Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet żgħażagħ jew kulħadd jinsieh żmienu? Pauline Miceli Mal-ILLUM tkellmet ukoll il-Kummissarju għat-Tfal, Pauline Miceli. Skontha li "nbidel bejn ġenerazzjoni żagħżugħa u oħra huma ċ-ċirkustanzi u l-ambjent familjari u soċjali li jagħmel il-ħajja differenti minn kif trabbew ġenerazzjonijiet oħra." "Iż-żgħażagħ fl-imgħoddi, issa u fil-ġejjieni dejjem se jibqgħu dawk li kapaċi jesponu ruħhom għal bosta perikli u jirribellaw kontra l-awtorità," qalet Miceli. Żiedet tgħid li, "illum it-tfal u ż-żgħażagħ huma esposti għal dak kollu li jkun qed jiġri madwar id- dinja, divertiment differenti, l-internet li għamel kollox immedjat, il-films u l-logħob interattiv. Kultant dan jagħmilha diffiċli biex xi wħud jiddistingwu bejn id-dinja reali u dak li huwa aċċettat u d-dinja virtwali fejn il-karattri jista' jkollhom ħafna ħajjiet u fejn il-vjolenza hija prevalenti bħala l-mod ta' kif isolvi l-problemi tiegħu. Skont Miceli "dan qed jagħmel il-ħajja taż-żgħażagħ u l-ġenituri u persuni f 'pożizzjoni ta' awtorità, iktar diffiċli," spjegat il- Kummissarju tat-Tfal. Miceli aċċennat ukoll għall-kwistjoni ta' dixxiplina, "jekk b'dixxiplina nifhmu li t-tfal għandhom akkost ta' kollox joqogħdu għar-rieda tal-kbar, speċjalment ta' dawk li għandhom awtorità fuqhom, inkunu qed niżbaljaw." Filwaqt li żiedet tgħid li "d-dixxiplina msejsa fuq il-biża' kif kienet fl-imgħoddi ma twassalx biex it-tfal jitilgħu persuni responsabbli u ddixiplinati u adulti li jkunu kapaċi jikkontrollaw lilhom infushom. Din id-dixxiplina forsi tagħti ftit riżultati immedjati. Hija waħda li tibqa' superfiċjali u tħalli lit-tfal nieqsa mill-ħiliet neċessarji biex jikkontrollaw l-impulsività tagħhom jew jikkontrollaw ir-rabja." Dixxiplina msejsa fuq il- biża' kif kienet -imgħoddi ma twassalx biex it-tfal jitilgħu persuni responsabbli u ddixxiplinati " Albert Bell L-ILLUM tkellmet ukoll ma' Albert Bell lettur fl-Università ta' Malta skontu "dawn il-battibekki bejn ġenerazzjonijiet dejjem kienu hemm. Minn dejjem il- ġenerazzjoni l-antika tħares lejn dik ġdida b'aktar suspett. Minkejja dan Bell stqarr li m'hemmx dubju li każ bħal dan jirrifletti nuqqas ta' dixxiplina lejn l-awtoritajiet. Apparti minn hekk, Bell sostna li "dawn il-każijiet jirriflettu wkoll il-kollass gradwali tal-istutizzjonijiet tas-soċjetà fosthom il- familja u r-reliġjon li joffru kumpass morali u boxla soċjali. Iktar kemm jgħaddi żmien iktar qed ninqatgħu mill-għeruq soċjali u l-identità tagħna u minflok jinbet sens ta' anonimata soċjali li jiskatta l-impulsi. Xi ħaġa li naraw ukoll f 'ħafna mill-imġiba kriminali. Meta l-kumpass morali ta' x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin jikkrollaw ikollok periklu " Jhedded u jobżoq lill-pulizija wara li nqabad isuq bla liċenzja ŻAGĦŻUGĦ inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li hedded sitt uffiċjali tal-pulizija fl- għassa ta' Bormla wara li twaqqaf għax inqabad isuq b'veloċità eċċessiva u aktar minn hekk, ma kellux liċenzja. L-akkużat, li għandu 28 sena, tressaq il-Qorti akkużat li rreżista l-arrest bi vjolenza, hedded sitt uffiċjali tal-pulizija, beżaq fuq wieħed minnhom u kiser il-paċi pubblika. Il-lista tal-akkużi tinkludi wkoll li hedded żewġ uffiċjali ta' Transport Malta, li ma obdiex l-ordnijiet tagħhom, li kien qed isuq b'mod perikoluż, b'veloċità eċċessiva, li kien qed isuq mingħajr ċinturin tas-sigurtà, bla liċenzja u bla polza ta' assigurazzjoni. Dan apparti li kiser għadd ta' sentenzi oħra mogħtija lilu mill- Qorti. Jidher li ż-żagħżugħ twaqqaf u kien imwissi mill-pulizija iżda aktar tard mar lura fl-għassa biex jieħu tiegħu. Il-prosekuzzjoni talbet biex il- vettura tkun ikkonfiskata u biex il-pulizija involuti jingħataw il- protezzjoni. Għalkemm huwa wieġeb mhux ħati, il-Qorti fakkret li hu kiser għadd ta' kundizzjonijiet imposti fuqu u għalhekk ma tistax terġa' tafdah. Għalissa se jkun qed jinżamm fl- Isptar Monte Karmeli. " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018