Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218
illum | Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 16 Opinjoni Intervista esklussiva ma' Jason Azzopardi Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Poodle: Onorevoli din il-ġimgħa kien hemm tweets dwar xi kuntistabbli jisimha Janet Cikala. X'tirrispondi? Jason Azzopardi: Oxxen, oxxen, oxxen, jien qatt ma kelli x'naqsam ma' Cikala u niddikjara li aħjar jaraw tagħhom dawk il-ħmieġ ta' Labour. Poodle: Jiġifieri inti qatt ma ppruvajt tagħmel xi Weinstein fuq Cikala? Jason Azzopardi; Istħi, a istħi, dawn huwa ħmieġ ta' moħħok, jien illum qiegħed f 'relazzjoni u qabel kont miżżewweġ u kuntent. Missek tistħi. Poodle: Fi tweet int semmejt Les Aviateurs. Xi ħaġa li semma David Casa. Jason Azzopardi: Iva, bħalma taf David ħabib tiegħi u persuna midħla fin- nightclubs Brussell u meta semma Les Aviateurs kien qed jirreferi għal inċident partikolari li għandu jħammar wiċċkom a qatta' ħmieġ. Poodle: Imma għalfejn daqshekk aggressiv. L-aħħar darba li użajt dan id- diskors niftakar kont qed titkellem fuq Adrian Delia. Jason Azzopardi: Jien il-Kap Delia nippreferi ma nitkellimx dwaru please lets go on. Poodle: Meta jgħajruk li qed tagħmel ħsara lill-pajjiż meta trewwaħ ma' ġurnalisti barranin x'tirrispondi? Jason Azzopardi: Again, issa nifhem għalfejn jien sejjer il-ġenna u inti l-infern. Oxxen. Int oxxen. Jiena raġel sew, raġel fuq l-irġiel, persuna li għandi etika liema bħalha. Qatt ma ngħid fuq in-nies. Leali. Poodle: Imma ma taħsibx qed tesaġera ftit, vera qisek tal-Opus Dei, imma m'intix minn wara l-muntanji hux. I mean għandek mara sabiħa, liberali, fuq ruħha… you know. Jason Azzopardi: Tkunx personali. Dawk affarijiet personali. Poodle: Skuzani imma qed verament noqgħod lura, kieku ridt inkun personali kont insemmi l-inċident tal-ajruport. Imma ħa nkompli. Inti x'taħseb fuq Joseph Muscat? Jason Azzopardi: Ommi ma, x'traġedja għall-pajjiż. Satana ta' vera, persuna li mexxa l-arloġġ lura għal pajjiżna. Persuna makakka u ħażin. Velenu raffinat. Poodle: U Delia. Jason Azzopardi: Pass. Poodle: U Simon Busuttil? Jason Azzopardi: Salvatur, persuna qaddis, onest, ħabrieki, iħobb lil pajjiżu, viżjonarju u kariżmatiku. Poodle: Fhimtek. Fuq nota personali, inti xi tħobb tagħmel fit-temp liberu? Jason Azzopardi: Naqra x-shift news għax naf li ma jaqrahom ħadd, ngħid ir-rużarju mal-partner u nieħu paċenzja ma' Maria Efimova anki jekk naf li għandha skorfina nieqsa. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Minn Dun Anġ Seychell F uq talba tal-isqfijiet Franċiżi, f 'April li għadda saret laqgħa bejnhom u l-President ta' Franza Emmanuel Macron fil-kulleġġ magħruf bħala tal-Bernardin, il-qalba tal-kultura fil-belt ta' Pariġi. Għaliha kienu preżenti l-isqfijiet u 400 attivisti tal- Knisja Kattolika. Kienet laqgħa sabiħa. L-isqfijiet taw stampa ċara tas-servizzi speċjali li qed toffri l-Knisja fi Franza għall- membri l-aktar dgħajfa tas- soċjetà Franċiża. Imbagħad wieġeb il- president u beda billi lill-Kattoliċi Franċiżi nkoraġġihom jieħdu sehem fil-ħajja Franċiża 'bħala Kattoliċi'. Huwa identifika tliet doni li l-Kattoliċi jistgħu