Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218
Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 | illum Sports 27 huwa li nigritaht it-12-il sekonda fil-100m. Erba' snin wara, nista' ngħid li din il-ħolma ġrat veru! Fit-28 ta 'April 2018, fl-aħħar irnexxieli ninżel taħt it-12-il sekonda fil- 100m, u ksibt personal best ta' 11.78. Inzilt il-Marsa dakinhar għall- kompetizzjonijiet tiegħi bħas-soltu. Kont qed inħossni pjuttost normali qabel il-kompetizzjonijiet, bl-eċitament tas-soltu b'daqsxejn ta' 'friefet' fl-istonku. L-ewwel ħaġa li nagħmel x'ħin nasal il-Marsa hija li nħares lejn il-bandiera li mhijiex 'il bogħod mil-linja tal-bidu ta' 100m. Dan biex nara f 'liema direzzjoni ikun qed jonfoħ ir-riħ. Għall-grazzja t'Alla, ma kienx qed jiċċaqlaq ħafna li jfisser li ma kienx hemm ħafna riħ imma smajt minn uħud mill-kowċis li kien qed jilgħab daqsxejn fid- direzzjonijiet. Dakinhar kont qed inħossni tajba għaliex il- ġimgħa ta' qabel għamilt ħin qawwi ta' 12.20 fil- 100m u wara personal best enormi ta' 24.91s fil-200m. Dan irriżulta li nħossni b'saħħti u kunfidenti u determinata li niġri aktar minn qatt qabel. Siegħa qabel it-tiġrija, għamilt il-warm up bħas- soltu fil-warm up area tal-Marsa. Wasal il-ħin u malajr kien il-waqt għat-tellieqa. Dakinhar kien hemm xi atleti barranin li pparteċipaw mill-Belġju u l-Olanda u tnejn minnhom kienu fit- tellieqa tagħna. Armajna l-blocks tagħna bħas-soltu. Jien kont fil-lane numru 7, ħdejn il-ħabiba kbira tiegħi Annalize Vassallo minn Zurrieq Wolves. Ftit ħin wara konna diġà fuq is-set positions tagħna fuq il-blocks lesti biex immorru. Hekk kif il- pistola sparat, ħassejtni qisni splodejt minn fuq il- blokki. Niftakar inħossni kuntenta jien u niġri u għidt ġo qalbi: "Iva! Bidu tajjeb!" It-tellieqa tal-100m hija qasira ħafna. Il-mument li tibda, tkun diġà spiċċat! Waħda mill-bniet mill- Olanda daħlet fl-ewwel post b'ħin ta' 11.73, u jien dħalt it-tieni warajha. L-ewwel reazzjoni tiegħi kienet "Tgħid irnexxieli ninżel taħt it-12-il sekonda?" Imma keċċejt dawk il-ħsibijiet għax ma ridtx intella' wisq it- tamiet tiegħi. Lura fil-warm up area, jien u l-kowċ tiegħi stennejna b'ħerqa għar- riżultati li joħorġu fuq il-websajt tal-MAAA. Għal xi raġuni ma ħarġux mal-ewwel dakinhar. Kien bħallikieku apposta, iżjed ma kelli tensjoni u eċitament biex nara l-ħin tiegħi, aktar kienu qed idumu r-riżultati biex jittellgħu! Madwar 20 minuta wara, ittellgħu r-riżultati. Hekk kif rajt 11.97 naħseb li litteralment waqaft niffunzjona għal ftit sekondi, qabel ma ħarġuli d-dmugh ta' ferħ li ma stajtx inżomm iktar. Ommi, il-kowċ u xi ħbieb minn xi klabbs oħra kollha ġew jiġru lejja u għannquni kemm felħu! Dak il-ħin kont għadni lanqas qed nirraġuna. Kont qed nitriegħed u lanqas biss stajt nemmen. Wara dawn is-snin kollha ta' ħolm kien fl-aħħar irnexxieli ninżel taħt it- 12-il