Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 | illum 17 17 D in il-ġimgħa wettaqna l-proċess leġislattiv li kien meħtieġ fl-istadji kollha tal-Kamra tad- Deputati sabiex indaħħlu fil- liġijiet tagħna r-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data – dak li jissejjaħ il-Ġeneral Data Protection Regulation (GDPR). Kuntrarjament għal postijiet oħra fl-Ewropa, kien biss din il-ġimgħa li qam xi forma ta' dibattitu nazzjonali dwar dan ir-Regolament. U terġa' ħafna mid-dibattitu li qam kien jikkonċerna mal-aspetti burokratici ġodda li se jiddaħħlu jew dwar kif se jintlaqat in-negozju. Mhux dwar kif id-data tal-persuna se tiġi msaħħa iktar. Kif jingħad, aħjar tard milli qatt, u aħjar ftit milli xejn, iżda nħoss li jrid isir iktar biex titqajjem kuxjenza dwar il- bżonn li nipproteġu d-data tal-persuni. Kollha segwejna l-furur li tqanqal dwar il-Facebook, Cambridge Analytica u l-argumenti relatati ma' dan il-punt jista' jkun li jien żbaljat - li bħala pajjiż żgħir fejn kulħadd jaf lil kulħadd id-dibattitu dwar dan is- suġġett hu differenti minn dak f 'pajjiżi oħra ikbar minna fejn huwa possibbli li tkun anonimu f 'medda ta' art li donnha ma tispiċċa qatt. Forsi però dak li għamel differenza b'saħħitha għalina - indipendentament mid- daqs tal-pajjiż - hu l-internet u s-search engines. Waqt li aħna, fil-psike tagħna, nafu li ngħixu f 'soċjetà żgħira, il-fatt li dak kollu li jingħad fuqna jista' jispiċċa fuq is-search engines għal dejjem ta' dejjem u mal-erbat irjieħ tad–dinja jagħmel differenza kbira. Għalhekk kultant ma nkunx naf jekk għandix nidħak jew niddispra meta waqt li fl-Ewropa kollha għaddej dan l-isforz sabiex nipproteġu d-data tal-persuna, fil- ġurnal Times of Malta, iridu jitimgħuni lill-klieb talli rajt li d-Direttur Ġenerali tal-Qorti jassigura l-proporzjonalità fl-użu tad-data tal-persuni fis- sentenzi li jitqiegħdu online mill-Qorti stess. L-Ewropa kollha titkellem dwar id-dritt li tkun minsi (the right to be forgotten) u Malta l-forzi konservattivi jikkritikaw bl-aħrax Ministru għaliex implimenta dan id-dritt li kien fil-liġi l-antika u issa ssaħħaħ iktar bil-GDPR. Jikkiritikawni fl-editorjal talli rajt li d-dritt li tkun minsi ma jkunx biss fuq il-karta, imbagħad tqalleb il-paġna fl- istess ġurnal u ssib titlu b'ittri grassi li jitkellem dwar it- tisħiħ tal-protezzjoni tad-data li seħħ bid-dħul tal-GDPR. Terġa' l-GDPR mhijiex se tkun l-aħħar liġi li se tagħmel l-EU f 'dan il-kamp u fix-xhur li ġejjin huma mistennija jidħlu liġijiet oħra relatati mal-privatezza. Nerġa' ngħid dak li għidt fil-Parlament – jien m'iniex se nagħti dahri għall-karbiet ta' nies li qed ibatu minn konsegwenzi serjissimi talli isimhom jitfaċċa, pereżempju, f 'sentenza fuq proċeduri kriminali li fiha lanqas biss kienu akkużati imma semplicement xhieda. Jien xogħli hu li nkun sensittiv għal dak li jgħaddu minnu n-nies u l-ebda ammont ta' ipokrezija politika u double standards mhu se jdawwarli fehmti. Warrants It-Times of Malta qed jikkritikawni wkoll bħalissa talli ħadt id-deċiżjoni li nagħti parir lill-President tagħti żewġ warrants ta' Avukati lil żewġ gradwati li xi snin qabel ingħataw libertà kkundizzjonata mill-Qorti. Se nagħmel dan fuq żewġ raġunijiet: L-ewwel raġuni hi li l-liġi tipprovdi li żewġ imħallfin għandhom jiċċertifikaw jekk fil-fehma tagħhom gradwat jissodisfax dak li trid il- liġi fejn tidħol kondotta u morali tajba. F'dan il-każ, peress li qed nitkellmu