l-għoti tal-penalties konna 2-0 minn taħt irnexxielna ndawru r-riżultat favurina u rbaħna aħna. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall- akbar ġid tal-football tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Naħseb li dawn l-aħħar snin qed jaħdmu tajjeb, iżda żgur li dejjem hemm post fejn nistgħu ntejbu l-livell tagħna. Imma naħseb li fil-futur ġejjieni l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna se jagħmel qabża kbira ta' kwalità. Tikkunsidra l-possibiltà li fil-futur tmur tikkowċja xi tim barra minn Malta? Nimxi ġurnata b'ġurnata, imma iva jekk tiġini opportunità fil-futur hija x-xewqa tiegħi li nkompli fuq il- kowċing. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek ma' Birkirkara? Il-futur tiegħek huwa wieħed esklussivament mal- Istripes, jew tikkunsidra li fiż-żmien li ġej tħalli lil dan il-klabb, biex tmexxi xi tim ieħor bħala kowċ? Nixtieq naħdem tajjeb ma' dan it-tim biex inkomplu ntejbu aktar il-livell mis-settur taż-żgħar sal-kbar. Jien nemmen ħafna fin-nursery u żgur li se nagħmel li nista' biex nara n-nursery tkompli tikber. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tagħti biżżejjed exposure lill-futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan-nisa? Il-media tjiebet ħafna għaliex qed tagħti informazzjoni tajba dwar il- futbol tan-nisa f 'pajjiżna, iżda naħseb li logħob bħall-finali jistgħu jintwerew b'mod dirett fuq it-televixin. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis- serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Nixtieq nibgħat messaġġ lil dawk it- tfajliet li għandhom xewqa li jilagħbu l-futbol biex ma jaqtgħux qalbom u jingħaqdu ma' nursery f 'età żgħira biex b'hekk ikunu jistgħu dejjem itejbu l-livell tagħhom. Lill-ġenituri nixtieq ngħidilhom biex jinkuraġixxu lit-tfal tagħhom biex jittrasformaw il-ħolm tagħhom f 'realtà. Il-futbol hija logħba għas-subien u anke għat-tfajliet. Hija logħba li tgħaqqad u tagħti enerġija pożittiva. Melania Bajada bit-tliet Tazzi li rebħet matul dan l-istaġun t-tmun ta' Birkirkara bħala kowċ