sekonda! Kieku stajt immur lura fil-ħin biex nerġa' nesperjenza dik is- sensazzjoni li ħassejt f 'dak il-mument għal darb'oħra, kont immur diversi drabi! Il-kowċ tiegħi, Edward Grech, kien tassew kuntent għalija, u deher qisu ried jibki miegħi ukoll! Il-ferħ żdied meta mbaghad skoprejna li r-riħ kien ta' 1.8 u b'hekk ikkonfermajna li l-ħin kien wieħed validu tassew! Aktar tard dakinhar, jien imbagħad erġajt ksirt il-PB tiegħi ta' 200m li kont għadni kif nikser il-ġimgħa ta' qabel, b'ħin ġdid ta' 24.73s. Dik il- ġurnata kienet tassew ġurnata inkredibbli għalija u żgur ma kinitx tkun possibli għalija mingħajr l-appoġġ bla tmiem u t-twemmin tal-kowċ tiegħi. Huwa qatt ma ddubita li seta' jirnexxieli nagħmel dan u għal dan nirringrazzjah minn qalbi! Nirringrazzja wkoll lill-għarus tiegħi David, lil sħabi tat-taħriġ u l-familja li appoġġjaw lili dejjem b'kull mod li setgħu u dejjem ħeġġuni," temmet tgħid Fitz. 'Dan l-unur isser ħafna għalija għax ġie wara ħafna injuries' - Dorianne Theuma minn Cristian Antony Muscat DORIANNE Theuma - rebbieħa tal-Aqwa Plejer Mara għall- istaġun 2017/18 waqt l-aħħar edizzjoni tal-MFA Awards, biex inkurunat staġun mill-aqwa u li raha tirkupra minn bosta injuries li ħallewha barra mill-azzjoni għal diversi ġimgħat. F'din l-intervista qasira, se tkun qed tirrakkontalna aħjar x'kien ifisser dan l-istaġun memorabbli għaliha. X'kien ifisser l-aħħar unur li rbaħt jiġifieri dak tal-Aqwa Plejer Mara waqt l-aħħar edizzjoni tal-MFA Awards? Dan l-unur ifisser ħafna għalija għax ġie wara ħafna injuries u kien sagrifiċċju biex nerġa' nirkupra u nkun konsistenti fil-logħob tiegħi. Nirringrazzja lil dawk kollha li reġgħu urew il- fiduċja fija u vvutawli. Sfortunatament l-unika logħba li tliftu matul l-aħħar staġun kontra Birkirkara swietilkom il-Kampjonat. X'inhu l-pożittiv li tista' tieħu minn dan l-istaġun? Nista' nlaqqam dan l-istaġun bħala dak li bl-Ingliż isejħulu 'rollercoaster' ta' emozzjonijiet. Batejna f 'xi logħbiet għalkemm xorta waħda lgħabna futbol sabiħ f 'partiti oħrajn. Il-fatt li konna bla telfa sal-aħħar logħba jfisser li kollox ma' kollox kellna staġun tajjeb speċjalment meta nikkumparawh ma' ta' qablu. B'xorti ħażina fallejna milli nġibu riżultat tajjeb fl-iktar logħba deċiżiva iżda minkejja kollox ma nistgħux ninsew l-affarijiet it-tajba li għamilna tul dan il-kampjonat. Kif kienet l-esperjenza tiegħek taħt il-kowċ il-ġdid li għaliha kienet ġdida fil-futbol tan-nisa? Ma nistax ingerger minn dan il-kowċ. Li jkollok persuna kompletament ġdida għall-futbol femminili tagħti ċertu ħeġġa lill- plejers sabiex jaħdmu aħjar u ma jieħdux kollox bħal li kieku xejn m'hu xejn. Il-kowċ Neil Zarb Cousin flimkien mal-assistent Daniel Sissons ġabu enerġija u ideat ġodda fit- tim u flimkien mal-kumitat kollu pprovdew ambjent mill-isbaħ lil kull min kien involut fl-iskwadra. Dorianne Theuma