Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018| illum Aħbarijiet MINKEJJA illi ta' sikwit qed jitkellem dwar il-bżonn li tkun protetta l-familja u saħanistra wiegħed li se jreġġa' lura numru ta' bidliet li daħħal dan il- Gvern, Delia qed jagħti garanzija ċara li mhu se jmiss ebda dritt introdott minn Gvern Laburista u li jitratta persuni LGBTIQ, jekk hux żwieġ jew inkella d-dritt li koppja gay tapplika biex tkun tista' tadotta. Għall-mistoqsijiet ta' din il- gazzetta Delia għamilha ċara illi fejn m'hemmx kwistjoni ta' ħajja, bħal fil-każ tal- iffriżar tal-embrijun li hu qed jopponi, mhu se tinbidel jew titneħħa l-ebda liġi. L-ILLUM staqsiet hekk; Adrian Delia jagħti garanzija illi kull dritt li kien introdott minn Gvern Laburista fl-aħħar ħames snin fir- rigward ta' persuni LGBTIQ, u allura li jinkludu żwieġ ugwali, id-dritt li koppja omosesswali tapplika għall- adozzjoni kif ukoll drittijiet fir-rigward ta' persuni transesswali, jibqgħu intatti kieku hu jsir Prim Ministru?' Fit-tweġiba kelliem għal Delia sostna li fil- viżjoni tiegħu ta' soċjetà li jimpurtaha, li Adrian Delia ppreżenta fl-aħħar Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, hu qal ċar u tond li hu jemmen f 'soċjetà li jimpurtaha mill-valur tal-ħajja, ta' kull persuna umana, mill-embrijun sal- aktar persuna anzjana, lil hinn minn kull distinzjoni ta' sess jew orjentazzjoni sesswali. F'dan il-kuntest ," kompla jgħid il-Kelliem tal-PN, "m'hemmx ħsieb li jitneħħew liġijiet li ma jipperikolawx il-ħajja ta' ħaddieħor." F'dawn l-aħħar ħames snin Gvern Laburista l-ewwel introduċa d-dritt li koppja gay tidħol f 'Unjoni Ċivili, f 'kuntratt li jpoġġi lill-koppja prattikament fuq l-istess binarju, bl- istess dmirijiet u drittijiet daqs koppja eterosesswali. Imbagħad introduċa l-kunċett ta' żwieġ ugwali. Iktar kontroversjali kien id-dritt li introduċa l-istess Gvern illi permezz tiegħu koppja gay setgħet tapplika għall-adozzjoni (int tingħata dritt li tapplika, mhux dritt li tadotta). Il-Gvern ressaq ukoll l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, li fost oħrajn ineħħi l-bżonn li persuna tagħmel l-operazzjoni li permezz tagħha tbiddel is-sess, qabel ma tkun tista' tbiddel is-sess fuq dokumenti uffiċjali, bħal karta tal-identità u passaport. Il-PN kien astjena fuq il-vot tal-Unjoni Ċivili, għalkemm kien ivvota favur l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru u favur Żwieġ Ugwali, għajr għad-Deputat Edwin Vassallo li kien ivvota kontra. Delia jagħti garanzija lill-gays Il-PN jgħid li hawn min qed iħallas sa €600 żejda f 'kont tad-dawl u ilma ILPARTIT Nazzjonalista waqt konferenza tal- aħbarijiet sostna li numru ta' nies qed iħallsu kontijiet tad-dawl u ilma li ma jkunux jirriflettu l-konsum veru u allura qed iħallsu aktar milli suppost. Il-Viċi Kap tal-PN David Agius żvela kif il-PN għamel stħarriġ minn fost 100 kont li tressqu għand il- PN minħabba dubji fuq l-ammont li jrid jitħallas, instab li 80% minn dawn qed iħallsu iktar milli suppost. Agius qal illi minn dawn kien hemm żbalji li fissru illi wħud kienu qed iħallsu bejn €6 u saħansitra sa €600 iktar fil-kont. "Hemm kontijiet li qed jintbagħtu tajjeb, però hemm kontijiet li qed jintbagħtu ħażin ukoll u l-appell tagħna huwa li s-sitwazzjoni tkun irranġata," qal Agius li fakkar kif illum minflok jintbagħtu kontijiet ta' stima qed jintbagħtu kontijiet attwali li jeħtieġ ikunu mħallsa. Intant Mark Anthony Falzon, Inġinier u President tal-Eżekuttiv tal-PN semma diversi eżempji ta' kontijiet li waslu għand il-PN. Fosthom ta' familja li f 'sena kkunsmat 8,400 imma li minn dawn 520 kienu mweħħlin bit-34ċ. Dan wassal biex minflok €1,117, din il-familja ħallset €1,261 jew differenza ta' €141. It-tieni familja li semma Sammut iddeskrivieha bħala wieħed mill-agħar każi li ġew quddiem il-PN. Din il-familja ta' ħames membri użat 8,800 unit u minħabba li f 'xaharejn ikkunsmaw iktar dawl dan wassal biex ħallsu €788 aktar f 'sena, qal Sammut. Hu semma wkoll żewġ każi oħrajn fejn il- konsumaturi ħallsu €45 iktar milli suppost, darba f 'każ ta' żewġ pensjonanti u darba oħra f 'każ ta' kont tad-dawl. "Il-poplu qed iħallas ogħla milli suppost," sostna Sammut. Preżenti kien hemm ukoll Michael Briguglio li sostna illi l-Gvern ilu jaf b'din is-sitwazzjoni. "Hemm każ il-Qorti meta l-Arms kienet akkużata li qed l-mod kif qed taħdem il-kont mhux konformi mal-liġi. Dak iż- żmien il-Gvern m'għamel xejn. "Għalfejn Muscat kaxkar saqajh meta hemm każ il- qorti. Muscat qiegħed dahru mal-ħajt," sostna il-Kunsillier tal-PN f 'Tas-Sliema. Intant fir-reazzjoni tal- Gvern intqal li din is-sistema tal-2009 kienet ikkonfermata mir-regolatur diversi drabi fl-aħħar snin. Apparti hekk, f 'analiżi li saret jirriżulta li fl-2012 kienu joħorġu 6.1 kontijiet fis-sena, li jfisser medja ta' kont kull xahrejn, filwaqt li fl-2017 ħarġu 5.7 kontijiet fis-sena. F'din l-istqarrija ġie spjegat kif "id-differenza mill-2012 għall-2017 hija li l-kontijiet roħsu b'25% u għal ċertu familji anke b'iktar u dan illum mhuwiex kontestat minn ħadd. Fl-2017 ukoll, in-numru ta' familji li jirċievu kontijiet li ma jaqbżux il-faxxa l-aktar baxxa tat- tariffi (2000 unit fis-sena) żdied b'4.3% mqabbel mal- 2012. Dan ifisser li hemm ħafna iktar konsumaturi li jibbenefikaw mill-orħos faxxa ta' tariffi milli kien hemm fl-2012." Minkejja dan kollu l-Gvern saħaq li "diġà impenja ruħu li din is-sistema iktar effiċjenti ta' kif jinħarġu l-kontijiet titjieb sabiex il-konsumatur tassew ikollu sistema fejn jirċievi l-kontijiet f 'waqthom u jibbenefika minn eko- riduzzjoni li ħaqqu meta ma jaħlix enerġija żejda."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018