fuq żewġ gradwati, għandha erba' mħallfin. Dawn l-erba' mħallfin qablu li dawn il- gradwati jissodisfaw dak li trid il-liġi fejn tidħol kondotta tajba u morali tajba. Ma' din il-fehma qablet ukoll l-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati għaliex f 'ittra li kienet bagħtet fis-7 ta' Marzu, 2018 lill-ġurnal Times of Malta, l-Assoċjazzjoni kienet qalet hekk: "The Association reiterates that the empanelled Judges, having taken into consideration all the aspects of the law and having examined the candidates accordingly, correctly applied the law in force to date." It-tieni raġuni hi li hu prinċipju miktub fil- liġi tagħna ċar u tond li persuna li tingħata libertà kkondizzjonata mill-Qrati m'għandhiex tiġi, minħabba dik il-libertà kkondizzjonata li ngħatat, eskluża milli tingħata xi forma ta' permess jew liċenzja. U tagħmel sens għaliex il-libertà kkondizzjonata hija fis-sisien tal-prinċipju tal-ġustizzja riparattiva. F'dawn l-affarijiet jew temmen fil-ġustizzja riparattiva jew ma temminx fil-ġustizzja riparattiva. Kieku kienet sentenza sospiża jew xi tip ta' forma oħra l-affari kienet tkun differenti. Biss, sentenza ta' libertà kkondizzjonata hija fis-sisien ta' dak li nemmnu bil-ġustizzja riparattiva. Għalhekk se nkun qed nagħti parir lill-President ta' Malta biex tagħti dawn il- warrants liż-żewġ gradwati. Użu għaqli tal-midja Kif kulħadd jaf, dan il-Gvern daħħal liġi fis-seħħ li tagħti poteri b'saħħithom ħafna lill- midja f 'pajjiżna u tagħtihom libertajiet kbar. Nemmen li iktar ma jkunu kbar il-libertajiet tiegħek, iktar għandek toqgħod attent kif teserċitahom. Il-midja, għad li mhijiex b'saħħitha daqs kemm wieħed jaħseb, tista' tħalli impatt fuq il-ħajja ta' dak li jkun u l-konsegwenzi jista' jkunu dannevoli ħafna. Pereżempju, hija kattiverija pura li fil-kwistjoni taż- żewġ gradwati li għadni kif semmejt jittellgħu ritratt tagħhom darba, wara l-oħra, wara l-oħra. Dan m'għandux mis-sewwa. Eżempju ieħor hija l-kattiverija ta' portal bħal- lovinmalta li qabad sentenza ta' annullament ta' persunaġġi popolari u xandarha fuq l-erbat irjieħ tal-internet. Dan ukoll m'għandux mis- sewwa. Naturalment il-midja għandha dritt titkellem kif trid, bħalma jien għandi dritt ngħid li ma naqbilx ma' dawn l-eżempji ta' kattiverja. Nemmen li m'iniex waħdi meta ngħid li ma naqbilx. Victoria Lines Min jifhem fl-istorja ferm iktar minni jista' jispjega bl- aħjar mod l-importanza tal- Victoria Lines. Dawn huma strutturi li kienu nbnew mill-Ingliżi għal raġunijiet militari. Il-medda ta' dawn il- Victoria Lines hi twila, u twila ħafna. Id-Direttorat tar-Restawr beda proġett fejn qiegħed jirrestawra parti importanti minn dawn il-Lines. Dan hu xogħol ta' dedikazzjoni u attenzjoni kbira u m'għandix dubju li ħafna nies se japprezzaw il-ħidma li qed issir biex il-Victoria Lines jiġu mħarsa bl-aħjar mod. Grazzi minn qalbi lill-ħaddiema kollha u t-tmexxija ta' dan id- Direttorat li tant qed jagħmel ġid. Opinjoni OWEN BONNICI Bħala pajjiż żgħir fejn kulħadd jaf lil kulħadd id-dibattitu dwar dan is-suġġett hu differenti minn dak f 'pajjiżi oħra ikbar minna fejn huwa possibbli li tkun anonimu f 'medda ta' art li donnha ma tispiċċa qatt. Protezzjoni iktar b'saħħitha tad-data Il-GDPR mhijiex se tkun l-aħħar liġi li se tagħmel l-EU f 'dan il-kamp u fix-xhur li ġejjin huma mistennija jidħlu liġijiet oħra relatati mal- privatezza.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018