Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218
illum Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 Sports 28 'L-akbar sigriet tas-suċċess ta' Hibernians kien li bħala tim konna magħqudin ħafna u li kulħadd fehem l- irwol tiegħu t-tim' - Anton Axiaq u Roderick Vella FILJIEM li għaddew, Hibernians saru ċ-Champions il-ġodda tal-Basketball lokali wara li rebħu r-raba' logħba u għalqu s-serje tal-playoffs għar-rebħ tal-kampjonat bir- riżultat ta' 3-1 kontra Gżira Athleta. Hibernians b'hekk irnexxielhom jirbħu l-kampjonat tal-ogħla diviżjoni tal-Malta Basketball Association wara nuqqas ta' xejn inqas minn 28 sena meta l-aħħar darba li rebħu dan il- Kampjonat kien lura fl-1990. Iż-żewġ plejers Maltin ewlenin ta' dan it-tim, Anton Axiaq u Roderick Vella tkellmu mal-ILLUM fejn spjegawlna aħjar x'kien ifisser dan l-istaġun tassew memorabbli għalihom. Li jkollok tiddeskrivi dan l-istaġun għal Hibernians kif tiddeskrivieh? ANTON AXIAQ Niddeskrivieh bhħala staġun t'impenn u aktar akkanit, peressli kien hemm tliet timijiet li setgħu jagħtu sfida qawwija għar-rebħ tal- Kampjonat u għalhekk riedna nippreparaw bis-sħiħ. RODERICK VELLA Meta tirbaħ il-kampjonat, il-kompetizzjonijiet tan- KO, il-Louis Borg Cup u s-Shield, l-istaġun bilfors irid jitqies bħala staġun pożittiv. Sfortunatament, tlifna l-ewwel kompetizzjoni - is-Super Cup fl-ewwel logħba tal- istagun. Biss dik il-logħba kienet ta' tagħlima. Bħala tim konna magħqudin ħafna matul l-istaġun kollu u dan wassal għas-suċċessi li ksibna. Għalija personali kien staġun memorabbli għax fl-aħħar irnexxieli nirbaħ l-ewwel Kampjonat tiegħi. U x'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess ta' Hibernians? ANTON AXIAQ Naħseb li s-sigriet kien li t-tim kien kompost minn taħlita ta' plejers li għadhom telgħin mill-Youths tal-Hibs, plejers stabbiliti kif ukoll il- barranin. Naħseb li din is-sena l-kumitat tal- Hibs għaqqdu diversi elementi essenzjali fit-tim, li huma bżonnjużi biex ikollok tim kompetittiv. RODERICK VELLA Naħseb li l-akbar sigriet tas-suċċess ta' Hibernians kien li bħala tim konna magħqudin ħafna u li kulħadd fehem l-irwol tiegħu fit-tim. It-tim huwa taħlita tajba ta' nies b'esperjenza kkumplimentat bi grupp ta' żgħażagħ li taħt il- gwida tal-kowċ Mario Tabone kiseb suċċessi importanti. X'tikkummenta fuq l-isfida denja li kellkom minn timijiet oħra fosthom Gzira Athleta u BUPA Luxol? ANTON AXIAQ Matul l-aħħar staġun, naħseb li kull tim ried jirbaħ imma timijiet bħal Luxol u Athleta kienu l- aktar żewġ timijiet li tawna sfida denja. Kienu żewġ timijiet li kkompetew magħna għar-rebħ tal-kampjonat. RODERICK VELLA It-timijiet kollha fil- Kampjonat kienu validi. Luxol u Athleta huma żewġ timijiet b'talenti lokali u anke barranin ta' livell assolut. Luxol kienu l-isfidanti tagħna fil-finali tat- Tazzi kollha matul l-istaġun u għalkemm rebħulna l-ewwel finali fis-Super Cup, minn hemmhekk 'il quddiem dejjem sibna l-miżuri biex nirribattu għas-saħħa tagħhom. Gzira Athleta rebħulna tliet darbiet matul l-istaġun u għalhekk kienu l-aktar tim li ħolqilna problemi, biss meta ġejna għall-partiti deċisivi dejjem irnexxielna noħorġu fuq in- naħa rebbieħa. Qabel dan l-istagun qatt kont temmen li kien se jirnexxielkom taslu sa hawn? ANTON AXIAQ Wara li l-kumitat