joffru lil Franza. Id-don tal-għerf L-ewwel don li jistgħu joffru l-Kattoliċi huwa dak tal-għerf. Il-Knisja ilha sekli sħaħ depożitarja tal- għerf, b'mod partikulari fejn jidħlu kwistjonijiet dwar il-ħajja umana. Żied jgħid li l-Kattoliċi ma għandhomx jibżgħu jesprimu l-ħsibijiet tagħhom dwar ħwejjeġ bħal dawn: "Intom tqisu li d-dmir tagħna huwa li nipproteġu l-ħajja, b'mod partikulari meta dik il-ħajja ma għandhiex min jaqbeż għaliha". Id-don tal-impenn It-tieni don hu l-impenn. Il-Knisja toffri sfida għar- relattiviżmu u n-nikiliżmu li qed itaqqlu s-soċjetà Franċiża. Dan l-impenn jinsab ukoll fis- sehem wiesa' imma bilkemm apprezzat tal-Knisja b'risq il-foqra, il-morda, u l-persuni b'diżabilità. Id-don tal-libertà It-tielet don tal-Knisja ġie msejjaħ mill-President bħala l-libertà tagħkom. F'dinja nieqsa minn punti sodi ta' riferenza, l-insistenza Kattolika għal ċerti veritjiet universali tagħti lill-Knisja l-libertà li titkellem fuq suġġetti li oħrajn isibuhom irritanti, bħal pereżempju d-dmirijiet li għandhom lejn xulxin, l-isfidi li joffri l-Iżlam u l-persekuzzjoni tal-Insara fil-Lvant Nofsani. Xi jfisser dan? Biex wieħed jifhem għaliex il-President Macron qed jitkellem daqshekk għoli dwar il-Kattoliċi Franċiżi, irid jifhem x'irid dan il-mexxej ġdid u żagħżugħ ta' Franza. Macron ħarbat lill-partiti politiċi tradizzjonali u ħoloq partit ġdid. Hu għamilha ċara li l-għan tiegħu hu li jġedded is-soċjetà Franċiża billi jiffronta problemi li ebda politiku ma affronta minn meta affrontahom b'suċċess il-President De Gualle. B'dan il-pjan ta' tiġdid jidher li l-President Macron qed iqis lill-Knisja Kattolika Franċiża bħala alleat addattat biex it-tiġdid tiegħu jseħħ. Sinjal li t-tiġdid li għandu f 'moħħu Macron mhux it-tiġdid ta' natura Neo-Liberali li qed iseħħ f 'pajjiżi oħra. Ħafna kienu l-Kattoliċi li faħħru lill-President Macron għall-apprezzament tiegħu tal-kontribut li jistgħu jagħtu l-Kattoliċi Franċiżi, iżda kien hemm reazzjoni negattiva minn naħiet tax-xellug u tal-lemin li jemmnu li l-lajċità Franċiża tkun mhedda jekk tersaq lejn ir-reliġjon. Il- popolarità tiegħu għadha hemm imma sfat imnaqqsa bil-kritika tal-lajċisti sħan kif ukoll bl-inkwiet industrijali li nqala' dan l-aħħar. Premju Charlemagne Macron huwa wkoll Ewropeista u jemmen fl-Unjoni Ewropea. Dan l-aħħar kien mogħti l-premju prestiġjuż Charlemagne bħala mexxej li offra 'viżjoni ta' Ewropa ġdida'. Qablu dan il-premju ngħata lil President ieħor ta' Franza, Francois Mitterand. Se jirċievi dal- premju fil-belt Ġermaniża ta' Aachen, li kienet ir-residenza tal-imperatur Charlemagne. Macron ma kellux għaliex imur 'il bogħod biex iqis il-polz tal-poplu fejn jidħlu kwistjonijiet li jolqtu l-familja. Fi żmien meta hu kien għadu imsieħeb mal-President Soċjalista Francois Hollande ra mill- qrib il-protesti ta' miljuni ta' Kattoliċi mseħbin minn eluf ta' nies bla twemmin li flimkien ipprotestaw kontra proposti Neo-Liberali li jolqtu ż-żwieġ u l-familja. Macron jidher li tgħallem il-lezzjoni ta' żmien Hollande u jrid tiġdid li jkun approvat kemm minn min jemmen kif ukoll min ma jemminx. Macron u l-Kattoliċi Franċiżi Emmanuel Macron