tal-Hibs u l-kowċ għaqqdu dan it-tim u kulħadd kien qiegħed jittrenja u jiġbed ħabel wieħed, iva kelli fiduċja kbira li konna kapaċi naslu s'hawn. RODERICK VELLA Meta bdejna l-ewwel ftit sessjonijiet ta' taħriġ f 'Awwissu li għadda, mill-ewwel l-għanijiet tagħna kienu li nirbħu l-Kampjonat. Bħala tim, kellna ambizzjonijiet kbar u għalkemm kont nemmen ħafna fit-tim li kien qed jinbena, onestament ma kontx naħseb li konna se nirbħu tliet tazzi minn erbgħa u saħansitra l-Kampjonat. Imma hekk kif beda għaddej iż-żmien u t-tim beda jingħaqad u bdew jaslu l-ewwel rebħiet, daħlet fina iktar fiduċja li nistgħu naslu sal-aħħar. B'din il-fiduċja u b'taħriġ kontinwu, irnexxielna naslu għal dawn l-unuri. Roderick Vella imkien ma' Anton Axiaq Ritratt: BOV 'Avolja dan kien it-tieni Kampjonat li rbaħt ma' Valletta, b'folla kbira ta' sapporters warajna u dik kienet xi ħaġa minn Cristian Antony Muscat MELVIN Borg - captain tat-tim tal-futsal ta' Valletta u li fil-ġimgħat li għaddew rebħu l-Kampjonat wara staġun tassew memorabbli. F'din l-intervista, se nkunu qed niltaqgħu miegħu iktar mill-qrib. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futsal? L-imħabba lejn il-futsal bdiet daqs 11-il sena ilu meta minħabba raġunijiet ta' xogħol ma kienx possibli li nittrenja kuljum 11-a-side u b'hekk Rabat Ajax tawni l-opportunità li nilgħab ma' tim tal- futsal fir-Raba' Diviżjoni fejn dak iż-żmien il-logħob kien jintlagħab barra fuq synthetic turf. Sena wara ngħqadt ma' Kerygma Kristal fejn hawnhekk bdiet il-vera avventura tiegħi fil-futsal fejn tgħallimt ir-regoli li jġib miegħu dan l-isport waqt li t-taħriġ u anke l-logħob kien jintlagħab indoor kif suppost. Mal- Kerygma lgħabt tliet staġuni fejn wara l-ewwel staġun ġejt magħżul mat-tim nazzjonali tal-Futsal. Fl-2011, ingħaqadt ma' Hibernians fil-Premier Division fejn ukoll irbaħt l- ewwel Kampjonat tiegħi. Wara tliet snin, it-tim tal-Hibs ma kompliex jieħu sehem u hemmhekk ingħaqadt ma' Valletta fejn ilni għal dawn l-aħħar erba' snin. Ħa mmur mal-ewwel għall- punt - x'tikkummenta fuq ir-rebħ tal-Kampjonat tal- Futsal minn Valletta Futsal ftit tal-ġimgħat ilu? Ma kienx kampjonat faċli meta tqis li konna għadna kif ġejjin min staġun deludenti ħafna. Iżda l-klabb b'kumitat ġdid ħadem ħafna biex isaħħaħ kemm l-iskwadra bil-barranin ġodda kif ukoll jerġa' jġib l-għaqda li konna tlifna l-istaġun ta' qabel. Bdejna tajjeb ħafna, meta fl-ewwel rawnd irbaħna l-logħob kollu fejn irnexxielna nkunu kważi ċerti matemitikament fil- play-offs. Iżda qatt ma konna favoriti li nirbħu l-Kampjonat u b'hekk qatt ma rajna kbir u bqajna naħdmu u nirsistu biex dejjem intejbu l-wirjiet tagħna sakemm naslu sal- finali, biex finalment is- sagrifiċċji sarrfu fir- rebħ tal- Kampjonat. Avolja dan kien it-tieni Kampjonat li rbaħt ma' Valletta, kien l-ewwel wieħed li rbaħna b'folla kbira ta' sapporters warajna u dik kienet xi ħaġa sabiħa ferm. X'responsabbiltà tħoss li ġġorr il-faxxa ta' captian ta' Valletta Futsal? Il-faxxa ta' captain ta' Valletta ġġorr magħha responsabbiltà kbira speċjalment meta tqis li qabli għal dawn l-aħħar tliet snin kienet għand Xavier Saliba, persuna magħrufa sew fil-futsal, hekk kif kien dejjem ta' eżempju kbir barra u ġewwa l-pitch kemm mal-klabb kif ukoll mat-tim nazzjonali. Apparti